14.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1391

tat-13 ta' Awwissu 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta' unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, u b'mod partikolari l-Artikoli 7(4) u 11(7) tiegħu, (1)

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 jistabbilixxi qafas għall-forniment ta' statistika Komunitarja komparabbli dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli u għal stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2014 (2) jistabbilixxi lista ġdida ta' karatteristiki li għandhom jinġabru fl-istħarriġ tal-Istruttura tal-Farms tal-2016. Għalhekk jeħtieġ li d-definizzjonijiet jiġu modifikati.

(3)

Fl-interessi tal-komparabilità, it-termini li jinsabu fil-lista tal-karatteristiki msemmija fil-Premessa (2) għandhom jinftiehmu u jiġu applikati b'mod uniformi fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-definizzjonijiet tal-karatteristiki li għandhom jiġu wżati fl-istħarriġ tal-istruttura tal-farms jiġu modifikati.

(4)

L-Anness II tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1200/2009 (3) għandu jiġi allinjat mal-lista l-ġdida tal-karatteristiki msemmija fil-Premessa (2).

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1200/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 321, 1.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2014 tas-26 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-lista ta' karatteristiċi li jridu jinġabru fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli 2016 (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta' unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE tal-31 ta' Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1).


ANNESS

“ANNESS II

Definizzjonijiet tal-karatteristiki li għandhom jintużaw għall-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-farms  (1)

I.   KARATTERISTIKI ĠENERALI

Il-post fejn tinsab l-impriża

Il-post fejn tinsab l-impriża agrikola huwa definit fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008.

Ir-reġjun ta' NUTS 3

Ir-reġjun NUTS 3 (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 (2)) fejn tinsab l-impriża.

L-impriża tinsab f'żona żvantaġġata (Less Favoured Area — LFA)?

Tagħrif dwar żoni żvantaġġati għandu jiġi pprovdut b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

L— l-impriża tinsab f'żona żvantaġġata, li ma tikkonsistix minn żoni muntanjużi, u hija affettwata minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti; jew f'żona oħra affettwata minn restrizzjonijiet speċifiċi.

M— l-impriża tinsab f'żona muntanjuża żvantaġġata.

N— żona normali (mhux LFA).

Il-personalità ġuridika tal-impriża

Il-personalità ġuridika tal-impriża tiddependi fuq l-istatus tad-detentur.

L-impriża hija unità f'art komuni?

‘Unità agrikola f'art komuni’— entità virtwali maħluqa għal finijiet ta' ġbir u ta' reġistrazzjoni ta' dejta, li tikkonsisti mill-art agrikola użata minn impriżi agrikoli iżda li mhijiex proprjetà diretta tagħhom, jiġifieri li fuqha japplikaw drittijiet komuni.

Ir-responsabilità legali u ekonomika tal-impriża qiegħda f'idejn:

persuna fiżika li hija l-uniku detentur, u fejn l-impriża hija indipendenti?

Persunaindividwali u naturali unika li hijaa d-detentur ta' impriża li mhix relatata ma' ebda impriża ta' detenturi oħrajn, kemm b'ġestjoni komuni jew b'arranġamenti simili.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti hija ‘iva’, din il-persuna (id-detentur) hija wkoll il-maniġer?

Jekk din il-persuna mhix il-maniġer, il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur?

Jekk il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur, il-maniġer huwa l-konjuġi tad-detentur?

persuna fiżika waħda jew iktar li hija/huma sħab, u fejn l-impriża hija proprjetà ta' grupp ta' impriżi?

Sħab fi grupp ta' impriżi huma persuni fiżiċi propretarji jew kerrejja ta' impriża agrikola, jew li b'mod ieħor jmexxu flimkien impriża agrikola waħda jew imexxu flimkien l-impriżi individwali tagħhom daqslikieku kienu impriża waħda. Dan it-tip ta' kooperazzjoni għandu jsir b'mod konformi mal-liġi, jew bi ftehim bil-miktub.

persuna ġuridika?

