Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU III: AGRIKOLTURA U SAJD - Artikolu 38 (ex Artikolu 32 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0062 - 0062
Artikolu 38 (ex Artikolu 32 TKE) 1. L-Unjoni għandha tiddefinixxi u timplimenta politika komuni ta' l-agrikoltura u s-sajd. Is-suq intern jikkomprendi l-agrikoltura u l-kummerċ fi prodotti agrikoli u tas-sajd. "Prodotti agrikoli" għandhom ifissru l-prodotti ta' l-art, tat-trobbija ta' l-annimali u tas-sajd kif ukoll ta' l-ewwel proċessar konness direttament ma' dawn il-prodotti. Ir-referenzi għall-politika agrikola komuni jew għall-agrikoltura u l-użu tat-terminu "agrikola", għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu wkoll għas-sajd, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur. 2. Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 39 sa 44, ir-regoli li hemm għall-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern japplikaw għal prodotti agrikoli. 3. Il-Prodotti suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 39 sa 44 huma elenkati fl-Anness I. 4. Il-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq intern għall-prodotti agrikoli għandhom jiġu akkompanjati mill-istabbiliment ta' politika agrikola komuni. --------------------------------------------------