KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
BOT
ippreżentati fit-12 ta’ Marzu 2009 ( 1 )
Kawża C-109/08
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
vs
Ir-Repubblika Ellenika
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE — Direttiva 98/34/KE — Standards u regolamenti tekniċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal-logħbiet tal-elettriku, elettromekkaniċi u elettroniċi għall-kompjuters — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 228 KE — Sanzjonijiet pekunjarji”
|
1. |
Dan ir-rikors ġie ppreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-Repubblika Ellenika skont l-Artikolu 228 KE. |
|
2. |
Il-Kummissjoni takkuża lil dan l-Istat Membru li ma eżegwixxiex is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja ( 2 ). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE kif ukoll tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE ( 3 ) billi introduċiet fil-liġi nazzjonali tagħha l-projbizzjoni fuq l-installazzjoni u l-użu, fil-postijiet pubbliċi jew privati kollha, bl-eċċezzjoni ta’ każinoijiet, ta’ kull logħba elettrika, elettromekkanika u elettronika, inkluż il-logħob kollu tal-kompjuter, taħt piena ta’ sanzjonijiet penali jew amministrattivi. |
|
3. |
Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kif ukoll sabiex tikkundanna lir-Repubblika Ellenika sabiex tħallas pagamenti ta’ penalità jew somma f’daqqa. |
|
4. |
Fil-kuntest ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena ser insostni li r-Repubblika Ellenika effettivament naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228 KE u jiena ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkundannaha, minħabba f’hekk, tħallas pagamenti ta’ penalità jew somma f’daqqa. |
I — Il-kuntest ġuridiku
A — Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
1. It-Trattat KE
|
5. |
L-Artikolu 28 KE jipprojbixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni kif ukoll kull miżura li għandha effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri. |
|
6. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43 KE jipprojbixxi, min-naħa tiegħu, ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. |
|
7. |
Fl-aħħar nett, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49 KE jipprojbixxi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi fil-Komunità fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li jingħatawlha s-servizzi. |
2. Id-dritt sekondarju
|
8. |
Id-Direttiva 98/34 hija intiża li tiżgura trasparenza dejjem ikbar fir-rigward tal-inizjattivi nazzjonali adottati mill-Istati membri f’dak li jikkonċerna li jiġu stabbiliti standards u regolamenti tekniċi. Bil-fatt li din id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni l-abbozzi tar-regolamenti tekniċi tagħhom, din l-istess direttiva hija intiża li telimina l-ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw minn dawn it-tipi ta’ regolamenti. |
|
9. |
L-Artikolu 1 tad-direttiva msemmija jipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsriet li ġejjin: […]
[…]” |
|
10. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34 huwa miktub kif ġej: “Soġġetti għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir-regolament tekniku, fejn dawn ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz.” |
B — Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal-logħob elettriku, elettromekkaniku u elettroniku
|
11. |
L-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 3037/2002 ( 4 ), intitolat “Kategoriji ta’ logħob”, huwa miktub kif ġej: “Skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
Il-kategorija tal-logħob tekniċi ta’ divertiment tinkludi wkoll il-logħob tal-karti kkunsidrati bħala ‘logħob tekniku’ skond id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Irjali [Ikkonsolidat] Nru 29/1971.” |
|
12. |
L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija liġi, intitolat “Projbizzjoni fuq l-użu jew l-installazzjoni ta’ logħob”, jipprovdi li: “L-użu tal-logħob imsemmija fl-Artikolu 1(b), (c) u (d), inklużi l-kompjuters, huwa pprojbit fil-postijiet pubbliċi inġenerali, bħal lukandi, kafetteriji, swali għal laqgħat li għandhom użu pubbliku ta’ kull tip u kull post pubbliku jew privat ieħor. L-installazzjoni ta’ dan il-logħob hija wkoll ipprojbita.” |
|
13. |
