|
9.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10681 – RTL Deutschland/Seven.One Entertainment Group/Addressable TV Technology JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 304/06)
1.
Fl-1 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
RTL Deutschland GmbH (“RTL Deutschland”, il-ĠERMANJA), |
|
— |
Seven.One Entertainment Group GmbH (“Seven.One Entertainment Group”, il-ĠERMANJA), |
|
— |
The Addressable TV GmbH (“Addressable TV Technology JV”, il-ĠERMANJA), |
RTL u Seven.One Entertainment Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Addressable TV Technology JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
RTL Deutschland hija attiva fid-divertiment televiżiv u dak online kif ukoll fis-servizzi tal-produzzjoni u tax-xandir, |
|
— |
Seven.One Entertainment Group huwa attiv fid-divertiment televiżiv u dak online kif ukoll fis-servizzi tal-produzzjoni u tax-xandir. |
3.
Addressable TV Technology JV se tiżviluppa servizzi mmirati biex isaħħu l-aċċessibbiltà ottimizzata u l-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi pre-eżistenti u non-proprjetarju fuq it-teknoloġija ta’ Addressable TV (“ATV”). B’mod partikolari, huwa se jiddefinixxi l-funzjonalitajiet tat-teknoloġija tal-ATV u jipprovdi lix-xandara u lill-manifatturi ta’ elettroniċi tal-konsumaturi b’għodda bbażati fuq app li jgħinuhom jittestjaw u jiċċertifikaw li t-teknoloġiji rispettivi tal-ATV ikunu jaqblu mar-rekwiżiti ta’ implimentazzjoni teknika raffinata definita mill-Addressable TV Technology JV.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10681 – RTL Deutschland/Seven.One Entertainment Group/Addressable TV Technology JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).