European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/809

21.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 185/2023

tal-5 ta’ Lulju 2023

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/809]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li jmiss jiżdied fil-punt 31ba (id-Direttiva 2014/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 31baa (ir-Regolament (KE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32022 R 0858: Ir-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bf (ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

—

32022 R 0858: Ir-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31ca (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE):

“31cc.

32022 R 0858: Ir-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (ĠU L 151, 2.6.2022, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘dritt tal-Unjoni’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(b)

Fl-Artikolu 5(9), il-kliem ‘is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew is-sistema finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat’ għandhom jinbidlu bi ‘is-sistema finanzjarja taż-ŻEE, jew is-sistema finanzjarja tal-Parti Kontraenti kkonċernata’.

(c)

Fl-Artikolu 11(4), il-kliem ‘leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji’ għandu jinbidel b’‘leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji taż-ŻEE’.

(d)

L-Artikolu 19(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, għandu jinqara ‘Għandu jiġi applikat fi żmien 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 185/2023 tal-5 ta’ Lulju 2023.’”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2022/858 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 151, 2.6.2022, p. 1.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/809/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)