SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
22 ta’ Diċembru 2008 ( *1 )
“Trade mark — Prodott farmaċewtiku — Ippakkjar mill-ġdid — Importazzjoni parallela — Bidla sostanzjali fid-dehra tal-imballaġġ — Obbligu ta’ notifika minn qabel”
Fil-Kawża C-276/05,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2005, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Lulju 2005, fil-proċedura
The Wellcome Foundation Ltd
vs
Paranova Pharmazeutika Handels GmbH,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn C. W. A. Timmermans, President tal-Awla, J.-C. Bonichot, J. Makarczyk, L. Bay Larsen (Relatur) u C. Toader, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-3 ta’ April 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal The Wellcome Foundation Ltd, minn L. Wiltschek u E. Tremmel, Rechtsanwälter, |
|
— |
għal Paranova Pharmazeutika Handels GmbH, minn R. Schneider, Rechtsanwalt, |
|
— |
għall-Gvern Elleniku, minn O. Patsopoulou, G. Alexaki u M. Apessos, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn W. Wils u. H. Krämer, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-9 ta’ Ottubru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1), kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU 1994, L 1, p. 3, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 89/104”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn The Welcome Foundation Ltd (iktar ’il quddiem “Wellcome”), propretarja tat-trade mark Awstrijaka ZOVIRAX u Paranova Pharmazeutika Handels GmbH (iktar ’il quddiem “Paranova”) dwar mediċini tat-trade mark ZOVIRAX li tqiegħu fis-suq fl-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem iż-ŻEE) minn Wellcome jew minn terzi persuni, importati parallelament minn Paranova u kkummerċjalizzati minnha fl-Awstrija, wara li sar imballaġġ mill-ġdid. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
|
3 |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104, intitolat “Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark” jipprovdi: “1. It-trade mark ma tagħtix lill-proprjetarju d-dritt li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta’ merkanzija li tqiegħdet fuq is-suq taħt dik it-trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu. 2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn jeżistu raġunijiet leġittimi għall-proprjetarju biex jopponi aktar kummerċjalizzazzjoni ta’ l-merkanzija, speċjalment fejn il-kundizzjoni ta’ l-merkanzija hi mibdula jew danneġġjata wara li tqiegħdet fuq is-suq.” |
|
4 |
Skont l-Artikolu 65(2) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, moqri flimkien mal-punt 4 tal-Anness XVII ta’ dan il-ftehim, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/104 ġie emendat għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, billi l-espressjoni “fil-Komunità” ġiet mibdula għal “fit-territorju ta’ parti kontraenti”. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
5 |
Skont l-Artikolu 10b (1) tal-liġi dwar il-protezzjoni tat-trade marks (Markenshutzgesetz), it-trade mark ma tagħtix id-dritt lill-propretarju tagħha li jipprojbixxi lil terzi persuni milli jużawha għal prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-ŻEE taħt din it-trade mark, mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu. Skont l-Artikolu 10b (2) ta’ din il-liġi, il-paragrafu 1 tagħha ma japplikax meta raġunijiet leġittimi jiġġustifikaw li l-proprjetarju jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-prodotti, b’mod partikolari meta l-istat tal-prodotti jkun ġie mibdul jew alterat wara li jkunu tqiegħdu fis-suq. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
6 |
Wellcome hija b’mod partikolari proprjetarja ta’ żewġ trade marks verbali Awstrijaċi ZOVIRAX kif ukoll tat-trade mark figurattiva u verbali Awstrijaka ZOVIRAX, protetti għall-klassi tal-prodotti farmaċewtiċi. Fl-Awstrija, dawn it-trade marks huma regolarment użati minn GlaxoSmithKline Pharma GmbH bil-kunsens ta’ Wellcome. |
|
7 |
Paranova teżerċita attività ta’ grossista tal-mediċini. Hija tikkummerċjalizza b’mod partikolari fl-Awstrija mediċini tat-trade mark ZOVIRAX f’pakketti ta’ 60 pillola ta’ 400 mg (ZOVIRAX 400/60), li kienu tqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri taż-ŻEE minn Wellcome jew minn terzi persuni, bil-kunsens ta’ din il-kumpanniji, u li ġew mixtrija mill-kumpannija parent ta’ Paranova fil-kummerċ regolari tal-mediċini. |