Entità legali għajr persuna fiżika iżda li għandha d-drittijiet u d-dmirijiet normali ta' individwu, bħall-kapaċità li tfittex jew li tiġi mfittxa bil-qorti (kapaċità ġenerali legali proprja).

Tip ta' pussess (fir-rigward tad-detentur) u sistema agrikola

Erja agrikola użata:

Erja agrikola użata tfisser l-erja totali magħmula minn art li tinħadem, mergħat permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinarji li tintuża mill-impriża, irrispettivament mit-tip ta' pussess jew minn jekk din tintużax bħala parti minn art komuni.

Għall-agrikoltura mis-sid

Erja agrikola użata maħduma mill-impriża u li hija l-proprjetà tad-detentur jew li tiġi maħduma minnu bħala użufruttwarju jew kerrej fit-tul ereditarju, jew bħala parti minn tip ieħor ekwivalenti ta' pussess.

Għall-agrikoltura minn gabillott

Erja agrikola użata mikrija mill-impriża għal kera fissa miftiehma bil-quddiem (f'kontanti, ħlas in natura jew mod ieħor), u li fir-rigward tagħha jeżisti ftehim ta' kera (bil-miktub jew bil-fomm). Erja agrikola użata tiġi allokata lil impriża waħda biss. Jekk erja agrikola użata tinkera lil aktar minn impriża waħda tul is-sena bażi, normalment din tiġi allokata lill-impriża li hija assoċjata magħha fil-jum ta' referenza tal-istħarriġ, jew lill-impriża li tkun għamlet użu minnha għall-itwal terminu ta' żmien waqt is-sena bażi.

Għall-mezzadrija jew metodi oħra

(a)

Żona agrikola maħduma bil-mezzadrija hija l-erja agrikola użata (li tista' tikkostitwixxi impriża sħiħa) maħduma bi sħubija mis-sid u mill-bidwi bis-sehem skont ftehim ta' mezzadrija bil-miktub jew bil-fomm. Il-produzzjoni (kemm dik ekonomika kif ukoll dik fiżika) taż-żona maħduma bil-mezzadrija tinqasam bejn iż-żewġ partijiet fuq bażi ta' ftehim.

(b)

Erja agrikola użata li jsir użu minnha skont metodi oħra ta' pussess hija l-erja agrikola użata li mhijiex koperta band'oħra taħt l-intestaturi ta' hawn fuq.

Art komuni

L-erja agrikola użata li tagħmel użu minnha l-impriża agrikola iżda li mhijiex proprjetà diretta tagħha, jiġifieri li fir-rigward tagħha japplikaw drittijiet komuni.

Agrikoltura organika

Prattiki agrikoli skont ċertu standards u regoli fissi speċifikati (i) fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (4) jew, fejn applikabbli, fil-leġiżlazzjoni l-aktar riċenti, u (ii) ir-regoli nazzjonali ekwivalenti ta' implimentazzjoni dwar il-produzzjoni organika.

L-erja agrikola użata tal-impriża li fiha jiġu applikati u ċertifikati l-metodi ta' produzzjoni tal-biedja organika b'konformità mar-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Dik il-parti tal-erja agrikola użata tal-impriża li fuqha jiġi applikat il-metodu ta' produzzjoni hija konformi bis-sħiħ mal-prinċipji tal-produzzjoni organika fil-livell tal-farm, kif stabbilit (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew, fejn applikabbli, fl-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) fir-regoli nazzjonali ekwivalenti ta' implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

L-erja agrikola totali użata tal-impriża li qed tiġi konvertita għal metodi ta' produzzjoni ta' biedja organika u li għandha tiġi ċertifikata skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Dik il-parti tal-erja agrikola użata tal-impriża li fuqha jiġu applikati metodi ta' biedja organika, iżda fejn ikun għadu ma ġiex ikkompletat il-perjodu ta' tranżizzjoni meħtieġ biex ikun hemm konformità sħiħa mal-prinċipji tal-produzzjoni organika fil-livell tal-farm kif stabbilit (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew, fejn applikabbli, fl-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) fir-regoli nazzjonali ekwivalenti ta' implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika.

