|
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 232/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Awwissu 2008
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għas-sena 2008, lejn studju li jkopri l-qasam tat-trasport ta’ l-annimali
(2008/694/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi. |
|
(2) |
Partikolarment, il-Komunità tista’ tinqeda mill-istudji neċessarji għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja fil-qasam tal-benessri ta’ l-annimali. |
|
(3) |
L-istudji, l-analiżijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt fl-oqsma tas-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-sikurezza tal-ikel għandhom ukoll isostnu l-azzjonijiet identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benessri ta’ l-Annimali għall 2006-2010 (2). |
|
(4) |
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità identifika bosta oqsma ta’ azzjoni b’mod partikolari t-titjib ta’ l-istandards minimi eżistenti għall-protezzjoni u l-benessri ta’ l-annimali u l-introduzzjoni ta' indikaturi standardizzati tal-benesseri ta’ l-annimali. Rigward it-trasport ta’ l-annimali, il-pariri minn esperti xjentifiċi jindikaw li jinħtieġu regoli ġodda u xierqa dwar il-ħinijiet tal-ivvjaġġar u d-densitajiet tat-tagħbija. |
|
(5) |
Sabiex issir Stima tal-Impatt, u partikolarment, sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq il-benessri u s-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa pubblika, l-ekonomija, is-soċjetà, l-ambjent u l-amministrazzjoni li aktarx ikollha emenda tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (3) fir-rigward tal-ħinijiet ta' vvjaġġar u l-ispazju waqt l-ivvjaġġar, jeħtieġ isir studju. |
|
(6) |
Jixraq għalhekk li l-Komunità tiffinanzja studju għas-sena 2008 li għandu jevalwa l-għażliet politiċi differenti marbuta max-xenarji identifikati fir-rigward tal-ħinijiet ta' vvjaġġar u l-ispazju waqt l-ivvjaġġar għall-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, u biex jiġu evalwati l-impatti rispettivi tagħhom fuq il-benessri u s-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa pubblika, l-ekonomija, is-soċjetà, l-ambjent u l-amministrazzjoni. L-ammont massimu li għandu jiġi allokat għal din l-azzjoni għandu jiġi speċifikat. |
|
(7) |
L-azzjoni għandha ssir permezz ta' kuntratt ta’ servizz skont il-proċeduri ta’ akkwist għal proċeduri nnegozjati kif stipulat fl-Artikolu 91(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u l-Artikoli 126 u 129(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5). |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’dan qed tiġi approvata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta' studju dwar il-ħinijiet ta' vvjaġġar u l-ispazju waqt l-ivvjaġġar fit-trasport tal-annimali sa massimu ta’ EUR 58 000.
Artikolu 2
L-għoti tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandu jiġi rregolat mir-regoli tax-xiri pubbliku u għandu jsir permezz ta' proċedura nnegozjata skont l-Artikolu 91(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji stipulati fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2008.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).
(2) Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar il-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali għall 2006-2010, COM(2006) 13 finali.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002 p. 1, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).