31987R4005



Official Journal L 377 , 31/12/1987 P. 0048 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0220


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4405/87

tat-23 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 845/72 li jistabbilixxi l-miżuri speċjali biex tiġi stimulatat t-trobbija tad-dud tal-ħarir.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar it-tariffi u n-nomenklatura ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1],kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u partikolarment Artikolu 15 ta’ dan,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar, 1988, nomenklatura magħquda ta’ prodotti bażati fuq is-Sistema Armonizzata li għandha tilħaq ir-rekwiżiti kemm tat-Tariffa Komuni Doganali u kemm in-nomenklatura ta’ prodotti għal statistika dwar kummerċ estern tal-Komunità;

Billi, bħala konsegwenza, huwa meħtieġli tkun espressa d-deskrizzjoni ta’ prodotti u n-numri tat-titoli tat-tariffi li jidhru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 [3], skond il-kondizzjonijiet tan-nomenklatura magħquda, billi dawn l-adattamenti ma jitolbux li jsiru emendi ta’ sustanza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Artikolu1 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Biex tkun inkoraġġita l-azzjoni bil-kummerċ u l-organizzazzjonijiet kummerċjali bi sħab biex jiffaċilitaw l-aġġustament tal-proviżjoni għall-ħteġijiet tas-suq, għandhom jittieħdu miżuri tal-Komunità biex itejbu l-kwalità fir-rigward tad-dud tal-ħarir li jaqgħu taħt is-sub titolu 01060099 tan-nomenklatura magħquda u fir-rigward tal-bajd tad-dud tal-ħarir li jaqgħu taħt is-sotto titolu 05119990 tan-nomenklatura magħquda."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 1988.

Dan ir- Regolament jorbot fl-intier tiegħu lill-iStati Membri kollha u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha

Magħmul fi Brussel, 23 ta’ Diċembru, 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Il-Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p. 1.

[3] ĠU L 100, tas-27.4.1972, p. 1.

--------------------------------------------------