L-erja tal-impriża li fiha l-metodi ta' produzzjoni tal-agrikoltura organika skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropa qed jiġu applikati u ċertifikati, jew qed jiġu kkonvertiti qabel jiġu ċertifikati

L-erja agrikola użata tal-impriża li fuqha metodi ta' biedja organika jkunu qed jiġu applikati u ċertifikati, jew ikunu qed jiġu kkonvertiti qabel jiġu ċertifikati skont ċertu standards u regoli fissi speċifikati (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew, fejn applikabbli, fl-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) skont ir-regoli nazzjonali ekwivalenti ta' implimentazzjoni dwar il-produzzjoni organika li għandhom jiġu maqsuma skont il-kategoriji tal-għelejjel.

Il-kategoriji differenti ta' għelejjel għall-produzzjoni organika huma elenkati hawn taħt. Nota: l-għelejjel huma definiti fit-Taqsima II. Art.

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inklużi ż-żrieragħ)

Legumi mnixxfin u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-qamħ (inklużi ż-żrieragħ u t-taħlitiet ta' ċereali u legumi)

Patata (inklużi l-patata bikrija u l-patata taż-żrigħ)

Pitravi zokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

Għelejjel ta' żrieragħ għall-produzzjoni taż-żejt

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli

Bur u mergħat, għajr bwar mhux ikkultivati

Pjantaġġuni tal-frott u tal-frott żgħir tal-bosk

Pjantaġġuni taċ-ċitru

Pjantaġġuni taż-żebbuġ

Vinji

Għelejjel oħrajn (għelejjel għall-produzzjoni ta' fibri, eċċ.) inklużi bwar mhux ikkultivati

Metodi ta' produzzjoni organika applikati għall-produzzjoni tal-annimali u ċċertifikati skont ir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

L-għadd ta' annimali li jitrabbew fuq l-art tal-impriża fejn parti tal-produzzjoni tal-annimali jew il-produzzjoni tal-annimali kolha kemm hi hija konformi bis-sħiħ mal-prinċipji tal-produzzjoni organika fil-livell tal-farm, kif stabbilit (i) fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew, fejn applikabbli, fl-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) fir-regoli nazzjonali ekwivalenti dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni organika, li għandhom jiġu maqsuma skont il-kategoriji tal-annimali.

Id-definizzjonijiet ta' bhejjem jingħataw fit-Taqsima III. Bhejjem.

Annimali bovini

Ħnieżer

Nagħaġ u mogħoż

Tjur

Annimali oħra

Id-destinazzjoni tal-produzzjoni tal-impriża

L-unitajiet domestiċi jikkonsmaw iktar minn 50 % tal-valur tal-produzzjoni finali tal-impriża

L-unità domestika hija l-unità tal-familja li huwa parti minnha d-detentur u li bħala parti minnha l-membri tal-unità domestika jgħixu fl-istess akkomodazzjoni, jaqsmu parti mid-dħul u l-ġid tagħhom, jew id-dħul u l-ġid kollu tagħhom, u jikkonsmaw ċerti tipi ta' oġġetti u servizzi b'mod kollettiv, l-aktar l-akkomodazzjoni u l-ikel.

Il-produzzjoni finali, hekk kif issir referenza għaliha skont din il-karatteristika, issegwi d-definizzjoni ta' produzzjoni li tista' tintuża fil-kontabbiltà ekonomika għall-agrikoltura (5).

