29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

338


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta' Marzu 2006

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Sitt EDF) għas-sena finanzjarja 2004

(2006/220/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Tielet Konvenzjoni ta' l-ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fit-8 ta' Diċembru 1984,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 86/126/KEE dwar l-għajnuna finanzjarja u amministrattiva tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 29(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-11 ta' Novembru 1986 applikabbli għas-Sitt Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Sitt EDF) (2), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 73 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati mas-Sitt EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2004 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (3),

Billi skond l-Artikolu 29(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għat-tmexxija finanzjarja tas-Sitt EDF trid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF matul is-sena finanzjarja 2004 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Sitt EDF għas-sena finanzjarja 2004.

Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta' Marzu 2006.

Ghall-Kunsill

Il-President

K.-H. GRASSER


(1)   ĠU L 86, 31.3.1986, p. 210. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 86/281/KEE (ĠU L 178, 2.7.1986, p. 13).

(2)   ĠU L 325, 20.11.1986, p. 42.

(3)   ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.