<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-627/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0627</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:321">EU:C:2020:321</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200430">30.4.2020</DATE> – Kawża C‑627/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nelson Antunes da Cunha</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P>z<HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tordna l-irkupru tal-għajnuna illegali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2015/1589</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17(1)</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għas-setgħat ta’ rkupru tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16(2) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal terminu ta’ preskrizzjoni inferjuri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑627/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Coimbra, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180731">31 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE> fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nelson Antunes da Cunha Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, P. G. Xuereb (Relatur) u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratriċi prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), minn J. Saraiva de Almeida u P. Estevão, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes kif ukoll minn P. Barros da Costa, H. Almeida u A. Gameiro, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França, B. Stromsky u G. Braga da Cruz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(2) u (3) u tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Nelson Antunes da Cunha Lda u l-Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) (Istitut għall-finanzjament tal-agrikoltura u tas-sajd, il-Portugall), dwar l-irkupru forzat ta’ għajnuna illegali ta’ ammont globali ta’ EUR 14 953.56, mingħand Nelson Antunes da Cunha, wara deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 25 u 26 tar-Regolament 2015/1589 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(25)</NO.P><TXT>F’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi li ma tkunx kompatibbli mas-suq intern, għandha terġa’ tiġi stabbilita sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-għajnuna, li tinkludi l-imgħax, għandha tiġi rkuprata mingħajr dewmien. Huwa xieraq li tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali. L-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri m’għandhiex, billi tipprevjeni l-esekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, timpedixxi li terġa’ tiġi stabbilita sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva. Biex jinkiseb dan ir-riżultat, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun effettiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali huwa xieraq li ssir dispożizzjoni biex ikun hemm perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin fir-rigward tal-għajnuna kontra l-liġi, li wara li jiskadi ma jista’ jkun ordnat l-ebda rkupru.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Rkupru ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni għall-rkupru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal- Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna li tkun rkuprata skont deċiżjoni għall-irkupru għandha tinkludi l-imgħax b’rata xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna kontra l-liġi kienet disponibbli għall-benefiċjarju sad-data li fiha tiġi rkuprata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni [Ewropea] skont l-Artikolu 278 [TFUE], irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b’mod immedjat u effettiv. Għal dan il-għan u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri provviżorji, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru tal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>I[s]-setgħat tal-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet preċedenti ġew riprodotti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1999">ĠU 1999, L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013, tat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 204, p. 15</REF.DOC.OJ>), li tħassar bir-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 306(1) tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili), it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri meta d-dritt ikun jista’ jiġi eżerċitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 309 tal-Kodiċi Ċivili, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Terminu ordinarju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>It-terminu ordinarju ta’ preskrizzjoni huwa ta’ [20] sena.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 310 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Jiġu preskritti wara terminu ta’ ħames snin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-interessi miftehma jew legali, anki jekk mhux illikwidati, u d-dividendi tal-kumpanniji;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 323(1) tal-imsemmi kodiċi, il-preskrizzjoni tiġi interrotta permezz ta’ ċitazzjoni jew ta’ notifika ġudizzjarja ta’ kwalunkwe att li jesprimi, direttament jew indirettament, l-intenzjoni li jsir użu minn dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tad-decreto-lei n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 155/92 (Digriet-Liġi Nru 155/92), tat-<DATE ISO="19920728">28 ta’ Lulju 1992</DATE> (Diário da República, Serje I-A, Nru 172/1992, tat‑<DATE ISO="19920728">28 ta’ Lulju 1992</DATE>), jistabbilixxi s-sistema ta’ amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat. Dan l-Artikolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Preskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="040.