Il-bejgħ dirett lill-konsumaturi finali jirrappreżenta iktar minn 50 % tal-bejgħ totali tal-impriża

Il-bejgħ dirett lill-konsumatur finali jfisser il-bejgħ mill-impriża ta' prodotti agrikoli li jiġu prodotti mill-impriża stess, kemm jekk dawn ikunu pproċessati kif ukoll jekk le, direttament lill-konsumaturi biex jikkonsmawhom huma stess. Dan il-perċentwal għandu jiġi kkalkulat fuq il-valur imkejjel fi flus, irrispettivament minn jekk il-ħlas għal dan il-bejgħ ikunx sar fi flus, in natura jew permezz ta' metodi oħra.

II.   ART

L-erja totali tal-impriża tikkonsisti mill-erja agrikola użata (art li tinħadem, mergħat permanenti, għelejjel permanenti u ġonna kulinarji) u minn art oħra (art agrikola mhux użata, imsaġar u art oħra).

Art li tinħadem

Art maħduma (maħruta jew mgħażqa) b'mod regolari, ġeneralment bħala parti minn sistema ta' newba tal-għelejjel.

In-newba tal-għelejjel hija prattika fejn l-għelejjel annwali mkabbra f'għalqa speċifika jiġu alternati skont mudell jew sekwenza ppjanata fi snin suċċessivi tal-għelejjel sabiex ma jitkabbrux għelejjel tal-istess speċi fl-istess għalqa mingħajr interruzzjoni. Normalmentl-għalejjel jinbidlu kull sena, iżda dan jista' wkoll ikun multi-annwali. Biex tkun tista' ssir distinzjoni bejn art li tinħadem u għelejjel permanenti jew bur permanenti, jintuża perjodu limitu ta' ħames snin. Dan ifisser li jekk ġonta raba' tintuża għall-istess għelejjel għal ħames snin jew aktar, mingħajr ma fil-frattemp jitneħħew l-għelejjel preċedenti u mingħajr ma jiġu stabbiliti oħrajn ġodda, dik il-ġonta raba' ma titqiesx bħala art li tinħadem.

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inklużi ż-żrieragħ)

Kull erja li fiha ċereali li jinħasdu niexfa għall-qamħ, ikun xi jkun l-użu previst tiegħu, għandha tiġi rreġistrata hawn (inkluż ċereali użati għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli).

Qamħ komuni u spelt

Triticum aestivum L. emend. Fiori et Paol., Triticum spelta L. u Triticum monococcum L.

Qamħ durum

Triticum durum Desf.

Segala

Secale cereale L., inkluż taħlitiet ta' segala u ċereali oħrajn li jinżergħu fil-ħarifa.

Xgħir

Hordeum vulgare L.

Ħafur

Avena sativa L., inkluż taħlitiet ta' ħafur u ċereali oħrajn li jinżergħu fir-rebbiegħa.

Żerriegħa tal-qamħirrun

Qamħirrun (Zea mays L.) maħsud għall-qamħ.

Ross

Oryza sativa L.

Ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-qamħ

Ċereali miżrugħa f'għelejjel puri, maħsuda niexfa għall-qamħ, u li mhumiex irreġistrati band'oħra taħt l-intestaturi ta' hawn fuq.

Legumi mnixxfin u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-qamħ (inklużi ż-żrieragħ u t-taħlitiet ta' ċereali u legumi)

Ħsad miżrugħ u maħsud l-aktar għall-kontenut tal-proteini tiegħu.

Kull erja li fiha għelejjel ta' legumi mnixxfin u għelejjel li fihom il-proteini li jiġu maħsuda niexfa għall-qamħ, ikun xi jkun l-użu previst tiegħu, għandha tiġi rreġistrata hawn (inkluż għelejjel użati għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli).

Fosthom il-piżelli, il-ful u l-lupin ħelu

Pisum sativum L., Vicia faba L., Lupinus spp., miżrugħa f'għelejjel puri, maħsuda niexfa għall-qamħ.

Patata (inklużi l-patata bikrija u l-patata taż-żrigħ)

Solanum tuberosum L.

Pitravi zokkrija (eskluża ż-żerriegħa)

Beta vulgaris L. maħsuba għall-industrija taz-zokkor u għall-produzzjoni tal-alkoħol (inkluż il-produzzjoni tal-enerġija).

