|
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 445/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2197
tat-13 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, f’Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma valuri fundamentali tal-Unjoni u tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tagħha. |
|
(3) |
Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/372 (2), li ddeżinjat erba’ individwi Russi involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll repressjoni mifruxa u sistematika tal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/481 (3), li indikat 11-il individwu u erba’ entitajiet involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), fil-Libja, fl-Eritrea, fis-Sudan t’Isfel u fir-Russja, inkluż tortura, qtil extraġudizzjarju, għajbien sfurzat jew l-użu sistematiku ta’ xogħol furzat. |
|
(5) |
L-Unjoni tibqa’ mħassba ħafna dwar ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’diversi partijiet tad-dinja, bħat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumana jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, imwettqa fl-Ukrajna, fis-Sirja, fil-Libja, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), fis-Sudan u fil-Mozambique mill-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja. |
|
(6) |
B’kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali u l-gravità tal-attivitajiet tal-Grupp Wagner, kif ukoll l-impatt destabbilizzanti tagħha f’dawk il-pajjiżi, l-Unjoni tqis li l-azzjonijiet tal-Grupp Wagner jimminaw l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE, b’mod partikolari l-objettiv li jiġu kkonsolidati u appoġġati d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 21(2) TUE. |
|
(7) |
F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tlett persuni u entità waħda jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(8) |
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/372 tat-2 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 71 I, 2.3.2021, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 25).
ANNESS
1.
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fit-taqsima A (“Persuni fiżiċi”) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) |
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“16. |
Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN |
Дмитрий Валерьевич Уткин (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Fundatur u kmandant tal-Grupp Wagner Grad: Logutenent Kurunell (riżerva) Sinjal tas-sejħa: Vagner, Wagner ID tal-Grupp Wagner: M-0209 Data tat-twelid: 1.6.1970 jew 11.6.1970 Post tat-twelid: Asbest, Sverdlovsk Oblast, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa Indirizz: Pskov, il-Federazzjoni Russa Ġeneru: raġel |
Dimitriy Utkin, eks-uffiċjal tal-intelligence militari Russa (GRU), huwa l-fundatur tal-Grupp Wagner u huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner f’diversi pajjiżi. Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ kmand fi ħdan il-Grupp Wagner, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-grupp, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. Dan jinkludi t-tortura sal-mewt ta’ diżertur Sirjan minn erba’ membri tal-Grupp Wagner f’Ġunju 2017 fil-provinċja ta’ Homs, is-Sirja. Skont eks-membru tal-Grupp Wagner, Dimitriy Utkin personalment ordna t-tortura sal-mewt tad-diżertur kif ukoll l-iffilmjar tal-att. |
13.12.2021 |
|
17. |
Stanislav Evgenievitch DYCHKO |
Станислав Евгеньевич Дl-mudell чко (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Merċenarju tal-Grupp Wagner Data tat-twelid: 1990 Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel |
Stanislav Dychko, eks-impjegat tal-pulizija ta’ Stavropol, huwa merċenarju tal-Grupp Wagner. Flimkien ma’ tlett merċenarji oħra tal-Grupp Wagner, huwa ħa sehem fit-tortura sal-mewt ta’ diżertur Sirjan f’Ġunju 2017 fil-provinċja ta’ Homs, is-Sirja. Għalhekk huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja. |
13.12.2021 |
|
18. |
Valery (Valeriy) Nikolaevich ZAKHAROV |
Валерий Николаевич Захаров (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Konsulent tas-sigurtà għall-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) ID tal-Grupp Wagner: M-5658 Data tat-twelid: 12.1.1970 Post tat-twelid: Leningrad, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel |
Valery Zakharov, eks-membru tas-servizzi tas-sigurtà tal-istat Russu (FSB), huwa l-konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa figura ewlenija fl-istruttura ta’ kmand tal-Grupp Wagner u għandu rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet Russi. Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RĊA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-grupp Wagner, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Grupp Wagner fir-RĊA, li jinkludu eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. Dan jinkludi l-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi fl-2018, li s-sigurtà tagħhom kienet taħt ir-responsabbiltà ta’ Valery Zakharov. |
13.12.2021” |
2.
L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-taqsima B (“Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”) fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:|
|
Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) |
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
“5. |
Grupp Wagner magħruf ukoll bħala Grupp Vagner |
Група Вагнера (Ortografija Russa) |
|
Il-Grupp Wagner huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur tal-Korp Slavoniku. Huwa mmexxi minn Dimitriy Utkin u ffinanzjat minn Yevgeny Prigozhin. Permezz tal-istabbiliment ta’ entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, il-Grupp Wagner jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Grupp Wagner huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), is-Sudan u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. |
13.12.2021”. |