12004V329

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU VIII - IMPLIMENTAZZJONI TAL-KLAWŻOLA TA' SOLIDARJETÀ - Artikolu III-329

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0149 - 0150


Artikolu III-329

1. Jekk Stat Membru jkun vittma ta' attakk terroristiku jew ta' diżastru naturali jew li jkun kaġunat mill-bniedem, l-Istati Membri l-oħra għandhom jgħinuh fuq talba ta' l-awtoritajiet politiċi tiegħu. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkordinaw bejniethom fil-Kunsill.

2. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawsola tas-solidarjetà prevista fl-Artikolu I-43 għandha tiġi definita b'deċiżjoni Ewropea adottata mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta konġunta tal-Kummissjoni u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond l-Artikolu III-300(1) fejn din id-deċiżjoni jkollha implikazzjonijiet ta' difiża. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi nfurmat.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu III-344, il-Kunsill għandu jiġi assistit mill-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà bl-appoġġ ta' l-istrutturi żviluppati fil-kuntest tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, u mill-Kumitat previst fl-Artikolu III-261; iż-żewġ kumitati għandhom, jekk meħtieġ, jissottomettu opinjonijiet konġunti.

3. Il-Kunsill Ewropew għandu jivvaluta regolarment it-theddid kontra l-Unjoni sabiex hi u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva.

--------------------------------------------------