26.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/128

tal-25 ta' Jannar 2018

li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 (2) fihom żball fil-punt 4.2.1.3 tal-Anness IV, fejn it-terminu “STAGE 3” jenħtieġ li jidher bl-Ingliż.

(2)

Barra minn hekk, il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Portugiża u Rumena tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fihom żball ieħor fejn it-terminu C2a STAGE 1 fil-mudelli stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV jenħtieġ li jidher bl-Ingliż.

(3)

Il-verżjoni tal-lingwa Estona tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żbalji addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6 sa 2.1.1.9 u l-punti 4.2.1.6 sa 4.2.1.9 tal-Anness IV, kif ukoll fil-punti 1 sa 6 tal-Appendiċi 1 f'dak l-Anness, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja.

(4)

Il-verżjoni tal-lingwa Spanjola tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 fiha żball addizzjonali, b'mod aktar preċiż fil-punti 2.1.1.6, 2.1.1.7, 2.1.1.9, 4.2.1.6, 4.2.1.7 u 4.2.1.9 tal-Anness IV, f'xi wħud mill-ittri li jikkonċernaw il-mudelli tal-pjanċa statutorja.

(5)

Il-verżjonijiet tal-lingwa Estona, Finlandiża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwena, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena, Spanjola, Svediża u Taljana tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 jenħtieġ għalhekk li jiġu rettifikati kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati minn dawn ir-rettifiki.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504 huwa rettifikat kif ġej:

1.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

2.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

3.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

4.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

5.

L-Anness IV, il-punt 4.2.1.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.2.1.3.

il-kategorija tal-vettura, inklużi s-subkategorija u l-indiċi tal-veloċità tagħha (*), u l-istadju tal-approvazzjoni (fil-każ tal-vetturi ta' referenza, din l-identifikazzjoni tal-ewwel stadju għandha titħalla barra; fil-każ tal-istadji ta' wara, għandu jiġi indikat l-istadju, pereżempju 'STAGE 3' għat-tielet stadju), u l-informazzjoni kollha mogħtija trid tiġi sseparata bi spazju wieħed jew iktar;”

6.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

7.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

8.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

9.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

10.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

11.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

12.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

13.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

14.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

15.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).