European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6788

7.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11515 – VEOLIA ENVIRONNEMENT / UNIPER HUNGARY ENERGETIKAI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6788)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Veolia Invest Hungary Zrt. (“Veolia Hungary”, l-Ungerija), ikkontrollata minn Veolia Environnement S.A. (“Veolia”, Franza),

—

Uniper Hungary Energetikai Kft. (“Uniper Hungary”, l-Ungerija), ikkontrollata minn Uniper SE (“Uniper”, il-Ġermanja).

Veolia Hungary se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Uniper Hungary, kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Veolia Hungary tipprovdi soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija fl-Ungerija, u b’mod partikolari topera impjanti tal-enerġija f’għaxar postijiet. Veolia, bħala l-kumpanija omm aħħarija, hija attiva globalment fil-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tal-enerġija.

—

Uniper Hungary tippossjedi u topera l-impjant tal-enerġija ta’ Gönyű, impjant tal-enerġija bit-turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat li jinsab fil-parti tal-Majjistral tal-Ungerija, li għandu kapaċità installata ta’ 428 MW.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11515 – VEOLIA ENVIRONNEMENT / UNIPER HUNGARY ENERGETIKAI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6788/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)