|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1469 |
19.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1469
tal-18 ta’ Lulju 2025
li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(2) |
Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, jenħtieġ li tmien entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/765/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista fit-taqsima “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)”:
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“48. |
State-owned Foreign Trade Unitary Enterprise Belvneshpromservice |
Дзяржаўнае знешнегандлёвае ўнітарнае прадпрыемства Белзнешпрамсэрвіс Государственное внешнеторговое унитарное предприятие Белвнешпромсервис |
Indirizz: 2 Kazinets street, Minsk, 220099, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 14.7.1992 Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 100128724 Tel: + 375 17 272 07 08 Fax: + 375 17 260 18 87 Indirizz elettroniku: reception@bvpservice.com Sit web: https://www.bvpservice.by/ Individwi assoċjati: Id-Direttur Ġenerali Aleksandr Yakovlevich Anischenko |
State-owned Foreign Trade Unitary Enterprise Belvneshpromservice ġiet stabbilita sabiex tippromwovi l-prodotti tad-difiża Belarussi fis-swieq barranin. Hija tispeċjalizza fl-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata għal skopijiet militari u għandha d-dritt li ttejjeb, issewwi u tforni oġġetti militari għad-Difiża tal-Ajru, il-Forza tal-Ajru u l-Forzi tal-Art tal-Belarussja. Għaldaqstant, State-owned Foreign Trade Unitary Enterprise Belvneshpromservice qed tappoġġa l-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja. |
19.7.2025 |
|
49. |
OKB TSP Scientific Production Limited Liability Company |
Науково-виробниче товариство з обмеженою відповідальністю ‘ОКБ ТСП’ Научно-производственное общество с ограниченной ответственностью ‘ОКБ ТСП’ |
Indirizz: Frantsiska Skoriny Street, building 1, unit 21, 220076 Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 8.7.2002 Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 190369982 Tel: + 375 17 311 05 69 Indirizz elettroniku: tsp@tspbel.com Sit web: https://sdc.okbtsp.com |
OKB TSP Scientific Production Limited Liability Company hija kumpanija tad-difiża involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disinn tal-armi. Hija għandha liċenzji għall-manifattura u l-kummerċ barrani maħruġa minn State Authority for Military Industry (l-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari) tar-Repubblika tal-Belarussja. Tipproduċi tagħmir bħal vetturi militari u sistemi kontra l-inġenji tal-ajru. Għaldaqstant, OKB TSP Scientific Production Limited Liability Company hija entità li tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja. |
19.7.2025 |
|
50. |
KB Unmanned Helicopters (UAVHeli) |
КБ Беспілотныя Верталёты ООО КБ Беспилотныйе вертолеты |
Indirizz: d. 47, korp. 14, ul. Yanki Mavra, Minsk, 220015, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 27.4.2017 Numru tar-reġistrazzjoni: 192807396 |
KB Unmanned Helicopters (UAVHeli) hija kumpanija Belarussa li tipproduċi inġenji tal-ajru u tagħmir tal-inġenji tal-ajru. Il-kumpanija tipproduċi ħelikopters mingħajr bdot abbord mgħammra u ddisinjati speċifikament biex jintużaw f’kuntest militari. Għaldaqstant KB Unmanned Helicopters hija entità li tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja, inkluż billi hija involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
19.7.2025 |
|
51. |
Legmash Plant OJSC magħrufa wkoll bħala ZAVOD SHVEINYKH MASHIN OAO magħrufa wkoll bħala OTKRYTOE AKTSIONERNOE OBSCHESTVO BELORUSSKIY METALLURGICHESKIY ZAVOD magħrufa wkoll bħala OTKRYTOE AKTSIONERNOE OBSCHESTVO ZAVOD LEGMASH |
Адкрытае акцыянернае таварыства Завод ‘Легмаш’ |
Indirizz: Vostochny Lane, 17, Orsha, 211390, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 6.5.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 300228934 Tel: +375 216 42 00 91 Sit web: https://legmash.by/ Indirizz elettroniku: legmash@vitebsk.by |
Legmash Plant OJSC hija impjant Belarussu li jipproduċi projettili ta’ 152-mm u 122-mm għall-artillerija tal-kanuni (inkluż Howitzers D-30, D-20, Msta-B, Giatsint-B, u l-modifiki awtopropulsivi tagħhom). Il-faċilità timmanifattura wkoll rokits mhux iggwidati ta’ 122-mm tal-linja 9M22U-1 għal-lanċjatur ta’ rokits multipli 9K51 Grad MLRS. Għaldaqstant, Legmash Plant OJSC qed tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja. Legmash Plant OJSC tirċievi benefiċċji fiskali estensivi, irregolati minn leġiżlazzjoni presidenzjali u mill-Gvern Belarussu. Għaldaqstant Legmash Plant OJSC qed tibbenefika wkoll mir-reġim ta’ Lukashenka. |
19.7.2025 |
|
52. |
Research and Production Unitary Enterprise ‘Scientific and Technical Center “LEMT”BelOMO’ magħrufa wkoll bħala UP NTTS LEMT BELOMO |
Науково-виробниче унітарне підприємство ‘Науково-технічний центр “ЛЕМТ” БєлОМО’ |
Indirizz: D. 23, korp. 1, Nezhiloe pomeshchenie, Makaenka street, Minsk, 220114, Belarus Tip ta’ entità: Intrapriża tal-Istat Post tar-reġistrazzjoni: Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 26.05.1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 100230590 |
Belarusian Scientific and Technical Center LEMT huwa proprjetà tal-intrapriża tal-istat BelOMO. LEMT jimmanifattura miri ottiċi u sistemi għal armi konvenzjonali, rangefinders tal-laser, moduli ta’ kejl tad-distanza bbażati fuq lasers b’dijodi, u sistemi ta’ kontroll tan-nar bil-laser. Il-miri LEMT jintużaw fl-azzarini awtomatiċi AK-12 prodotti mill-Kalashnikov tar-Russja. Għaldaqstant LEMT jifforma parti mill-kumpless militari u industrijali tal-Belarussja, inkluż billi huwa involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari. |
19.7.2025 |
|
53. |
Laser Devices and Technologies magħrufa wkoll bħala Laser Devices and Technologies Limited Liability Company |
Общество с ограниченной ответственностью ‘Лазерные приборы и технологии’ Таварыства з абмежаванай адказнасцю ‘Лазерныя прыборы і тэхналогіі’ |
Indirizz: Tsentralnaya Street, House 2, Room 116, Demidovichsky Village Council, Yutski Village, Dzerzhinsky District, Minsk Region, Belarus Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 10.2.2017 Numru tar-reġistrazzjoni: 691827047 Post prinċipali tan-negozju: Minsk, Belarus |
LLC Laser Devices and Technologies, li qabel kienet magħrufa bħala LLC Laboratory of Additive Technologies, hija kumpanija Belarussa li tispeċjalizza fil-gaskets. Din tissupplixxi komponenti lil utenti finali militari bħal Peleng u Uralvagonzavod. Il-kumpanija tipprovdi wkoll partijiet għall-produzzjoni ta’ miri panoramiċi (PKP) għat-tankijiet Russi T-72 u T-90. Għalhekk, LLC Laser Devices and Technologies tipprovdi komponenti lis-setturi militari u industrijali tal-Belarussja, filwaqt li tappoġġa l-avvanzi militari u teknoloġiċi tal-pajjiż, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża u sigurtà tiegħu. |
19.7.2025 |
|
54. |
JSC Vistan magħrufa wkoll bħala Open Joint Stock Company ‘VISTAN’ |
Адкрытае акцыянернае таварыства ‘ВIСТАН’ Открытое акционерное общество ‘ВИСТАН’ |
Indirizz: Dimitrova street, 36/7, 210627, Vitebsk, Belarus Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti miftuħa Post tar-reġistrazzjoni: Vitebsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 1.2.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 300029332 Post prinċipali tan-negozju: Belarus Sit web: https://vistan.ru/index.html Indirizz elettroniku: comintern@tut.by, info@vistan.ru |
JSC Vistan hija manifattur Belarussu ta’ għodod tal-magni, inklużi ċentri tal-immaxinjar tas-CNC, moli ċilindriċi, magni tat-tħin mingħajr ċentru, tagħmir tal-ipproċessar tal-gerijiet, u tornijiet. Dawn huma teknoloġiji b’użu doppju użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti militari. JSC Vistan tesporta aktar minn 60 % tal-prodotti tagħha lejn ir-Russja u tforni għodod tal-magni lil intrapriżi Russi relatati mad-difiża, inkluż JSC ‘Krasny Oktyabr’. Il-kumpanija hija parti minn programm ta’ sostituzzjoni tal-importazzjonijiet bejn il-Belarussja u r-Russja u qed tirċievi US$15 000 000 f’finanzjament appoġġat minn sostenn finanzjarju mill-Istat Russu, biex tespandi l-produzzjoni tal-magni tal-ipproċessar tal-gerijiet. Barra minn hekk, JSC Vistan irċeviet finanzjament mill-gvern Russu għall-iżvilupp ta’ proġetti strateġiċi tal-avjazzjoni, li jindika l-kontribut tagħha għall-kumpless militari-industrijali Russu. Għalhekk, JSC Vistan tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali Belarussu u tikkontribwixxi għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, u għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. |
19.7.2025 |
|
55. |
Rukhservomotor LLC magħrufa wkoll bħala OOO Ruchservomotor magħrufa wkoll bħala TAA Ruchservamator magħrufa wkoll bħala OOO Rukhservomotor magħrufa wkoll bħala Limited Liability Company ‘Rukhservomotor’ |
TAA Рухсерваматор OOO Рухсервомотор |
Indirizz: 5 Montazhnikov Street, 220019, Minsk, Belarus Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 24.2.2000 Numru tar-reġistrazzjoni: 800002497 Post prinċipali tan-negozju: Minsk, Belarus Sit web: https://eng.e-motors.tech/, Tel: + 375 17 390 54 47 +375 17 390 30 76 Fax: + 375 17 390 54 48 Indirizz elettroniku: info@e-motors.tech |
Rukhservomotor LLC hija kumpanija Belarussa li tiffoka fuq l-iżvilupp u l-manifattura ta’ sistemi ta’ koordinati ta’ preċiżjoni. Hija tforni lill-kumpaniji li huma utenti finali militari b’oġġetti b’użu aħħari militari. Il-kumpanija tipparteċipa fil-produzzjoni ta’ miri panoramiċi (PKP) għat-tankijiet Russi T-72 u T-90. Għalhekk, Rukhservomotor LLC tifforma parti mill-kumpless militari u industrijali Belarussu, u tikkontribwixxi għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, u l-iżvilupp tas-settur tad-difiża u tas-sigurtà tagħha. |
19.7.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1469/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)