|
21.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 47/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 99/2007
tat-28 ta' Settembru 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2007 tas-6 ta' Lulju 2007 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali (2) akwatiċi, (kif korretta mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi u l-istituti Statali (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/104/KE tal-15 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE fir-rigward taż-żoni esklużi mil-lista taż-żoni approvati rigward il-Bonamia ostreae (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2006/88/KE tħassar, b'effett mill-1 ta' Awwissu 2008, id-Direttivi tal-Kunsill 91/67/KEE (5), 93/53/KEE (6), 95/70/KE (7) li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu mħassra taħt l-istess Ftehim b'effett mill-1 ta' Awwissu 2008. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) f'Parti 3.1:
|
|
2. |
Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) f'Parti 4.1:
|
|
3. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 65 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE) fil-Parti 4.2:
|
|
4. |
Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) f'Parti 8.1:
|
|
5. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 3 (Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE), 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE), 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE), 9a (Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE), 9b (Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-Parti 3.1, 1 (Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) u 4 (Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u 64 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) fil-Parti 4.2:
|
|
6. |
It-test tal-punti 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE) u 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) fil-Parti 3.1, il-punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 8.1 għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Awwissu 2008. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2006/88/KE, kif kienu korretti mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59, u d-Deċiżjonijiet 2006/911/KE u 2007/104/KE, bil-linġwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 13.12.2007, p. 2007, p. 6.
(2) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(3) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41.
(4) ĠU L 46, 16.2.2007, p. 51.
(6) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.
(7) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.