3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2009

tad-29 ta' Mejju 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tas-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3922/91 fir-rigward tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi applikabbli fil-qasam tal-avjazzjoni kummerċjali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32008 R 0859: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 (ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 859/2008 u fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id- 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 162, 25.6.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati