|
15.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 96/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10969 — XXXLUTZ / HOME24)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 96/05)
1.
Fis-7 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
LSW GmbH (“LSW”, l-Awstrija), ikkontrollata minn LSW Privatstiftung (“LSWPS”, l-Awstrija); |
|
— |
SGW-Immo-GmbH (“SGW-Immo”, l-Awstrija), ikkontrollata minn WSF Privatstiftung (“WSFPS”, l-Awstrija); |
|
— |
home24 SE (“home24”, il-Ġermanja). |
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika.
LSW u SGW-Immo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ home24 kollha kemm hi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
LSWPS u WSFPS, ukoll billi jikkontrollaw bi sħab XXXLutz KG, it-tnejn huma attivi fil-bejgħ bl-imnut ta’ għamara, tagħmir tad-dawl u oġġetti oħra tad-dar fi ħwienet speċjalizzati f’ħafna pajjiżi tal-UE, |
|
— |
home24 hija ħanut online attiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut ta’ għamara, tagħmir tad-dar u oġġetti tad-dar fl-Ewropa kontinentali u l-Brażil. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10969 — XXXLUTZ / HOME24
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).