Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Panevėžio Apygardos Teismas - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal responsabbiltà kriminali għall-kultivazzjoni ta’ kull tip ta’ qanneb - Possibbiltà għal qorti li tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali meta l-kontenut ta’ sustanzi attivi tal-qanneb ma jaqbiżx ċertu limitu.
Dispożittiv
1) 1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tipprojbixxi l-kultivazzjoni u ż-żamma ta’ qanneb intiż għall-produzzjoni tal-fibra skont l-imsemmi regolament.
2) 2) Id-dritt Komunitarju jipprekludi li qorti ta’ Stat Membru tapplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, bi ksur tar-Regolament Nru 1782/2003, għandha bħala effett li tipprojbixxi l-kultivazzjoni u ż-żamma ta’ qanneb intiż għall-produzzjoni tal-fibra skont l-imsemmi regolament.