|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1812 |
20.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1812
tas-16 ta' Lulju 2026
li jemenda għat-358 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt (a), u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplikaw il-miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.
ANNESS
Id-data tal-identifikazzjoni tal-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija emendata kif ġej:
“Hamidah Nabagala (kitba oriġinali: ﺣﻤﯿﺪة ﻧﺎﺑﺎﺟﺎﻻ) (psewdonimu inqas affidabbli: (a) Nabaggala, (b) Nabaggaka, (c) Hamida, (d) Hamidah). Data tat-twelid: 9.3.1996. Post tat-twelid: L-Uganda. Nazzjonalità: L-Uganda. Nru tal-Passaport: A00044599 (numru Ugandiż, jiskadi fid-19.3.2029). Indirizz: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Informazzjoni oħra: (a) Taħdem bħala medjatur fil-kanali ta’ finanzjament għall-ISIL fl-Afrika Ċentrali, ġiet inkarigata bil-finanzjament ta’ attakk bil-bombi li seħħ fil-kapitali Ugandiża, Kampala, fl-2021, ipprovat iġġiegħel lit-tlett itfal tagħha fl-Uganda jmorru f’kampijiet tal-ISIL fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, (b) Ġeneru: Mara. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 30.3.2026.”
huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Hamida Nabaggala (kitba oriġinali: حميدة ناباجالا) (psewdonimu inqas affidabbli: (a) Nabaggala, (b) Nabaggaka, (c) Hamida, (d) Hamidah). Data tat-twelid: 23.2.1989. Post tat-twelid: L-Uganda. Nazzjonalità: L-Uganda. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: CF89095102DDAE (skada fis-27.3.2025) Indirizz: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Informazzjoni oħra: (a) Taħdem bħala medjatur fil-kanali ta’ finanzjament għall-ISIL fl-Afrika Ċentrali, ġiet inkarigata bil-finanzjament ta’ attakk bil-bombi li seħħ fil-kapitali Ugandiża, Kampala, fl-2021, ipprovat iġġiegħel lit-tlett itfal tagħha fl-Uganda jmorru f’kampijiet tal-ISIL fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, (b) Ġeneru: Mara. Data ta’ inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 30.3.2026.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1812/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)