Għeruq tal-għalf u brassiki (eskluża ż-żerriegħa)

Pitravi tal-għalf (Beta vulgaris L.) u pjanti tal-familja Brassicae maħsuda primarjament għall-għalf, irrispettivament minn jekk jiġix maħsud l-għerq jew iz-zokk, u pjanti oħra kkoltivati l-aktar għall-għeruq tagħhom għal użu bħala għalf, mhux imsemmija band'oħra.

Għelejjel industrijali

Għelejjel li normalment ma jinbigħux direttament għall-konsum għaliex jeħtieġ li jiġu pproċessati b'metodi industrijali qabel l-użu finali.

Kull erja li fiha jsir il-ħsad ta' għelejjel industrijali, ikun xi jkun l-użu previst tagħhom, għandha tiġi rreġistrata hawn (inkluż għelejjel użati għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli).

Tabakk

Nicotiana tabacum L.

Ħops

Humulus lupulus L.

Qoton

Gossypium spp., maħsud għall-fibra kif ukoll għaż-żerriegħa taż-żejt.

Nevew u liftija tan-nevew

Brassica napus L. (partim) u Brassica rapa L. var. sylvestris (Lam.) Briggs, imkabbra għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala qamħ niexef.

Ġirasol

Helianthus annuus L., maħsuda bħala qamħ niexef.

Soja

Glycine max L. Merril, maħsuda bħala qamħ niexef.

Żerriegħa tal-kittien (kittien għaż-żejt)

Linum usitatissimum L., varjetajiet imkabbra l-aktar għall-produzzjoni taż-żejt, maħsuda bħala qamħ niexef.

Għelejjel oħra ta' żrieragħ għall-produzzjoni taż-żejt

Għelejjel oħra mkabbra l-aktar għall-kontenut tagħhom ta' żejt, maħsuda bħala qamħ niexef, li mhumiex imsemmija band'oħra.

Kittien

Linum usitatissimum L., varjetajiet imkabbra l-aktar għall-produzzjoni tal-ħjut.

Qanneb

Cannabis sativa L.

Għelejjel oħra għall-produzzjoni tal-fibri

Pjanti oħra mkabbra l-aktar għall-kontenut tagħhom ta' fibra, li mhumiex imsemmija band'oħra.

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

Pjanti u partijiet ta' pjanti għal skopijiet farmaċewtiċi, għall-manifattura ta' fwejjaħ jew għall-konsum mill-bniedem.

Il-pjanti kulinarji huma distinti mill-ħxejjex minħabba li jintużaw f'ammonti żgħar u, aktar milli bħala ikel, jintużaw biex jagħtu t-togħma.

Għelejjel industrijali oħra li mhumiex imsemmija band'oħra

Għelejjel oħra industrijali li mhumiex imsemmija band'oħra.

Żoni ta' għelejjel użati b'mod esklussiv għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli huma inklużi.

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli li minnhom:

Jinsabu fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli)

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli, li jinsabu fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli).

Fil-beraħ

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra fuq art li tinħadem bħala parti minn newba tal-għelejjel ma' għelejjel agrikoli oħra.

Ġardinaġġ kummerċjali

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli mkabbra fuq art li tinħadem bħala parti minn newba tal-għelejjel ma' għelejjel ortikulturali biss.

Taħt għata ta' protezzjoni magħmula mill-ħġieġ jew minn materjal ieħor (aċċessibbli)

Għelejjel li għall-perjodu kollu tat-tkabbir tagħhom, jew għal parti predominanti minnu, jinżammu f'serer jew huma mgħottija b'għata għolja fissa jew mobbli (magħmula mill-ħġieġ jew minn plastik riġidu jew flessibbli).

Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-imxietel)

Jinsabu fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli)

Fjuri u pjanti tat-tiżjin (għajr mixtliet), li jinsabu fil-beraħ jew taħt għata ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli).

