2006R0838 — MT — 09.06.2006 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 838/2006

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Doganali Komuni

(ĠU L 154, 8.6.2006, p.186)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 051, 26.2.2008, p. 26  (838/06)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 838/2006

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tarriffa Doganali Komuni



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ( 1 ) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa “In-Nomenklatura Magħquda”, u iffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu 2006/398/KE ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea ( 2 ) il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi bil-għan li jikkonkludi n-negozjati mibdija bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) F' parti Tnejn - Skeda ta' dazji Doganali - ir-rati tad-dazji għandhom jiġu emendati kif jidher f' punt a) ta' l-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(b) Anness 7 ta' Taqsima III ta' Parti tlieta - Qwoti tariffarji tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji kompetenti - għandu jiġi emendat bid-dazji u supplimentat bil-volumi skond it-termini u l-kondizzjonijiet kif murija f' punt b) ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1, punt (b) għandu jibda japplika sitt ġimgħat wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-koperta tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta' dan ir-regolament. Fejn ex tidher quddiem in-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tkun meħuda flimkien.

(a) Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, Parti tnejn - Skeda ta' dazji doganali - ir-rati ta' dazju jkunu dawn li ġejjin:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

Numru tat-tariffa tal-prodott 0304 20 85

Qatgħat friżati ta’ Pollakkju ta’ l-Alaska (Theragra chalcogramma)

dazju fiss ta' 13,7 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 6402 19 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks:

dazju fiss ta' 16,9 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 6402 91 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn li jkopri l-għaksa b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks:

dazju fiss ta' 16,9 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 6402 99

Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks:

dazju fiss ta' 16,8 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 6404 11 00

Ilbies ta’ l-isports għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnasju, żraben tat-tħarriġ u bħalhom

dazju fiss ta' 16,9 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 6404 19 10

Papoċċi u ilbies tar-riġlejn ieħor ta’ ġewwa

dazju fiss ta' 16,9 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 8482 91 90

Boċċi, labar u rombli oħra

dazju fiss ta' 7,7 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 8521 90 00

Apparat li jirreġistra jew jirriproduċi vidjo, li fihom jew le tuner tal-vidjo

dazju fiss ta' 13,9 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 8712 00 30

Roti (bicycles) mingħajr mutur

dazju fiss ta' 14 %.

(b) Anness 7 – Il-kwoti tat-Tariffa tad-WTO li jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji Kompetenti - parti tlieta, Taqsima III ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħra huma li ġejjin:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kondizzjonijiet oħra

Numru tat-tariffa tal-prodott 0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ

Żid 20 500 tunnellata fil-parti allokata liċ-Ċina skond il-kwota tar-rata tat-tariffi tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10

Ross bil-ħliefa

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE (1)

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20

Ross bla ħliefa

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30

Ross nofsu mitħun/mitħun kollu

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40

Ross imfarrak

Implimentata permezz tar-Regolament nru 683/2006 tal-KE

Numru tat-tariffa tal-prodott 2003 10 30

Faqqiegħ ta’ l-ispeċi agaricus, preparat jew ippriservat b’mod ieħor apparti l-ħall

Żid 5 200 tunnellata (piż massimu mnixxef) fil-kwota ta’ tariffa tal-KE, allokati liċ-Ċina

Numru tat-tariffa tal-prodott 2003 10 20

Faqqiegħ ta’ l-ispeċi agaricus, ippriservat b’mod proviżorju jew mod ieħor għajr fil-ħall

 

Numru tat-tariffa tal-prodott 0711 51 00

 
 

Numru tat-tariffa tal-prodott (ara n-nota ta qiegħ il-paġna (2))

Ananas ippriservati, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli

►C1  Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006. ◄

(1)   ĠU L 120, 5.5.2006, p. 1.

(2)   

2008 20 11: EUR 25,6 + 2,5 100 kg/net

2008 20 19: 25,6

2008 20 31: EUR 25,6 + 2,5 100 kg/net

2008 20 39: 25,6

2008 20 71: 20,8

2008 30 11: 25,6

2008 30 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 30 31: 24

2008 30 39: 25,6

2008 30 79: 20,8

2008 40 11: 25,6

2008 40 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 40 21: 24

2008 40 29: 25,6

2008 40 31: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 40 39: 25,6

2008 50 11: 25,6

2008 50 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 50 31: 24

2008 50 39: 25,6

2008 50 51: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 50 59: 25,6

2008 50 71: 20,8

2008 60 11: 25,6

2008 60 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 60 31: 24

2008 60 39: 25,6

2008 60 60: 20,8

2008 70 11: 25,6

►C1  

2008 70 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

 ◄

2008 70 31: 24

2008 70 39: 25,6

2008 70 51: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 70 59: 25,6

2008 80 11: 25,6

2008 80 19: EUR 25,6 + 4,2 100 kg/net

2008 80 31: 24

2008 80 39: 25,6

2008 80 70: 20,8



( 1 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 267/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1).

( 2 ) Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.