|
8 |
Paranova tikkummerċjalizza dawn il-mediċini b’imballaġġ ġdid, fejn id-dehra esterna hija kompletament differenti minn dik tal-imballaġġ tal-prodott ta’ oriġini. Fuq quddiem dan l-imballaġġ ġdid hemm miktub, b’tipa ħoxna, ir-referenza “ippakkjat mill-ġdid u importat minn Paranova”. L-indikazzjoni tal-isem tal-manifattur tinsab fil-ġenb u fuq wara tiegħu b’tipa normali. Dan l-imballaġġ il-ġdid huwa mdawwar b’faxx blu, bħal dak ġeneralment użat minn Paranova għall-mediċini li hija tikkummerċjalizza. |
|
9 |
B’ittra tat-12 ta’ Mejju 2003, Paranova informat lill-kumpannija Awstrijaka li għandha l-istess kumpannija parent bħal Wellcome bl-intenzjoni tagħha li tikkummerċjalizza ż-ZOVIRAX 400/60 fl-Awstrija. Hija hemżet ma’ din l-ittra fotokopja bil-kulur tal-imballaġġ estern, blister packs u l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ din il-mediċina. Għalhekk il-kumpannija Ingliża li għandha l-istess kumpannija parent bħal Wellcome talbet lil Paranova li tibda minn dak il-waqt tibgħat l-informazzjoni relatata ma’ dan it-tip ta’ kummerċjalizzazzjoni lil GlaxoSmithKline Corporate Intellectual Propery (iktar ’il quddiem “Glaxo”) u li magħha żżid kampjun komplut ta’ kull tip ta’ imballaġġ kif ukoll indikazzjoni tal-Istat ta’ esportazzjoni u r-raġunijiet preċiżi tal-ippakkjar mill-ġdid magħmul. |
|
10 |
Paranova, billi kkomunikat ir-raġunijiet tal-ippakkjar mill-ġdid li hija kienet wettqet, iżda mhux l-Istat ta’ esportazzjoni tal-mediċina kkonċernata, mill-ġdid ġiet mitluba minn Glaxo sa biex tindika dan l-Istat kif ukoll ir-raġunijiet preċiżi ta’ dan l-ippakkjar mill-ġdid. Paranova sostniet f’din l-okkażjoni li ma kien hemm ebda raġuni għalfejn kellha tissemma l-informazzjoni relatata mal-importatur parallel b’mod li jkun jidher, b’kitba aktar kbira u aktar viżibbli minn dik tal-isem tal-manifattur. Il-preżentazzjoni distinta, li tirriżulta minn żewġ faxex ta’ kulur imwaħħla fuq il-ġnub tal-pakkett, ukoll ġiet ikkontestata. |
|
11 |
Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni ta’ kampjun komplut ta’ kull tip ta’ imballaġġ ġie mitlub minn Glaxo. |
|
12 |
Fl-4 ta’ Ġunju 2003, Paranova indikat li ma kienx possibbli għaliha, minħabba raġunijiet tekniċi marbuta mal-produzzjoni, li tipprovdi kampjun komplut tal-imballaġġ mitmum, b’mod partikolari jekk Glaxo ma kinitx lesta li ssostni l-ispiża. |
|
13 |
Paranova timporta ż-ZIVIRAX 400/60 mill-Greċja. Din il-mediċina hija kkummerċjalizzata hemmhekk f’imballaġġ li fih 70 pillola. Fl-Awstrija, l-imballaġġ awtorizzat huwa previst għal 60 pillola. |
|
14 |
Wellcome talbet, il-ħruġ ta’ inġunzjoni provviżorja, quddiem il-Handelsgericht Wien, li Paranova tiġi ordnata sabiex tieqaf milli tipproponi u/jew li tikkummerċjalizza fis-suq, għal għanijiet ta’ kompetizzjoni fl-Awstrija, mediċina ppakkjata mill-ġdid, b’mod partikolari ż-ZOVIRAX, fejn l-imballaġġ jinkludi trade marks imwaħħlin mill-ġdid jew trade marks eżistenti protetti, fl-Awstrija, favur Wellcome jekk:
|
|
15 |
B’digriet tas-7 ta’ Mejju 2004, il-Handelsgericht Wien laqgħet it-talba ta’ Wellcome. Fl-appell, fit-28 ta’ Jannar 2005, l-Operlandesgericht laqgħet din it-talba safen tirrigwarda l-ewwel u t-tielet punti msemmija iktar ’il fuq u ċaħditha f’dak li jikkonċerna t-tieni punt. |
|
16 |
Iż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors għal “Reviżjoni” quddiem l-Oberster Gerichtshof. |
|
17 |
Din il-qorti tindika li, sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-imballaġġ ġdid, huwa determinati li jiġi stabbilit jekk il-prova li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott hijiex neċessarja, sabiex ma jiġix eskluż l-aċċess effettiv għas-suq, tingħata biss fir-rigward tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott inkwantu tali. F’każ ta’ tweġiba pożittiva, għalhekk tiġi ssollevata l-kwistjoni dwar liema huma l-kriterji skont liema l-preżentazzjoni tal-imballaġġ il-ġdid għandha tiġi evalwata. F’dan il-każ hemm żewġ possibbiltajiet, jiġifieri evalwazzjoni fir-rigward tal-prinċipju li l-ħsara magħmula lit-trade mark għandha tkun l-aktar minima possibbli jew evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-imballaġġ il-ġdid fir-rigward tal-kwisjtoni jekk hija tistax tikkawża ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark u tal-proprjetarju tagħha. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-portata tal-obbligu ta’ komunikazzjoni fuq l-importatur parallel. |
