Official Journal L 262 , 14/10/2003 P. 0037 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tmenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE li tistabbilixxi elenku ta’ żoni approvati in rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3463) (Test b’relevanza għaż- ŻEE) (2003/729/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tirrigwarda l-kondizzjonijiet tas-sanità ta’ l-annimali li tirregola marketing ta’ annimali u prodotti mrobbija u prodotti mill-akkwakultura [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE(3), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/378/KE(4), tippreskrivi ż-żoni fl-Irlanda kkonsidrati bħala li huma ħielsa mill-mard Bonamia ostrea u/jew Marteilia refringens. (2) l-Irlanda informat lil Kmmissjoni b’ ittar ddatata l-24 ta’ Ġunju 2003 bl-iskoperta tal-Bonamia ostrea fil-Bajja Blacksod fuq il-kosta ta’ County Mayo, żona li qabel kienet ikkonsidrata ħielsa minn dik il-marda. Dik iż-żona għaldaqstant ma tistax titqies aktar bħala li hi ħielsa mill-marda Bonamia ostrea. (3) Id-Deċiżjoni 2002/300/KE għaldaqstant għandha tiġi emendata skond din l-iskoperta. (4) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/300/KE hu mibdul mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Ottubru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.02.91, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS ŻONI APPROVATI GĦAL WIEĦED JEW IŻJED GĦALL-MARD TAL-MOLLUSKI BONAMIA OSTREA U MARTEILIA REFRINGENS 1.A. Żoni fl-Irlanda approvati in rigward ta’ S sa B. Ostreae - Il-kosta kollha ta’ l-Irlanda ħlief għas-sitt żoni li ġejjin: - Il-Port ta’ Cork - Il-Bajja ta’ Galway - Il-Port ta’ Ballinakill - Il-Bajja Clew - Il-Kanal ta’Achill - Loughmore,Il-Bajja ta’ Blacksod 1.B. Iż-żoni fl-Irlanda approvati in rigward ta’ M. Refringens - - Il-kosta kollha ta’ l-Irlanda 2.A. Iż-żoni fir-Renju Unit, il-Gżejjer tal-Kanal Ingliż u Isle ta’ Man approvati in rigward għal B. Ostreae - Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, bl-eċċezzjoni taż-żoni li ġejjin: - il-kosta tan-nofs in-nhar ta’ Cornwall mil-Lizard sa Start Point - iż-żona ta’ madwar l-estwarju tas-Solent minn Portland Bill sa Selsey Bill - iż-żona matul il-kosta f’Essex minn Shoeburyness sal-punt Landguard. - Il-kosta kollha ta’ l-Irlanda ta’ Fuq - Il-kosta kollha ta’ Guernsey u Herm - Iż-żona ta’ l-Istati ta’ Jersey: iż- żona tikkonsisti fiż-żoni ta’ bejn il-mili u l-friegħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma’ fejn hemm l-anqas livell ta’ friegħ fil-Gżira ta’ Jersey f’linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-aktar livell baxx ta’ friegħ tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona hi sitwata fil-Golf Normano-Breton, fuq in-naħa tan-nofs in-nhar tal-Kanal Ingliż - Il-kosta kollha ta’ Isle ta’ Man 2.B. Żoni fir-Renju Unit, iċ- Channel Islands u l-Isle ta’ Man approvati in rigward ta’ M. Refringens - Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja - Il-kosta kollha ta’ l-Irlanda ta’ Fuq - Il-kosta kollha ta’ Guernsey u Herm - Iż-żona ta’ l-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkonsisti fiż-żoni ta’ bejn il-mili u l-friegħ tal-baħar u l-kosta li tiġi eżatt ma’ fejn hemm l-anqas livell ta’ friegħ fil-Gżira ta’ Jersey f’linja immaġinarja maħżuża tliet mili nawtiċi mill-anqas livell baxx ta’ friegħ ta’ l-ilma tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona hija sitwata fil-Golf Normano-Breton, fuq in-naħa tan-nofs in-nhar tal-Kanal Ingliż - Il-kosta kollha ta’ Isle ta’ Man” --------------------------------------------------