Taħt għata ta' protezzjoni magħmula mill-ħġieġ jew minn materjal ieħor (aċċessibbli)

Fjuri u pjanti tat-tiżjin (għajr mixtliet), li għall-perjodu kollu tat-tkabbir tagħhom, jew għal parti predominanti minnu, jinżammu f'serer jew huma mgħottija b'għata għolja fissa jew mobbli (magħmula mill-ħġieġ jew minn plastik riġidu jew flessibbli).

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri

L-għelejjel kollha minn art li tinħadem li jinħasdu ‘ħodor’ u li huma primarjament maħsuba għall-għalf tal-annimali, għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli (pereżempju l-produzzjoni ta' bijomassa minn qamħirrun aħdar) jew bħala fertilizzant billi jitħallew fl-għelieqi wara l-ħrit huma inklużi hawnhekk, u jikkonsistu minn ċereali, ħaxix, pjanti leguminużi jew pjanti industrijali u għelejjel oħra minn art li tinħadem li jkunu ġew maħsuda u/jew li jintużaw meta jkunu għadhom ta' lewn aħdar.

L-għelejjel għandhom jitkabbru ma' għelejjel oħra b'sistema ta' rotazzjoni, u għandhom jokkupaw l-istess ġonta raba' għal perjodu ta' inqas minn ħames snin (għelejjel annwali jew multiannwali tal-għalf).

Għelejjel li jinbiegħu jew għal użu dirett fuq artijiet ta' impriżi agrikoli oħrajn jew li jinbiegħu lill-industrija u li ma jintużawx fl-impriża huma inklużi.

Ħaxix temporanju

Pjanti ta' ħaxix għar-ragħa, ħuxlief jew foraġġ insilat inklużi bħala parti minn newba tal-għelejjel normali, li jservu mill-inqas għal sena ta' ħsad u għal inqas minn ħames snin, miżrugħa ma' ħaxix jew taħlitiet ta' ħaxix. L-erji jiġu ppreparati permezz tal-ħrit jew permezz ta' metodi oħra ta' tgħażiq, jew il-pjanti jinqerdu b'mezzi oħrajn, bħal perżempju permezz tal-erbiċidi, qabel ma jerġgħu jinżergħu.

Taħlitiet ta' pjanti predominentement tal-ħaxix u ħsad ieħor għar-ragħha (normalment leguminużi), mirgħa, maħsuda ħodor jew bħala ħuxlief niexef huma inklużi hawn.

Pjanti oћrajn tal-ћsad bikri

Għelejjel oħra annwali jew multiannwali (ta' inqas minn ħames snin) li jiġu maħsuda fi stadju bikri kif deskritt taħt Pjanti oћrajn tal-ћsad bikri.

Qamħirrun aħdar

Il-forom kollha ta' qamħirrum (Zea mays L.) li jitkabbru għall-foraġġ insilat u li ma jiġux maħsuda għall-qamħ (ċifċiegħ sħiħ, partijiet mill-pjanta jew il-pjanta sħiħa).

Dan jinkludi qamħirrum aħdar ikkonsmat direttament mill-annimali (mingħajr ħażna) u ċifċiegħ sħiħ (qamħ, rachis, qoxra) maħsud għall-għalf jew għall-ħażna, kif ukoll għall-enerġija rinnovabbli.

Pjanti leguminużi

Pjanti leguminużi mkabbra u maħsuda fi stadju bikri bħala pjanti sħiħ, l-aktar għall-għalf jew l-enerġija, jew għal użu bħala fertilizzant.

Taħlitiet ta' għelejjel u pjanti tal-ħaxix predominentement leguminużi (normalment > 80 %), maħsuda fi stadju bikri jew bħala ħuxlief imnixxef huma inklużi hawn.

Pjanti oħrajn tal-ħsad bikri li mhumiex imsemmija band'oħra

Għelejjel oħra minn art li tinħadem, maħsuba bħala għalf għall-annimali, maħsuda fi stadju bikri u mhux imsemmija band'oħra.

