Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.

2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.