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1</NO.PARAG><ALINEA>– In-natura obbligatorja tar-rimbors tal-ammonti rċevuti hija preskritta ħames snin wara li dawn ikunu ġew irċevuti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="040.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>– It-terminu suespost jiġi interrott jew sospiż bl-akkadut ta’ waħda mill-kawżi ġenerali ta’ interruzzjoni jew ta’ sospensjoni tal-preskrizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-8 ta’ April u fis‑<DATE ISO="19930707">7 ta’ Lulju 1993</DATE>, Nelson Antunes da Cunha, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ikkonkludiet, mal-Caixa de Crédito Agrícola Mútuo ‑ Coimbra (CCAM Coimbra), kuntratti ta’ kreditu marbuta ma’ linja ta’ kreditu għat-twaqqif mill-ġdid tal-attivitajiet agrikoli u tat-trobbija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-decreto-lei n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 146/94 (Digriet-Liġi Nru 146/94), tal-<DATE ISO="19940524">24 ta’ Mejju 1994</DATE> (Diário da República, Serje I-A, Nru 120, tal-<DATE ISO="19940524">24 ta’ Mejju 1994</DATE>), ħoloq sistema ta’ għoti ta’ linji ta’ kreditu maħsuba sabiex jiffavorixxu, minn naħa, it-tnaqqis tad-dejn tal-impriżi fis-settur tat-trobbija intensiva u, min-naħa l-oħra, it-twaqqif mill-ġdid tal-attività tal-ħnieżer. Din l-iskema ma ġietx innotifikata mir-Repubblika Portugiża lill-Kummissjoni, kuntrarjament għal dak li kien jeżiġi l-Artikolu 88(3) KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti ta’ kreditu, il-predeċessur legali tal-IFAP, konformement mad-Digriet-Liġi Nru 146/94, wettaq pagamenti, bejn is-sena 1994 u s-sena 1996, favur Nelson Antunes da Cunha, bħala sussidji tar-rata tal-interessi, ta’ ammont globali ta’ EUR 7 526.90 (EUR 4 189.90 tħallsu fit-<DATE ISO="19940712">12 ta’ Lulju 1994</DATE>, EUR 2 513.94 fit-<DATE ISO="19950712">12 ta’ Lulju 1995</DATE> u EUR 823.06 fit-<DATE ISO="19960430">30 ta’ April 1996</DATE>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2000/200/KE, dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Portugall sabiex jitnaqqas id-dejn tal-impriżi fis-settur tat-trobbija intensiva u sabiex tissaħħaħ l-attività tat-trobbija tal-ħnieżer (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 66, p. 20</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Essenzjalment, mid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni, indirizzata lir-Repubblika Portugiża, jirriżulta li l-iskema ta’ għoti ta’ linji ta’ kreditu stabbilita permezz tad-Digriet Liġi Nru 146/94 hija skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni. Minn dan jirriżulta wkoll li r-Repubblika Portugiża hija obbligata tħassar din l-iskema ta’ għajnuna u tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra, mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna diġà mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom illegalment. Huwa ppreċiżat li l-irkupru għandu jsir skont il-proċeduri tad-dritt nazzjonali u li s-somom li għandhom jiġu rkuprati jipproduċu interessi mid-data li fiha dawn tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji, sal-irkupru effettiv tagħhom. Huwa indikat ukoll li r-Repubblika Portugiża għandha tinforma lill-Kummissjoni f’terminu ta’ xahrejn, mid-data tan-notifika tal-imsemmija deċiżjoni, bil-miżuri li hija ħadet sabiex tikkonforma ruħha magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, il-predeċessur legali tal-IFAP bagħat ittra lil Nelson Antunes da Cunha fejn talabha r-rimbors tal-għajnuna inkwistjoni. Din tal-aħħar ma laqgħetx din l-ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20090812">12 ta’ Awwissu 2009</DATE>, l-IFAP bagħtet ittra ġdida lil din il-kumpannija, li hija rċeviet fit‑<DATE ISO="20090813">13 ta’ Awwissu 2009</DATE>, fejn talbitha tirrimborsa l-għajnuna inkwistjoni f’terminu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li jibdew jiddekorru mill-wasla tal-imsemmija ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130707">7 ta’ Lulju 2013</DATE>, inbdiet proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa mis-Serviço de Finanças de Cantanhede (l-Uffiċċju tat-Taxxa ta’ Cantanhede, il-Portugall) kontra Nelson Antunes da Cunha, bil-għan li jiġu rkuprati d-djun tal-IFAP b’valur ta’ EUR 7 526.90 rappreżentanti l-għajnuna inkwistjoni, flimkien mal-interessi moratorji li jammontaw għal EUR 7 426.66.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Nelson Antunes da Cunha kkontestat din il-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju, jiġifieri t-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Coimbra, il-Portugall). Hija tallega, minn naħa, li, skont l-Artikolu 40 tad-Digriet-Liġi Nru 155/92, l-obbligu ta’ rimbors tal-ammonti riċevuti jiskadi wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ ħames snin mill-ġbir tagħhom, b’tali mod li l-obbligu ta’ rimbors tal-għajnuna inkwistjoni huwa preskritt. Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-interessi moratorji, hija ssostni li, sa fejn iddekorrew iktar minn ħames snin mid-data li fiha l-obbligu li miegħu dawn huma marbuta kien eżiġibbli, dawn huma wkoll preskritti bis-saħħa tal-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli b’mod speċifiku għall-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali, fatt li wassal lill-qrati superjuri nazzjonali sabiex jiddeċiedu li l-krediti tal-IFAP li jikkorrispondu<?PAGE NO="5"?> għall-irkurpu ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Istat Portugiż u li, b’deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma kkunsidrati bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern, huma suġġetti għat-terminu ordinarju ta’ preskrizzjoni ta’ 20 sena previst fl-Artikolu 309 tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju żżid li, fir-rigward tal-interessi relatati mal-għajnuna fil-veru sens tal-kelma, il-qrati nazzjonali superjuri jqisu li ma jistax jiġi konkluż, mingħajr formalità oħra, li tali interessi huma suġġetti għat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 20 sena previst fl-Artikolu 309 tal-Kodiċi Ċivili. Fil-fatt, skont dawn il-qrati, l-interessi konvenzjonali jew legali, anki jekk mhux likwidati, huma preskritti wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ ħames snin skont l-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili, terminu li, skont ir-regola tal-Artikolu 306 tal-istess kodiċi, jibda jiddekorri mill-eżiġibbiltà tal-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl, minn naħa, tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, li skontha l-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali ma għandhiex tostakola l-istabbiliment mill-ġdid ta’ kompetizzjoni effettiva billi tipprekludi l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, tal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jirriżulta mill-premessa 26 tar-Regolament 2015/1589, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament 2015/1589 japplikax biss għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru li jkun ta l-għajnuna jew jekk japplikax ukoll għar-relazzjonijiet bejn dak l-Istat Membru u l-benefiċjarju tal-għajnuna illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi wkoll jekk l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 2015/1589, li jipprovdi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi interessi, u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludux l-applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, previst fl-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili, għall-irkupru tal-interessi marbuta ma’ tali għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, peress li huma kkunsidrati bħala preskritti l-interessi dovuti għall-perijodu qabel il-ħames snin ta’ qabel l-att li jinterrompi l-preskrizzjoni msemmi fl-Artikolu 323(1) tal-Kodiċi Ċivili, id-dejn relatat mal-interessi relatati ma’ għajnuna mill-Istat jista’ jiġi preskritt anki qabel ma jkun preskritt id-dritt tal-Kummissjoni li teżiġi l-irkupru ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’risposta għal talba għal kjarifika li saritilha mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat, fir-rigward tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin ġie interrott biss permezz ta’ ittra rreġistrata sempliċi tas-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE>, l-interessi kollha akkumulati qabel is-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE> kienu preskritti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija żiedet li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili ma jistax, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, jiġi kkunsidrat bħala interrott minn kwalunkwe tip ta’ ittra mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Portugiżi, jew minn dawn tal-aħħar lill-benefiċjarju tal-għajnuna, peress li din l-ittra ma għandhiex in-natura ta’ ċitazzjoni jew ta’ notifika ta’ att ġudizzjarju, fis-sens tal-Artikolu 323(1) tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Coimbra) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>It-terminu ta’ preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat [tal-Kummissjoni] għall-irkupru tal-għajnuna, previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 2015/1589, japplika biss għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna jew japplika wkoll għar-relazzjonijiet bejn dan l-Istat u l-parti li qed topponi bħala benefiċjarja tal-għajnuna kkunsidrata bħala inkompatibbli mas-suq [intern]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li jiġi konkluż li l-imsemmi terminu huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna u l-benefiċjarja tal-għajnuna meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq komuni, għandu jitqies li dan it-terminu huwa applikabbli biss għall-fażi ta’ proċedura, jew għandu jitqies li huwa applikabbli wkoll għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li jiġi konkluż li l-imsemmi terminu huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna u l-benefiċjarju tal-għajnuna meqjusa bħala inkompatibbli mas-suq [intern], għandu jitqies li dan it-terminu jiġi interrott minn kwalunkwe att tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru li jkun relatat mal-għajnuna illegali anki jekk ma jkunx ġie nnotifikat lill-benefiċjarju tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589 […] kif ukoll il-prinċipji [ġenerali tad-dritt] tal-Unjoni, b’mod speċifiku l-prinċipju ta’ effettività u l-prinċipju ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq [intern] jipprekludu l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni iqsar minn dak iffissat fl-Artikolu 17 [ta’ dan ir-regolament], hekk kif previst fl-Artikolu 310[…](d) tal-[…] Kodiċi Ċivili […], għall-interessi li jingħaddu mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(1) tar-Regolament 2015/1589 għandux jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, li tipprevedi din id-dispożizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna, japplikax biss għar-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru li toriġina minn din l-istituzzjoni jew ukoll għar-relazzjonijiet bejn dan l-Istat u l-benefiċjarju tal-għajnuna kkunsidrata bħala inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 2015/1589, li jipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, jirrigwarda biss is-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:51">EU:C:2019:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan it-terminu ma jistax jiġi applikat għall-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sa fejn ir-Regolament 2015/1589 jinkludi regoli ta’ natura proċedurali li japplikaw għall-proċeduri amministrattivi kollha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat pendenti quddiem il-Kummissjoni, dan jikkodifika u jsostni l-prassi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-eżami tal-għajnuna mill-Istat u ma jinkludi ebda dispożizzjoni dwar is-setgħat u l-obbligi tal-qrati nazzjonali, li jibqgħu rregolati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:51">EU:C:2019:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħoddu bl-istess mod fir-rigward tas-setgħat u tal-obbligi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar’ il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament 2015/1589 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, li tipprovdi din id-dispożizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna, japplika biss għar-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru li toriġina minn din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domandi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589, li jipprovdi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi interessi, u l-prinċipju ta’ effettività, imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali, għal tul ta’ żmien iqsar mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, previst fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, għall-irkupru ta’ dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kemm l-IFAP kif ukoll il-Gvern Portugiż jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-qorti tar-rinviju li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, previst fl-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili, jista’ japplika għall-irkupru tal-interessi relatati mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata u li jostakola l-irkupru ta’ dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-IFAP tqis li, f’dan il-każ, hija tista’ teżerċita d-dritt tagħha ta’ kreditu kontra Nelson Antunes da Cunha biss mit-tmiem tal-proċedura amministrattiva miftuħa għall-irkupru tal-għajnuna, jiġifieri mid-data tal-ittra tat‑<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, imsemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, huwa jqis li d-dritt ta’ rkupru tal-interessi relatati mal-għajnuna inkwistjoni ma huwiex preskritt. Il-Gvern Portugiż isostni, min-naħa tiegħu, li, sa fejn id-dritt Portugiż ma jipprevedix terminu ta’ preskrizzjoni speċifiku għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat imħallsa indebitament, it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli, kemm għall-irkupru tal-għajnuna fil-veru sens tal-kelma kif ukoll għall-interessi moratorji relatati ma’ din l-għajnuna, huwa t-terminu nazzjonali ta’ preskrizzjoni ordinarja ta’ 20 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta tkun adita, b’talba għal deċiżjoni preliminari, minn qorti nazzjonali, iżżomm mal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun ġiet esposta lilha minn din il-qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Online Games <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑685/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:452">EU:C:2017:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, irrispettivament mill-kritika tal-partijiet fil-kawża prinċipali u l-partijiet ikkonċernati fil-konfront tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali adottata mill-qorti tar-rinviju, l-eżami ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jsir fid-dawl tal-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt kif ingħatat minn din l-aħħar imsemmija qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>New Valmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:464">EU:C:2016:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li r-Repubblika Portugiża kienet obbligata tirkupra l-għajnuna msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, interessi inklużi, konformement mad-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni u mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(3) ta’ dan ir-regolament, l-irkupru ta’ tali għajnuna għandu jsir skont il-proċeduri previsti mid-dritt nazzjonali, sakemm dawn tal-aħħar jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm ir-regoli nazzjonali