L-Artikolu 3 tal-istess liġi, intitolat “Impriżi li jipprovdu servizzi ta’ l-Internet”, jipprovdi li: “L-installazzjoni u l-użu ta’ kompjuters fi stabbilimenti li jipprovdu servizzi tal-Internet mhumiex suġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 2. Madankollu, l-użu ta’ logħob fuq dawn il-kompjuters, indipendentement mill-metodu wżat, huwa pprojbit. L-użu minn impriża ta’ provvista ta’ servizzi tal-Internet minn impriża huwa suġġett għall-ħruġ ta’ permess speċjali mill-komun li fih ikun jinsab l-istabbiliment u, meta tingħata fuq bastiment, hija tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-port ta’ tluq. Meta din il-miżura tiġi applikata għall-ewwel darba, l-impriża għandu jkollha dan il-permess, fi żmien tliet xhur mid-data meta din il-liġi tkun daħlet fis-seħħ.” |
|
14. |
Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 3037/2002, intitolat “Sanzjonijiet penali”: “1. Kull persuna li tuża’ jew tmexxi ċ-ċentri jew postijiet oħrajn koperti mill-Artikolu 2(1) li fihom jintużaw jew hemm installati logħob li huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-artikoli preċedenti, tkun suġġetta għal piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet xhur u għal multa ta’ madwar EUR 5000. Persuna reċidiva tkun suġġetta għal piena ta’ prinġunerija ta’ mill-inqas sena u għal multa minn EUR 25000 sa 75000. Il-qorti għandha tordna wkoll il-konfiska tal-magni tal-logħob. […]” |
II — IL-fatti li wasslu għall-kawża
A — Is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
|
15. |
Fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat u ddeċidiet dan li ġej: “Billi fl-Artikoli 2(1) u 3 tal-Liġi Nru 3037/2002 introduċiet il-projbizzjoni, taħt piena ta’ sanzjonijiet penali jew amministrattivi previsti fl-Artikoli 4 u 5 ta’ l-istess liġi, ta’ l-installazzjoni u l-użu ta’ kull logħba elettrika, elettromekkanika u elettronika, inklużi l-logħbiet kollha tal-kompjuter, fil-postijiet pubbliċi u privati kollha, bl-eċċezzjoni ta’ każinos, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE kif ukoll skond l-Artikolu 8 tad-[Direttiva 98/34].” |
B — Il-proċedura prekontenzjuża
|
16. |
Mistoqsija mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2006, dwar l-istat ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ellenika wieġbet għal din il-mistoqsija b’ittra tat-. F’din l-ittra, l-awtoritajiet Elleniċi ma pprovdew ebda informazzjoni konkreta dwar l-emendi tal-liġi inkwistjoni sabiex tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, dan l-Istat Membru enfasizza l-gravità u l-kumplessità tal-kwistjoni, fejn afferma li l-ministeri kompetenti kienu kkollaboraw sabiex tiġi stabbilita liġi aċċettabbli li tirrispetta d-dritt Komunitarju u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
17. |
Peress li l-Kummissjoni kienet tal-fehma li r-Repubblika Ellenika ma ħaditx il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, l-istess Kummissjoni, fit-23 ta’ Marzu 2007, bagħtet lil dan l-Istat Membru ittra ta’ intimazzjoni skont l-Artikolu 288(2) KE. |
|
18. |
Peress li r-Repubblika Ellenika ma wiegbitx għal din l-ittra, il-Kummissjoni indirizzat lil dan l-Istat Membru opinjoni motivata, fid-29 ta’ Ġunju 2007, fejn talbitha sabiex fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din l-opinjoni, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza. |
|
19. |
Peress li r-Repubblika Ellenika la rrispondiet għal din l-opinjoni u lanqas ma nnotifikat kwalukwe miżura leġiżlattiva intiża sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza msemmija, il-Kummissjoni, filwaqt li qieset, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li r-Repubblika Ellenika naqset milli tiżgura l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ippreżentat dan ir-rikors fl-10 ta’ Marzu 2008. |
III — Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-iżviluppi li seħħew matulhom
|
20. |
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob, essenzjalment, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) KE. |
|
21. |
Hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
|
|
22. |
Fir-risposta tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħad ir-rikors u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
23. |
