<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑676/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TO0676</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:602">EU:T:2015:602</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20150903">3.9.2015</DATE> — KAWŻA T‑676/14</P><P>SPANJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011</KEYWORD><KEYWORD>Infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro</KEYWORD><KEYWORD>Manipulazzjoni tal-istatistiċi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Att li ma jistax jiġi kkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Att preparatorju</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑676/14,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn A. Rubio González, Abogado del Estado,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J.-P. Keppenne, J. Baquero Cruz u M. Clausen, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4856 finali, tal-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-istatistiċi fi Spanja, kif imsemmija mir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, M. Kancheva u C. Wetter (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kriżi relatata mad-dejn tal-entitajiet pubbliċi taż-żona tal-euro, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>l-kriżi tad-dejn sovran<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, ir-Renju ta’ Spanja implementa, sa mill-ewwel tliet xhur tal-2012, mekkaniżmu eċċezzjonali intiż li jiżgura s-sostenibbiltà tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-komunitajiet awtonomi Spanjoli u l-kredituri tagħhom. Dan il-mekkaniżmu kien jinkludi maħfriet tad-dejn u garanziji ta’ ħlas.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Meta kien qed jiġi implementat dan il-mekkaniżmu speċjali, deher li ċerti spejjeż li saru minn komunitajiet awtonomi Spanjoli fl-aħħar tas-sena 2011 ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fost id-data kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja indika li, hekk kif il-korpi Spanjoli inkarigati mill-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistiċi saru jafu bid-data l-ġdida, jiġifieri f’Mejju 2012, huma informaw b’dan uffiċjalment lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat ). Din il-korrezzjoni ttieħdet inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv f’Ottubru 2012.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara li l-Eurostat ġie nnotifikat f’Mejju 2012, din il-korp għamel serje ta’ żjarat fi Spanja, li kienu mifruxa bejn l-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE> u s-26 u <DATE ISO="20130927">27 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Eurostat ikkomunikat abbozz ta’ rapport lill-Instituto Nacional de Estadística (Istitut nazzjonali tal-Istatistika Spanjol) filwaqt li talbu jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131210">10 ta’ Diċembru 2013</DATE>, l-Instituto Nacional de Estadística kkomunika lill-Eurostat serje ta’ kummenti, b’mod partikolari, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perijodu ta’ referenza meqjus.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2014) 4856 finali, dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-istatistiċi fi Spanja, kif imsemmija mir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140922">22 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata. Huwa jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l‑Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>. Hija titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150107">7 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà u jqis li r-rikors tiegħu huwa ammissibbli kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, jekk, bħal fil-kawża preżenti, parti tagħmel talba għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. Skont il-paragrafu 6 tal-istess artikolu, huwa biss jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi f’dan is-sens li l-fażi orali tal-proċedura isseħħ. Fil-kawża preżenti, il-Qorti Ġenerali tqis ruħha suffiċjentement informata permezz tad-dokumenti provduti u l-ispjegazzjonijiet mogħtija<?PAGE NO="3"?> mill-partijiet waqt il-fażi bil-miktub tal-proċedura. Konsegwentement, peress li l-Qorti Ġenerali għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tagħti deċiżjoni, hija tiddeċiedi li ma hemmx lok li tinfetaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, persuna fiżika jew ġuridika tista’ tattakka biss, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, l-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jbiddlu b’mod sostanzjali l-pożizzjoni legali tiegħu (ara d-digrieti tat-<DATE ISO="20030430">30 ta’ April 2003</DATE>, Schmitz-Gotha Fahrzeugwerke vs Il-Kummissjoni, T‑167/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:121">EU:T:2003:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46, u tal-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni, T‑48/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:34">EU:T:2006:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ atti li l-elaborazzjoni tagħhom issir f’diversi fażijiet ta’ proċedura interna, jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati biss, fil-prinċipju, dawk il-miżuri li jistabbilixxu definittivament il-pożizzjoni tal-istituzzjoni fi tmiem din il-proċedura, minbarra miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali u li l-illegalità tagħhom tista’ titqajjem b’mod validu fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat kontrihom (sentenzi tal-<DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, IBM vs Il‑Kummissjoni, 60/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 10 sa 12, u tas-<DATE ISO="19950627">27 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Guérin automobiles vs Il-Kummissjoni, T‑186/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:114">EU:T:1995:114</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39; digriet