|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6032 |
8.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11735 — CVC / FIDELIO / ODEVO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6032)
1.
Fis-27 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), |
|
— |
Fidelio Capital (“Fidelio”, l-Iżvezja), |
|
— |
Odevo MidCo AB (“Odevo”, l-Iżvezja) ikkontrollata minn Fidelio. |
CVC u Fidelio jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Odevo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CVC: hija maniġer ta’ investiment alternattiv globali ffukat fuq l-ekwità privata, il-kreditu, is-sekondarji u l-infrastruttura. |
|
— |
Fidelio: l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru primarjament fin-Nordiċi, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Odevo huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà fil-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11735 – CVC / FIDELIO / ODEVO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6032/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)