Mill-proċess jirriżulta li l-Repubblika Ellenika ppreżentat it-tweġiba tagħha għall-opinjoni motivata fit-12 ta’ Marzu 2008, jiġifieri jumejn wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors mill-Kummissjoni. Hija tindikalha li twaqqaf kumitat għat-tfassil tal-liġijiet biex jagħmel abbozz ta’ liġi li temenda l-liġi eżistenti. |
|
24. |
Barra minn hekk, jirriżulta mid-dibattiti li seħħew fis-seduta li r-Repubblika Ellenika bagħtet lill-Kummissjoni l-ewwel abbozz ta’ liġi li jemenda dik eżistenti, matul ix-xahar ta’ Mejju 2008, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34. Il-Kummissjoni mbagħad ifformulat osservazzjonijiet f’opinjoni motivata fl-1 ta’ Awwissu 2008, li għalihom ir-Repubblika Ellenika ma kinitx wieġbet. Min-naħa l-oħra, inżammet laqgħa bejn il-partijiet f’Ateni matul ix-xahar ta’ Diċembru 2008. |
|
25. |
Ir-rappreżentant tar-Repubblika Ellenika indika wkoll li fi żmien qasir, għandu jiġi approvat mill-gvern abbozz ġdid ta’ liġi, qabel ma jintbagħat lill-Kummissjoni, u dan fid-dawl tal-eżami ġdid tad-dispożizzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34. Wara din il-proċedura, dan l-abbozz għandu jiġi vvutat mill-Parlament, sabiex jiġi adottat. |
IV — Fuq in-nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu
A — L-argumenti tal-partijiet
|
26. |
Il-Kummissjoni tirrileva li, fil-mument tal-preżentata tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika ma nnotifikat ebda miżura leġiżlattiva intiża għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq. Konsegwentement, il-Kummissjoni qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata n-nuqqas tal-Istat li jwettaq l-obbligu kif ukoll sabiex tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa. |
|
27. |
Ir-Repubblika Ellenika ma tikkontestax in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Madankollu,hija ssostni li r-rikors tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud sa fejn l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, għandha sseħħ qabel it-tmiem ta’ din il-proċedura. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Ellenika ssostni li s-sanzjonijiet pekunjarji għandhom jitnaqqsu sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-problemi soċjali u ekonomiċi li ġġustifikaw l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. |
B — Kunsiderazzjonijiet
|
28. |
L-Artikolu 228 KE ma jippreċiżax it-terminu li fih għandha sseħħ l-eżekuzzjoni tas-sentenza. Madankollu, kif fakkret reċentament il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Franza ( 5 ), l-interess marbut ma’ applikazzjoni immedjata u uniformi tad-dritt Komunitarju jeħtieġ li din l-eżekuzzjoni tibda immedjatament u tintemm fl-iqsar żmien possibbli ( 6 ). |
|
29. |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, id-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 228 KE hija dik ta’ meta jiskadi t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa skont din id-dispożizzjoni ( 7 ). |
|
30. |
F’dan il-każ, huwa ċar li, fid-data li fiha skada t-terminu ta’ xahrejn stabbilit fl-opinjoni motivata tad-29 ta’ Ġunju 2007, it-terminu li fih kellha tiġi assigurata l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, li teħtieġ l-emenda tal-liġi nazzjonali inkwistjoni skont l-Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34, kien għadda sew, peress li għaddew kważi għaxar xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza. |
|
31. |
Barra minn hekk, jidher li, fl-iskadenza ta’ dan it-terminu, ir-Repubblika Ellenika ma kienet ħadet ebda miżura sabiex teżegwixxi l-imsemmija sentenza. Fil-fatt, jirriżulta mid-dibattiti li seħħew waqt is-seduta li l-ewwel miżura sussegwenti adottata għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ma ġietx ikkomunikata lill-Kummisjoni ħlief fix-xahar ta’ Mejju 2008. |
|
32. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, kif wara kollox tammetti hija stess, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) KE. |
V — Fuq is-sanzjonijiet pekunjarji għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
|
33. |
Peress li jiena kkonstatajt li r-Repubblika Ellenika ma kkonformatx ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 228(2) KE, tikkundannaha għall-pagamenti ta’ penalità jew somma f’daqqa. |
|
34. |