Żrieragħ u nebbieta fuq art li tinħadem

Żoni li jipproduċu żrieragħ u nebbieta għall-bejgħ, għajr ċereali, ross, legumi, patata u żerriegħa taż-żejt. Żoni ta' foraġġ aħdar maħsud għaż-żrieragħ, għeruq maħsuda għaż-żrieragħ, żrieragħ u nebbieta ta' ħxejjex u fjuri għall-bejgħ, eċċ. huma inklużi hawn.

Għelejjel oħra ta' art li tinħadem

Għelejjel li mhumiex inklużi band'oħra.

Art mistrieħa

L-art kollha li tinħadem li jew hija inkluża fis-sistema tan-newba tal-għelejjel jew li tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC (6)), kemm jekk tkun maħduma kif ukoll jekk le, iżda mingħajr il-ħsieb li jiġi prodott ħsad minnha għal perjodu ta' sena ta' ħsad.

Il-karatteristika essenzjali ta' art li mhix qed tinħadem hija li titħalla tirkupra, normalment għat-tul kollu ta' sena tal-ħsad.

Art li mhix qed tinħadem tista' tkun:

1.

art għerja li ma fiha l-ebda għelejjel;

2.

art bi pjanti li jikbru fuqha b'mod spontanju u naturali, li jistgħu jintużaw bħala għalf jew jinħartu għal ġol-art;

3.

art miżrugħa esklussivament għall-produzzjoni ta' demel aħdar (art ħadra mistrieħa).

Ġonna kulinarji

Żoni dedikati għall-kultivazzjoni ta' prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum proprju mid-detentur u mill-unità domestika tiegħu, li normalment ikunu maqtugħin mill-bqija tal-art agrikola u jkunu jintgħarfu bħala ġonna kulinarji.

Huma biss prodotti okkażjonali żejda li ġejjin minn din l-erja li jinbiegħu mill-impriża. L-erji kollha li minnhom il-prodotti jiġu kkummerċjalizzati b'mod konsistenti jsibu posthom taħt intestaturi oħra, anki jekk parti mill-produzzjoni tiġi kkonsmata mid-detentur u mill-unità domestika tiegħu.

Bwar permanenti

Art użata fuq bażi permanenti (għal ħames snin jew aktar) biex fuqha jitkabbru għelejjel ta' foraġġ erbaċew permezz tal-kultivazzjoni (permezz taż-żrigħ) jew b'mod naturali (żrigħ minnu nnifsu), u li mhijiex inkluża fin-newba tal-għelejjel fl-impriża.

L-art tista' tintuża għar-ragħa, tista' tiġi maħsuda għall-foraġġ insilat u l-ħuxlief jew tintuża għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli.

Bwar u mruġ, għajr għall-bwar mhux ikkultivati

Mergħat permanenti fuq ħamrija ta' kwalità tajba jew medja. Normalment, dawn l-erji jistgħu jintużaw għal ragħa intensiv.

Bwar mhux ikkultivati

Bwar permanenti ta' produzzjoni baxxa, normalment b'ħamrija ta' kwalità baxxa, bħal fuq art fit-tlajja' u f'altitudnijiet għoljin, li normalment ma jkunux imtejba b'fertilizzant jew permezz ta' kultivazzjoni, żrigħ mill-ġdid jew tneħħija tal-ilma.

Dawn l-erji normalment jistgħu jintużaw biss għar-ragħha estensiv, u s-soltu ma jiġux maħsuda, jew jiġu maħsuda b'mod estensiv; il-produzzjoni tagħhom ma sservix biex jgħixu minnha densità għolja ta' annimali.

Bwar permanenti li m'għadhomx jintużaw għal skopijiet ta' produzzjoni u li huma eliġibbli għall-ħlas ta' sussidji

Erji ta' bwar permanenti u mergħat permanenti li m'għadhomx jintużaw għal skopijiet ta' produzzjoni u li, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (7) jew, fejn applikabbli, skont l-iktar leġiżlazzjoni riċenti, huma miżmuma f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba u huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju.