Schneider Electric vs Il-Kummissjoni, punt 12 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:34">EU:T:2006:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Dan ma japplikax biss jekk atti jew deċiżjonijiet adottati matul il-proċedura preparatorja jikkostitwixxu, huma stess, l-aħħar stadju ta’ proċedura speċjali li hija distinta minn dik li għandha tippermetti lill-istituzzjoni li tiddeċiedi fuq il-mertu (sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, punt 13 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 11, u digriet tad-<DATE ISO="20040609">9 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Camós Grau vs Il-Kummissjoni, T‑96/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:172">EU:T:2004:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni, il-miżuri li bihom hija tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni huma biss atti preparatorji u konsegwentement ma jipproduċux effetti legali vinkolanti li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jbiddlu b’mod sostanzjali l-pożizzjoni legali tiegħu fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Dan japplika wkoll, b’mod partikolari, għal ħruġ ta’ opinjoni motivata mill-Kummissjoni u għal deċiżjoni minn naħa tagħha li tressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista mill-Artikolu 258 TFUE (sentenza tad-<DATE ISO="19980929">29 ta’ Settembru 1998</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C‑191/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:441">EU:C:1998:441</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 44 sa 47), għad-deċiżjoni li tiftaħ proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE (sentenza IBM vs Il‑Kummissjoni, punt 13 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21) jew anki għal deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jiftaħ investigazzjoni (digriet Camós Grau vs Il-Kummissjoni, punt 14 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:172">EU:T:2004:172</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 33 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-sistema stabbilita mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE>, dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 306, p. 1</REF.DOC.OJ>), ma tippermettix konklużjoni differenti minn dik li tinsab fil-punt 15 tad-digriet preżenti għal dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet miftuħa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament. Skont il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dikjarazzjonijiet żbaljati dwar data relatata mal-iżbilanċ u mad-dejn li hija rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 121 TFUE jew 126 TFUE jew tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-TUE u mat-TFUE. Hija tista’ tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta tqis li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali dikjarazzjonijiet żbaljati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa biss kontra d-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju, jiġifieri, skont il-kliem stess tal-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament Nru 1173/2011, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jimponi multa fuq Stat Membru, li dan tal-aħħar jista’ jippreżentat rikors, fil-kuntest tal-Artikolu 263 TFUE, peress li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 261 TFUE, l-Artikolu 8(5) tal-imsemmi regolament jagħti, f’dan il-qasam, lill-qorti tal-Unjoni, is-setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa li jippermettulha<?PAGE NO="4"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa hekk imposta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Illegalitajiet possibbli li jistgħu jivvizzjaw il-miżuri ta’ qabel l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni mill-Kunsill, speċjalment dawk relatati mal-ftuħ ta’ investigazzjoni mill-Kummissjoni, jistgħu jiġu invokati biss insostenn tar-rikors imsemmi iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19650407">7 ta’ April 1965</DATE>, Weighardt vs Il-Kummissjoni tal-KEEA, 11/64, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1965:38">EU:C:1965:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza IBM vs Il‑Kummissjoni, punt 13 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 12; id-digriet Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni, punt 12 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:34">EU:T:2006:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45). Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li jsostni r-Renju ta’ Spanja, huwa biss f’tali stadju li tista’ tiġi eżaminata, skont il-każ, il-kwistjoni tal-bażi legali li ppermettiet lill-Kummissjoni tinvestiga fuq fatti li saru qabel it-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1173/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-argument ċirkostanzjali mressaq mir-Renju ta’ Spanja relatat mal-fatt li l-kawża preżenti għandha bħala suġġett l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-istatistiċi minn Stat Membru, li ġiet ippubbliċizzata b’mod wiesa’ u b’hekk ikkawżatlu dannu kbir ħafna fuq is-swieq finanzjarji internazzjonali, dan għandu jiġi miċħud minħabba li tali kunsiderazzjonijiet jibqgħu biss mingħajr influwenza fuq l-analiżi ta’ natura legali tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li din ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Peress li l-allegazzjoni tar-Renju ta’ Spanja ma hijiex relatat mal-kwistjoni tal-ammissibbiltà mqajma mil-Qorti Ġenerali u li ma tistax tbiddel in-natura tar-rikors preżenti, għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni għandha tintlaqa’ u, konsegwentement, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li r-Renju ta’ Spanja tilef, hemm lok li huwa jiġu kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>D. Gratsias</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>