Din il-proċedura għandha bħala għan li tħeġġeġ lill-Istat Membru li jkun naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu, sabiex jeżegwixxi sentenza fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, u, għaldaqstant, sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dritt Komunitarju. |
|
35. |
Il-pagament ta’ penalità huwa ta’ natura essenzjalment impożittiva. Dan huwa intiż li jeżerċita fuq l-Istat Membru li ma jkunx osserva l-obbligu li jeżegwixxi sentenza għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, piż ekonomiku li jġiegħlu jwaqqaf, fl-iqsar żmien possibbli, in-nuqqas ikkonstatat. Il-Qorti tal-Ġustizzja, għaldaqstant, tikkundanna lill-Istat Membru sabiex iħallas penalità meta jibqa’ ma jeżegwixxix is-sentenza li tkun oriġinarjament ikkonstatat in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħha. |
|
36. |
L-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa hija iktar ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tal-Istat Membru kkonċernat, fuq l-interessi privati u pubbliċi, partikolarment meta n-nuqqas ikun ippersista matul perijodu twil wara s-sentenza li tkun oriġinarjament ikkonstatatu. |
|
37. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja tiffissa l-ammont tal-penalità jew tas-somma f’daqqa b’mod li jkun, min-naħa, adattat għaċ-ċirkustanzi tal-kawża u, min-naħa l-oħra, proporzjonali man-nuqqas ikkonstatat kif ukoll mal-kapaċità ta’ pagament tal-Istat Membru kkonċernat ( 8 ). |
|
38. |
Kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza ( 9 ), mhuwiex eskluż li jkun hemm il-kumulu ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ sanzjonijiet, partikolarment meta n-nuqqas ikun dam għal żmien twil u x’aktarx jippersisti. |
|
39. |
Fi kwalunkwe każ, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa jekk għandhiex tiġi imposta sanzjoni pekunjarja u li tagħżel is-sanzjoni l-iktar adattata għaċ-ċirkustanzi tal-kawża. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret f’diversi okkażjonijiet li hija mhijiex marbuta mal-metodu ta’ kalkolu tas-sanzjonijiet pekunjarji stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2005 ( 10 ), liema komunikazzjoni ma tikkostitwixxix ħlief bażi ta’ referenza utli ( 11 ). |
A — Fuq l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità
1. L-argumenti tal-partijiet
|
40. |
Il-Kummissjoni pproponiet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex timponi fuq ir-Repubblika Ellenika pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 31798,80 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, u dan b’effett mid-data li fiha tingħata s-sentenza mogħtija f’din il-kawża sal-eżekuzzjoni sħiħa tal-ewwel sentenza. |
|
41. |
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-metodi ta’ kalkolu li hija esponiet fil-komunikazzjoni tagħha tas-sena 2005. Dan l-ammont ta’ kuljum jirriżulta, kif jipprovdi l-imsemmi metodu ta’ kalkolu, mill-moltiplikazzjoni ta’ somma f’daqqa bażika ta’ EUR 600 bil-koeffiċjent tal-gravità tal-ksur, f’dan il-każ stabbilit fl-ammont ta’ 11 fuq skala minn 1 sa 20, b’koeffiċjent għad-dewmien tal-ksur, f’dan il-każ stabbilit fl-ammont ta’ 1.1 fuq skala minn 1 sa 3, u b’fattur “n”, skont il-kapaċità ta’ ħlas ta’ kull Stat Membru, fejn l-imsemmi fattur huwa ffissat, fir-rigward tar-Repubblika Ellenika, fl-ammont ta’ 4.38. |
|
42. |
Għal dak li jikkonċerna l-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni tirrileva li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser tlieta mill-erba’ libertajiet fundamentali tat-Trattat. Hija ssostni, barra minn hekk, li l-awtoritajiet Elleniċi ma ssodisfawx l-obbligi li huma għandhom skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34 u li, barra minn hekk, ma kkooperawx kompletament mal-Kummissjoni matul il-fażi prekontenzjuża tal-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 228 KE. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi koeffiċjent ta’ gravità ta’ 11 (fuq skala minn 1 sa 20). |
|
43. |
Ir-Repubblika Ellenika ssostni li dan il-koeffiċjent ta’ gravità huwa estremament għoli u m’għandux ikun ogħla minn 4. F’dan ir-rigward, il-konvenuta ssostni li n-nuqqas affettwa biss settur ta’ attività żgħira, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni kienet applikata mingħajr diskriminazzjoni u li kienet, barra minn hekk, is-soluzzjoni l-iktar adegwata sabiex tirrispondi għall-problemi ekonomiċi u soċjali kkawżati mill-użu u mhux ikkontrollat tal-logħob, b’mod li hija kienet iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-koeffiċjent ta’ gravità propost mill-Kummissjoni jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. F’dan ir-rigward, hija tibbaża fuq paragun tas-sitwazzjoni tagħha ma’ dik tal-Istati Membri kkundannati f’kawżi oħra taħt l-Artikolu 226 KE. |
|
44. |
Għal dak li jikkonċerna d-dewmien tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tindika li dan dam ħdax-il xahar, mill-għoti tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, sal-ġurnata li fiha hija ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors. |
|
45. |
Ir-Repubblika Ellenika ssostni li dan il-koeffiċjent għandu jiġi mnaqqas għal rata bażika. Hija ssostni li n-nuqqas beda fir-realtà mal-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur stabbilit fl-ittra tal-1 ta’ Diċembru 2006, li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni lill-awtoritajiet Elleniċi fuq l-istat ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ellenika tirreferi għad-dewmien tan-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu tar-Repubblika Franċiża, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, li effettivament dam iktar u li l-koeffiċjent tad-dewmien kien ta’ 3 ( 12 ). |
2. Kunsiderazzjonijiet
|
46. |
Fid-dawl tan-natura tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu inkwistjoni, li għadu għaddej sallum, jiena jidhirli li l-pagamenti ta’ penalità jikkostitwixxu l-iktar mezz adegwat għaċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża. |
|
47. |
Kif indikajt diġà, il-penalità għandha tippermetti li tiżgura li l-eżekuzzjoni tas-sentenza li tkun preċedentement ikkonstatat in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tad-dritt Komunitarju, isseħħ l-iktar malajr possibbli. L-ammont tal-penalità għandu jiġi stabbilit skont il-livell ta’ persważjoni meħtieġ sabiex l-Istat Membru inkwistjoni jibdel l-aġir tiegħu ( 13 ). |
|
48. |
Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi l-ammont tal-pagamenti ta’ penalità b’tali mod li dawn ikunu, minn naħa, adattati għaċ-ċirkustanzi tal-kawża u, min-naħa l-oħra, proporzjonati man-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat u mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat ( 14 ). |
|
49. |
Filwaqt li tispira ruħha ħafna mill-kriterji u l-varjanti matematiċi użati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tas-sena 2005, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu għalhekk inkunsiderazzjoni l-grad ta’ gravità tal-ksur, id-dewmien tiegħu u l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni. Għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni wkoll konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-interessi privati u pubbliċi u l-livell tal-urġenza li jista’ jkun hemm sabiex l-Istat Membru in kwistjoni jeżegwixxi l-obbligi tiegħu ( 15 ). |
|
50. |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-gravità tal-ksur u, b’mod partikolari, il-konsegwenzi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, fuq l-interessi privati u pubbliċi, jiena nħoss li n-nuqqas persistenti tar-Repubblika Ellenika jippreżenta grad partikolari ta’ gravità, u dan għal żewġ raġunijiet. |
|
51. |
Minn naħa, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija kif ukoll il-prinċipji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà tal-istabbiliment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jiġifieri tlieta mill-erba’ libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat. |
|
52. |
Din il-leġiżlazzjoni twassal għal tnaqqis tal-volum tal-importazzjonijiet tal-logħob li jiġu manifatturati u mibjugħa legalment fl-Istati Membri l-oħra. Tali leġiżlazzjoni tista’ wkoll tagħmel iktar diffiċli, kif ukoll timpedixxi, il-provvista tas-servizzi ta’ użu ta’ apparat tal-logħob minn persuni li jipprovdu dawn is-servizzi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra u tista’, fl-aħħar mill-aħħar, tiddiswadi lill-operaturi ekonomiċi provenjenti minn dawn l-Istati sabiex jistabbilixxu ruħhom fil-Greċja. |
|
53. |
