22007D0099

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2007 tat- 28 ta' Settembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

Official Journal L 047 , 21/02/2008 P. 0010 - 0011


Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-żee

Nru 99/2007

tat- 28 ta' Settembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2007 tas- 6 ta' Lulju 2007 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali [2] akwatiċi, (kif korretta mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE tal- 5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjoni 2001/618/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi u l-istituti Statali [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/104/KE tal- 15 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE fir-rigward taż-żoni esklużi mil-lista taż-żoni approvati rigward il-Bonamia ostreae [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5) Id-Direttiva 2006/88/KE tħassar, b'effett mill- 1 ta' Awwissu 2008, id-Direttivi tal-Kunsill 91/67/KEE [5], 93/53/KEE [6], 95/70/KE [7] li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu mħassra taħt l-istess Ftehim b'effett mill- 1 ta' Awwissu 2008.

(6) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) f'Parti 3.1:

"8a. 32006 L 0088: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14), (kif korretta mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59).

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda."

2. Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) f'Parti 4.1:

"5a. 32006 L 0088: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006. p. 14), (kif korretta mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59).

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda."

3. L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 65 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE) fil-Parti 4.2:

- "— 32007 D 0104: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/104/KE tal-15 ta' Frar (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 51)."

4. Dan il-punt għandu jiġi mdaħħal wara punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) f'Parti 8.1:

"4a. 32006 L 0088: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14), (kif korretta mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59).

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda."

5. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 3 (Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE), 4 (Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE), 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE), 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE), 9a (Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE), 9b (Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE) fil-Parti 3.1, 1 (Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) u 4 (Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE) fil-Parti 4.1 u 64 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) fil-Parti 4.2:

- "— 32006 D 0911: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE tal- 5 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41)."

6. It-test tal-punti 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE) u 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) fil-Parti 3.1, il-punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 8.1 għandu jitħassar b'effett mill- 1 ta' Awwissu 2008.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/88/KE, kif kienu korretti mill-ĠU L 140, 1.6.2007, p. 59, u d-Deċiżjonijiet 2006/911/KE u 2007/104/KE, bil-linġwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid- 29 ta' Settembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' Settembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur Jóhannesson

[1] ĠU L 13.12.2007, p. 2007, p. 6.

[2] ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

[3] ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41.

[4] ĠU L 46, 16.2.2007, p. 51.

[5] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.

[6] ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.

[7] ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.

[] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------