|
18 |
Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtsof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
19 |
B’deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2005, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ssospenda l-proċedura sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-348/04. |
|
20 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha f’din il-kawża (sentenza tas-26 ta’ April 2007, Boehringer Ingelheim et, C-348/04, Ġabra p. I-3391). |
|
21 |
B’ittra tat-30 ta’ Mejju 2007, il-qorti tar-rinviju informat lill-Qorti tal-Ġustizzja li hija żammet it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha safejn hija tirrigwarda l-ewwel domanda (b), u t-tieni domanda. |
|
22 |
B’deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2007, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li titkompla l-proċedura. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-parti (b) tal-ewwel domanda
|
23 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tagħha tal-11 ta’ Lulju 1996, Bristol-Myers Squibb et (C-427/93, C-429/93 u C-436/93, Ġabra p. I-3457), qalet li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju tat-trade mark jista’ leġittimament jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ prodott farmaċewtiku meta l-importatur ikun ippakkja mill-ġdid il-prodott u fuqu jwaħħal mill-ġdid it-trade mark, għajr meta:
|
|
24 |
Din il-kundizzjoni tal-aħħar tippermetti lill-proprjetarju jivverifika li l-ippakkjar mill-ġdid ma jsirx b’mod li jaffettwa direttament jew indirettament l-istat oriġinali tal-prodott u li l-preżentazzjoni wara l-ippakkjar mill-ġdid ma tkunx tali li tkun ta’ ħsara għar-reputazzjoni tat-trade mark (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Bristol-Myers Squibb et, punt 78, kif ukoll Boehringer Ingelheim et, punt 20). |
|
25 |
Il-kundizzjoni li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott farmaċewtiku, b’mod partikolari permezz tal-imballaġġ mill-ġdid tiegħu, ikun neċessarju għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tiegħu fl-Istat Membru ta’ importazzjoni tirreferi unikament għall-fatt tal-ippakkjar mill-ġdid u mhux għall-mod jew l-istil li bihom isir (ara s-sentenza Boehringer Ingelheim et, iċċitata iktar ’il fuq, punti 38 u 39). |
|
26 |
B’hekk, din il-kundizzjoni ta’ neċessità tirreferi biss għall-fatt tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott, b’mod partikolari permezz tal-imballaġġ mill-ġdid tiegħu, u mhux għall-mod ta’ preżentazzjoni ta’ dan l-imballaġġ il-ġdid. |
|
27 |
Peress li l-mod ta’ preżentazzjoni tal-imballaġġ il-ġdid tal-prodott ma jiġix evalwat fid-dawl tal-kundizzjoni ta’ neċessità għall-finjiet tal-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dan il-prodott, lanqas ma jista’ jiġi evalwat skont il-kriterju li l-ħsara magħmula lid-dritt tat-trade mark għandha tkun l-aktar minima possibbli. |
|
28 |
Fil-fatt ikun inkoerenti jekk jiġi aċċettat li m’hemmx lok li jiġi vverifikat jekk il-mod ta’ preżentazzjoni tal-imballaġġ il-ġdid tal-prodott ikkonċernat, magħżul mill-importatur parallel, huwiex neċessarju għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ dan il-prodott u, fl-istess ħin, ikun meħtieġ li dan il-mod ta’ preżentazzjoni jissodisfa l-kriterju tal-ħsara l-iktar minima possibbli għad-dritt tat-trade mark. |
|
29 |
Kif jirriżulta mill-punti 23 u 24 ta’ din is-sentenza, il-protezzjoni tal-proprjetarju tad-dritt tat-trade mark fir-rigward tal-mod ta’ preżentazzjoni tal-imballaġġ tal-prodott farmaċewtiku, magħżul mill-importatur parallel, hija, bħala prinċipju, żgurata mill-osservanza tal-kundizzjoni li l-preżentazzjoni tal-prodott ippakkjat mill-ġdid m’għandhiex tkun tali li tista’ tikkawża ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark u lil dik tal-proprjetarju tagħha. |