Huwa ċar li, billi ma eżegwietx is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ellenika taffettwa, b’mod sostanzjali, l-interessi pubbliċi u fi kwalunkwe każ, l-interessi privati tal-importaturi minħabba n-natura wiesa’ ħafna tal-projbizzjoni inkwistjoni. |
|
54. |
Min-naħa l-oħra, in-nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu huwa, fil-fehma tiegħi, iktar gravi peress li r-Repubblika Ellenika, kif jirriżulta mid-dibattiti li seħħew waqt is-seduta, ma ssospendietx l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha li jwassal, minħabba dan il-fatt, għall-kundanna tal-operaturi ekonomiċi għal sanzjonijiet pekunarji u għal pieni ta’ priġunerija. |
|
55. |
Fl-aħħar nett, dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu iktar speċifiku li l-Kummissjoni tintbagħtilha l-abbozzi ta’ regolamenti tekniċi, previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34, għandu jiġi meqjus bħala gravi, sa fejn l-osservanza ta’ dan l-obbligu speċifiku kien jikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja sabiex jintlaħqu b’mod sħiħ l-għanijiet imsemmija fl-imsemmija direttiva. |
|
56. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-koeffiċjent ta’ gravità ta’ 11 (fuq skala minn 1 sa 20) adottat mill-Kummissjoni, ma jidhirx li jirriżulta minn żball ta’ evalwazzjoni. |
|
57. |
Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-koeffiċjent dwar it-tul tal-ksur, jiena nikkonstata li l-Kummissjoni kkalkulat dan il-koeffiċjent, abbażi ta’ 1.10 fix-xahar, billi ħadet inkunsiderazzjoni d-data li fiha ngħatat is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’l fuq, jiġifieri s-26 ta’ Ottubru 2006, u d-data li fiha hija ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors, jiġifieri, skont l-iskritturi tagħha, fis-. |
|
58. |
Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dewmien tal-ksur għandu jiġi evalwat inkunsiderazzjoni tal-mument li fih il-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-fatti u mhux dak li fih il-każ tressaq quddiemha mill-Kummissjoni ( 16 ). Fi kwalunkwe każ, jiena nfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex marbuta ma’ din l-iskala minn 1 sa 3 proposta mill-Kummissjoni ( 17 ). |
|
59. |
F’din il-kawża, jiena nirrileva li n-nuqqas li twettaq obbligu tar-Repubblika Ellenika dam 27 xahar, peress li s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ingħatat fis-26 ta’ Ottubru 2006 u li s-seduta f’din il-kawża seħħet fid-. Kif irrikonoxxa r-rappreżentant tar-Repubblika Ellenika matul is-seduta, l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza setgħet effettivament titwettaq f’terminu iqsar. |
|
60. |
Jidhirli, fil-fatt, li l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ma kinitx teħtieġ ħlief emenda limitata ħafna tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, sa fejn fuq kollox ikun hemm lok li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal-logħob rikreattiv li jista’ jinbidel f’logħob tal-azzard. |
|
61. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jiena nsostni li koeffiċjent ta’ 1.1 jidher adegwat biex jittieħed inkunsiderazzjoni d-dewmien tal-ksur. |
|
62. |
Għal dak li jirrigwarda, fit-tielet lok, il-proposta tal-Kummissjoni konsistenti fl-immoltiplikar tal-ammont bażiku b’koeffiċjent ibbażat fuq il-prodott gross domestiku tal-Istat Membru kkonċernat u fuq in-numru ta’ voti li dak l-Istat għandu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li din tikkostitwixxi mod adattat ta’ kif tiġi riflessa l-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru filwaqt li tinżamm differenza raġonevoli bejn id-diversi Stati Membri ( 18 ). F’dan il-każ, il-koeffiċjent iffissat għar-Repubblika Ellenika fil-komunikazzjoni tal-2005 huwa ta’ 4.38. |
|
63. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex timmoltiplika l-koeffiċjenti tal-gravità, tad-dewmien u tal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru bl-ammont bażiku ta’ EUR 600 kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni ( 19 ). |
|
64. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-moltiplikazzjoni tal-ammont bażiku ta’ EUR 600 bil-koeffiċjenti ffissati fl-ammont ta’ 11 għall-gravità tal-ksur, 1.1 għad-dewmien tiegħu u 4.38 għall-kapaċità ta’ ħlas tar-Repubblika Ellenika twassal, f’dan il-każ, għall-ammont ta’ EUR 31,798.80għal kull jum ta’ dewmien. |
|
65. |
