Brussell, 10.6.2016

COM(2016) 395 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Dikjarazzjoni mill-Unjoni skont l-Artikolu 20(3) tal-Ftehim ta' Pariġi


ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Dikjarazzjoni mill-Unjoni skont l-Artikolu 20(3) tal-Ftehim ta' Pariġi

L-Istati li ġejjin huma fil-preżent Membri tal-Unjoni Ewropea: ir-Renju tal-Bejġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 191 u 192(1) tiegħu, hija għandha l-kompetenza li tidħol għal ftehimiet internazzjonali, u li timplimenta l-obbligi li jirriżultaw minnhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

-    is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

-    il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem;

-    l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali;

-    il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-impenn li jinsab fil-kontribut intenzjonat tagħha stabbilit fil-livell nazzjonali ppreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 ser jintlaħaq permezz ta’ azzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont il-kompetenzi rispettivi ta’ kull wieħed minnhom.

L-Unjoni Ewropea ser tkompli tipprovdi informazzjoni, fuq bażi regolari, dwar l-istrumenti legali adottati minnha biex tissodisfa l-impenji tagħha skont il-kontributi tagħha stabbiliti fil-livell nazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 20(3) tal-Ftehim.