|
30 |
B’hekk, il-parti (b) tal-ewwel domanda għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jiġi stabbilit li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott farmaċewtiku, permezz tal-imballaġġ mill-ġdid tiegħu, huwa meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tiegħu fl-Istat Membru ta’ importazzjoni, il-mod ta’ preżentazzjoni ta’ dan l-imballaġġ għandu jiġi evalwat biss fid-dawl tal-kundizzjoni li dan ma għandux ikun tali li jkun jista’ jikkawża ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark u lil dik tal-proprjetarju tagħha. |
Fuq it-tieni domanda
|
31 |
Wellcome issostni, essenzjalment, li l-komunikazzjoni tal-Istat ta’ esportazzjoni u tar-raġunijiet preċiżi tal-ippakkjar mill-ġdid lill-proprjetarju tat-trade mark tippermetulu jivverifika jekk l-ippakkjar mill-ġdid huwiex neċessarju. |
|
32 |
Fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiem qorti nazzjonali bejn il-proprjetarju tat-trade mark u importatur parallel li jikkummerċjalizza, fi Stat Membru, prodott farmaċewtiku importat minn Stat Membru ieħor f’imballaġġ ġdid, huwa dan l-importatur parallel li għandu jistabbilixxi, b’mod partikolari, l-eżistenza tal-kundizzjoni li l-użu tad-dritt ta’ trade mark mill-proprjetarju tagħha sabiex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ppakkjati mill-ġdid taħt din it-trade mark jikkontribwixxi għall-għeluq artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri (ara s-sentenza Boehringer Ingelheim et, iċċitata iktar ’il fuq, punti 24 u 54). |
|
33 |
Kif ġie mfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, dan ikun il-każ, b’mod partikolari, meta l-proprjetarju jkun qiegħed fis-suq, f’diversi Stati Membri, prodott farmaċewtiku identiku f’ippakkjar differenti u meta l-ippakkjar mill-ġdid li jkun għamel l-importatur ikun neċessarju sabiex jikkummerċjalizza l-prodott fl-Istat Membru ta’ importazzjoni. |
|
34 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal u fir-rigward tal-fatt li funzjonament adegwat tas-sistema ta’ notifika jippreżupponi li kull waħda mill-partijiet interessati timpenja ruħha lealment sabiex tosserva l-interessi leġittimi tal-oħra (sentenza tat-23 ta’ April 2002, Boehringer Ingelheim et, C-143/00, Ġabra p. I-3759, punt 62), huwa l-importatur parallel li għandu jipprovdi lill-proprjetarju tat-trade mark l-informazzjoni neċessarja u suffiċjenti sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jivverifika li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott taħt din it-trade mark huwa neċessarju għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru ta’ importazzjoni. |
|
35 |
Barra minn hekk, it-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta jiddependi miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ. Ma jistax jiġi a priori eskluż li, f’każijiet eċċezzjonali, din l-informazzjoni tista’ tinkludi l-indikazzjoni tal-Istat Membru ta’ esportazzjoni, meta n-nuqqas ta’ tali informazzjoni ma jħallix lill-proprjetarju tat-trade mark jevalwa n-neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid. |
|
36 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fil-każ li jirriżulta li l-informazzjoni pprovduta tintuża mill-proprjetarju tat-trade mark sabiex isib nuqqasijiet fl-organizzazzjoni ta’ bejgħ tiegħu u b’hekk sabiex jiġġieled il-kummerċ parallel tal-prodotti tiegħu, huwa fil-kuntest tar-regoli tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni li l-persuni li jipparteċipaw fil-kummerċ parallel jistgħu jipproteġu ruħhom minn dawn l-attivitajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Novembru 1997, Loendersloot, C-349/95, Ġabra p. I-6227, punt 43). |
|
37 |
B’hekk it-tieni domanda għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa l-importatur parallel li għandu jipprovdi lill-proprjetarju tat-trade mark l-informazzjoni neċessarja u suffiċjenti sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jivverifika li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott taħt din it-trade mark huwa neċessarju sabiex jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat Membru ta’ importazzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
|
38 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.