Għal dak li jirrigwarda, fir-raba’ lok, il-perjodiċità tal-pagamenti tal-penalità, jiena nħoss li din il-penalità għandha tiġi imposta għal kull jum li jgħaddi, sa fejn in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu inkwistjoni jirrigwarda l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li timplika l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ liġi li jemenda l-liġi eżistenti ( 20 ). |
|
66. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi tal-Komunità Ewropea”, penalità ta’ EUR 31798,80 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni sħiħa u kompleta tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza li ser tingħata f’din il-kawża sad-data tal-eżekuzzjoni kompluta tal-ewwel sentenza. |
B — Fuq l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa
1. L-argumenti tal-partijiet
|
67. |
Il-Kummissjoni pproponiet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex timponi fuq ir-Repubblika Ellenika ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 9636 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, mill-ġurnata li fiha ngħatat din is-sentenza, u dan sal-ġurnata li fiha l-imsemmija sentenza tiġi eżegwita b’mod sħiħ jew sal-ġurnata li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża (jekk is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ma tkunx għadha ġiet eżegwita f’dak il-mument). |
|
68. |
Dan l-ammont ta’ kuljum jirriżulta mill-moltiplikazzjoni ta’ ammont bażiku ta’ EUR 200 bil-koeffiċjent tal-gravità tal-ksur, li f’dan il-każ iffissat għal 11 fuq skala minn 1 sa 20, u dan bil-fattur “n”, skont il-kapaċità ta’ ħlas tar-Repubblika Ellenika u ffissat fl-ammont ta’ 4.38. |
|
69. |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ammont totali tal-ħlas ta’ somma f’daqqa li hija tipproponi li timponi fuq ir-Repubblika Ellenika jitla’ għal EUR 3420780. Dan l-ammont jirriżulta mill-moltiplikazzjoni tal-ammont ta’ kuljum tas-somma f’daqqa, jiġifieri EUR 9636, bin-numru ta’ ġranet eżistenti bejn id-data li fiha ngħatat is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, jiġifieri s-26 ta’ Ottubru 2006, u d-data li fiha l-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors, jiġifieri s-, jiġifieri 355 ġurnata. |
|
70. |
Ir-Repubblika Ellenika ssostni li hija m’għandhiex tiġi kkundannata tħallas somma f’daqqa, peress li din is-sanzjoni pekunjarja tippenalizza l-aġir passat tal-Istat Membru. Fil-fehma tagħha, l-ammont tas-somma f’daqqa proposta mill-Kummissjoni huwa sproporzjonat fid-dawl tal-gravità kif ukoll tad-dewmien tal-ksur u eċċessiv fid-dawl, partikolarment, tan-natura problematika tal-liġi fuq il-logħob fil-Greċja. |
2. Kunsiderazzjonijiet
|
71. |
Kif indikajt diġà, il-ħlas ta’ somma f’daqqa hija intiża li tippenalizza n-nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu fid-dawl tal-konsegwenzi li dan in-nuqqas ikun ġab u d-dewmien tiegħu. Huwa intiż ukoll biex jipprevjeni r-repetizzjoni ta’ ksur simili tad-dritt Komunitarju. |
|
72. |
L-impożizzjoni ta’ somma f’daqqa mhijiex awtomatika u l-kalkolu tagħha ma jiddependix la minn formula matematika preċiża u lanqas minn lista ta’ kriterji stabbiliti minn qabel, kif dan jista’ jkun il-każ meta l-Qorti tal-Ġustizzja tikkalkula l-ammont tal-penalità. |
|
73. |
Il-ġurisprudenza, madankollu, toffrilna xi indikazzjonijiet fir-rigward tal-kriterji jew fir-rigward taċ-ċirkustanzi li jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jiġi kkalkulat l-ammont tas-somma f’daqqa. |
|
74. |
Fis-sentenza reċenti tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa “għandha, f’kull każ, tibqa’ ssir skont l-elementi kollha rilevanti li jkollhom x’jaqsmu kemm mal-karatteristiċi tan-nuqqas ikkonstatat kif ukoll mal-aġir tal-Istat Membru kkonċernat […]” ( 21 ). |
|
75. |
F’din il-kawża, biex tikkalkula s-somma f’daqqa imposta lir-Repubblika Franċiża, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi segwenti:
|
|
76. |
F’din il-kawża, jidhirli li l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa hija ġġustifikata prinċipalment fid-dawl tal-gravità tal-ksur. |
|
77. |