dwar il-preskrizzjoni huma, bħala prinċipju, applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment, dawn ir-regoli għandhom, madankollu, jiġu applikati b’mod li ma jirrendux prattikament impossibbli l-irkupru meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni u billi jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ l-interess tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:373">EU:C:2003:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-għan prinċipali tar-rimbors ta’ għajnuna mill-Istat imħallsa illegalment huwa li tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti mill-għajnuna illegali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>SNCF Mobilités vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:165">EU:C:2018:165</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Ir-ritorn lejn is-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas ta’ għajnuna illegali jew inkompatibbli mas-suq intern jikkostitwixxi rekwiżit meħtieġ għaż-żamma tal-effett utli tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar l-għajnuna mill-Istat (ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ rkupru jkun sodisfatt biss meta l-Istat Membru kkonċernat ikun effettivament irkupra l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli, inkluż l-interessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>CELF u ministre de la Culture et de la Communication</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>A2A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:537">EU:C:2015:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-termini ta’ preskrizzjoni jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-funzjoni li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190123">23 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fallimento Traghetti del Mediterraneo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:51">EU:C:2019:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm għandha tiġi żgurata l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ ċertezza legali, huwa importanti wkoll li tiġi bbilanċjata l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti mal-interess pubbliku intiż sabiex jiġi evitat li l-funzjonament tas-suq jiġi mxekkel minn għajnuna mill-Istat li tkun ta’ ħsara għall-kompetizzjoni, li jeżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għajnuna illegali titħallas lura sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:10">EU:C:1997:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Jeħtieġ jitfakkar ukoll li hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, fid-dawl tan-natura mandatorja tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, minn naħa, l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, fil-prinċipju, aspettattivi leġittimi li l-għajnuna hija regolari biss jekk din tkun ingħatat skont il-proċedura prevista f’dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku u diliġenti għandu normalment ikun f’pożizzjoni li jiżgura ruħu li din il-proċedura ġiet osservata. B’mod partikolari, meta għajnuna tiġi eżegwita mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, b’tali mod li din tkun illegali skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax ikollu, f’dan il-mument, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għoti ta’ din tal-aħħar (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan japplika kemm fil-każijiet ta’ għajnuna individwali kif ukoll għal dawk ta’ għajnuna mogħtija skont skema ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin applikabbli għall-interessi relatati mal-għajnuna inkwistjoni, previst fl-Artikolu 310(d) tal-Kodiċi Ċivili, ġie interrott biss fit-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE> u li l-interessi kollha dovuti għall-perijodu qabel it-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE> huma preskritti, skont din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, minn dan jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni tostakola l-irkupru ta’ parti mill-interessi marbuta mal-għajnuna inkwistjoni u, għaldaqstant, irkupru sħiħ ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju rrilevat li, peress li huma kkunsidrati bħala preskritti l-interessi dovuti għall-perijodu qabel il-ħames snin ta’ qabel l-att li jinterrompi l-preskrizzjoni, id-dejn relatat mal-interessi relatati ma’ għajnuna jista’ jiġi preskritt anki qabel ma jiġi preskritt id-dritt tal-Kummissjoni li teżiġi l-irkupru ta’ din l-għajnuna. Waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-applikazzjoni, f’dan il-każ, ta’ tali terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali twassal għall-preskrizzjoni ta’ parti mill-interessi marbuta mal-ewwel ħlas tal-għajnuna inkwistjoni, li għaddew iktar minn ħames snin bejn dan l-ewwel ħlas imwettaq matul is-sena 1994 u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-preskrizzjoni ta’ parti mill-interessi marbuta mal-għajnuna inkwistjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, għandu jiġi rrilevat li l-intervent ta’ tali preskrizzjoni jirrendi impossibbli l-irkupru sħiħ meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’ dejjem, fit-terminu ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament 2015/1589, titlob l-irkupru ta’ għajnuna illegali, u dan minkejja l-iskadenza eventwali tat-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli fil-proċedura nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, Nelson Antunes da Cunha ma tistax f’dan il-każ validament tinvoka aspettattivi leġittimi fil-legalità tal-għajnuna inkwistjoni, peress li din ġiet implementata mir-Repubblika Portugiża mingħajr notifika minn qabel ta’ din lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali, applikabbli għall-irkupru ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata, li skada anki qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni, għandu għalhekk jitħalla mhux applikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-preskrizzjoni ta’ parti mill-interessi marbuta mal-għajnuna inkwistjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament 2015/1589, l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni għandha tkun immedjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-IFAP jirriżulta li, sabiex tingħata segwitu għal din id-deċiżjoni, il-predeċessur legali tagħha bagħat ittra lil Nelson Antunes da Cunha fit-<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, jiġifieri kważi tliet snin wara l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, sabiex titlobha r-rimbors tas-somma ta’ EUR 7 526.90, flimkien mal-interessi korrispondenti. Peress li Nelson Antunes da Cunha ma laqgħetx din it-talba, l-IFAP bagħtitilha, fit-<DATE ISO="20090812">12 ta’ Awwissu 2009</DATE>, jiġifieri kważi għaxar snin wara l-adozzjoni tal-istess deċiżjoni, ittra ġdida li kienet teżiġi r-rimbors tal-għajnuna inkwistjoni. Wara xi skambji bejn Nelson Antunes da Cunha u l-IFAP, fis-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE>, inbdiet proċedura ta’ rkupru ta’ dan id-dejn, li interrompiet it-terminu ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-preskrizzjoni ta’ parti mill-interessi marbuta mal-għajnuna inkwistjoni, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE>, tirriżulta għalhekk prinċipalment mill-fatt li l-predeċessur legali tal-IFAP u l-IFAP dewmu sabiex jeżegwixxu din id-deċiżjoni, li għaddew kważi erbatax-il sena bejn l-adozzjoni ta’ din tal-aħħar u l-interruzzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni, kif enfasizzat il-Kummissjoni waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, li tiġi ammessa l-preskrizzjoni tal-interessi marbuta ma’ għajnuna illegali minħabba li l-awtoritajiet nazzjonali kkonformaw ruħhom tard mad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19991125">25 ta’ Novembru 1999</DATE> jirrendi l-irkupru sħiħ ta’ din l-għajnuna prattikament impossibbli u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat privata jkollha effett utli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Alcan Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:163">EU:C:1997:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mill-Kummissjoni, ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali huwa limitat sabiex jimplementaw kull deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dawn l-awtoritajiet ma għandhom għaldaqstant l-ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Alcan Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:163">EU:C:1997:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-awtorità nazzjonali, il-benefiċjarju ta’ għajnuna mogħtija illegalment ma jibqax fl-inċertezza meta l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli u titlob l-irkupru tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Alcan Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:163">EU:C:1997:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 77 u 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-evalwazzjoni tapplika bl-istess mod għall-għajnuna mogħtija taħt skema ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi assimilata ma’ dik li fiha operatur ekonomiku jinjora jekk l-amministrazzjoni kompetenti kinitx ser tiddeċiedi u li fiha l-prinċipju ta’ ċertezza legali jitlob li din l-inċertezza tintemm f’ċertu terminu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, <NAME.CASE>Alcan Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:163">EU:C:1997:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li t-termini ta’ preskrizzjoni huma intiżi li jiggarantixxu, ma jistax jostakola l-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589, li jipprovdi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi interessi, u l-prinċipju ta’ effettività, imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali għall-irkupru ta’ għajnuna meta dan it-terminu jkun skada qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha jew meta dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jkun skada, prinċipalment, permezz ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin, li tipprovdi din id-dispożizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna, japplika biss għar-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru li toriġina minn din l-istituzzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="11"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2015/1589, li jipprovdi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi interessi, u l-prinċipju ta’ effettività, imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali għall-irkupru ta’ għajnuna meta dan it-terminu jkun skada qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha jew meta dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jkun skada, prinċipalment, permezz ta’ din id-deċiżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>