Fil-fatt, kif indikajt diġà, l-aġir tar-Repubblika Ellenika jaffettwa, b’mod sostanzjali, l-interessi pubbliċi u, fi kwalunkwe każ, l-interessi privati tal-operaturi ekonomiċi, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser tlieta minn erba’ libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat. Dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa, fil-fehma tiegħi, iktar gravi peress li r-Repubblika Ellenika ma ssospendietx l-applikazzjoni ta’ din il-liġi, u minħabba dan il-fatt wassal, u għadu jwassal, għall-kundanna tal-operaturi ekonomiċi għal sanzjonijiet pekunarji u għal pieni ta’ priġunerija. |
|
78. |
Għal dak li jikkonċerna d-dewmien tal-persistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu wara l-għoti tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, ir-Repubblika Ellenika rrikonoxxiet id-dewmien tagħha fl-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza u indikat li hija setgħet tikkonforma ruħha mas-sentenza iktar malajr. |
|
79. |
L-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Elleniċi fejn jingħad li dan id-dewmien huwa ġġustifikat fid-dawl tas-sensittività u l-istorbju li joħloq fil-Greċja f’każ li l-logħob jiġi lliberalizzat kompletament mhuwiex ammissibbli, peress li ebda dokument fil-proċess ma jippermetti li ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjoni partikolari tar-Repubblika Ellenika u l-Istati Membri l-oħra. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, Stat Membru ma jistax jeċċepixxi dispożizzjonijiet, prattiċi jew sitwazzjonijiet tal-ordni ġuridika interna tiegħu sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli tad-dritt Komunitarju ( 23 ). |
|
80. |
Għal dak li jikkonċerna, fl-aħħar nett, l-attitudni tar-Repubblika Ellenika, jidhirli li dan l-Istat Membru wera li aġixxa b’mod relattivament passiv sal-bidu tal-fażi prekontenzjuża ta’ dawn il-proċeduri. Fil-fatt, kien biss jumejn wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors mill-Kummissjoni, jiġifieri fit-12 ta’ Marzu 2008, li r-Repubblika Ellenika indikat li kienet sejħet kumitat għat-tfassil tal-liġijiet biex iħejji abbozz ta’ liġi li temenda l-liġi eżistenti. |
|
81. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, jidhirli li l-kundanna tar-Repubblika Ellenika għall-ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 2 miljuni tikkostitwixxi evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami. |
VI — Fuq l-ispejjeż
|
82. |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni talbet sabiex ir-Repubblika Ellenika tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, u li l-istess Repubblika Ellenika tilfet, jiena nsostni li hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż. |
VII — Konklużjoni
|
83. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) C-65/05, Ġabra p. I-10341.
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 98/48/KE, tal- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/34”).
( 4 ) FEK A’ 174/30.7.2002.
( 5 ) C-121/07, Ġabra p. I-9159.
( 6 ) Punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 7 ) Punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata.
( 8 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 9 ) C-304/02, Ġabra p. I-6263.
( 10 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-implementazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE [SEC (2005) 1658, iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni tal-2005”].
( 11 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 103 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 12 ) Punt 108.
( 13 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2006, Il-Kummissjoni vs Franza (C-177/04, Ġabra p. I-2461, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 14 ) Ibid. (punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 15 ) Ibid. (punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 16 ) Ibid. (punt 71).
( 17 ) Ibid..
( 18 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2006, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 75 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p. I-1, punt 50), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja approvat l-użu ta’ ammont bażiku ta’ EUR 600, kif ġie ffissat fil-komunikazzjoni tal-2005.
( 20 ) Ibid. (punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 21 ) Punt 62.
( 22 ) Ara wkoll is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 114).
( 23 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq (punt 72 u l-ġurisprudenza ċċitata).