Għelejjel permanenti

Għelejjel li ma jitkabbrux b'newba, għajr bwar permanenti, li jokkupaw il-ħamrija għal żmien twil u jrendu għelejjel tul diversi snin.

Pjantaġġuni tal-frott u tal-frott żgħir tal-bosk

Erji li fihom siġar, arbusti u pjanti perennjali tal-frott żgħir tal-bosk għajr frawli għall-produzzjoni tal-frott. L-imsaġar jistgħu jkunu tat-tip kontinwu, bi spazjar minimu bejn is-siġar, jew tat-tip mhux kontinwu bi spazjar wiesa'.

Speċijiet ta' frott, fosthom:

Frott minn żoni klimatiċi moderati

Pjantaġġuni ta' siġar tal-frott, li tradizzjonalment jiġu kkultivati u maħsuda fi klimi moderati għall-produzzjoni tal-frott.

Frott minn żoni klimatiċi sottotropikali

Pjantaġġuni ta' siġar tal-frott, li tradizzjonalment jiġu kkultivati u maħsuda fi klimi sottotropikali għall-produzzjoni tal-frott.

Speċijiet ta' frott żgħir tal-bosk

Pjantaġġuni tal-pjanti tal-frott żgħir tal-bosk, li tradizzjonalment jiġu kkultivati u maħsuda kemm fi klimi moderati kif ukoll fi klimi sottotropikali għall-produzzjoni ta' frott żgħir tal-bosk.

Ġewż

Pjantaġġuni ta' siġar tal-ġewż, li tradizzjonalment jiġu kkultivati u maħsuda kemm fi klimi moderati kif ukoll fi klimi sottotropikali.

Pjantaġġuni taċ-ċitru

Pjantaġġuni ta' Citrus spp.

Pjantaġġuni taż-żebbuġ

Pjantaġġuni ta' Olea europaea L.

Li normalment jipproduċu żebbuġ tal-mejda

Pjantaġġuni ta' varjetajiet li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' żebbuġ tal-mejda.

Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

Pjantaġġuni ta' varjetajiet li normalment jitkabbru għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.

Vinji, li minnhom normalment jipproduċu:

Pjantaġġuni ta' Vitis vinifera L.

Inbejjed ta' kwalità

Varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) li huma konformi mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (8) jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) mar-regoli nazzjonali korrispondenti.

Varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' nbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) li huma konformi mar-rekwiżiti (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 jew, fejn applikabbli, mal-aktar leġiżlazzjoni riċenti u (ii) mar-regoli nazzjonali korrispondenti.

Inbejjed oħra

Varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' inbejjed għajr inbejjed DPO u IĠP.

Għeneb tal-mejda

Varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' għeneb frisk.

Żbib

Varjetajiet ta' għeneb li normalment jitkabbru għall-produzzjoni ta' żbib.

Imxietel

Erji ta' pjanti żgħar lenjużi (b'kontenut relattivament għoli ta' njam) imkabbra fil-beraħ għal trapjanti sussegwenti:

(a)

mixtliet ta' dwieli u għeruq;

(b)

mixtliet ta' siġar tal-frott u frott tal-bosk;

(c)

mixtliet ta' pjanti tat-tiżjin;

(d)

mixtliet kummerċjali ta' siġar tal-foresti (esklużi dawk għar-rekwiżiti tal-impriża stess imkabbra f'art imsaġġra);

(e)

siġar u arbusti għat-tħawwil f'ġonna, parks, mat-toroq u fuq ċnut (pereżempju pjanti għall-formazzjoni ta' ringieli ta' sġajriet, siġar tal-ward u arbusti tat-tiżjin oħra, koniferi tat-tiżjin), inkluż fil-każijiet kollha l-istokkijiet (l-għeruq) u n-nebbieta żgħar tagħhom.

Għelejjel permanenti oħra

Għelejjel permanenti mkabbra fil-beraħ għajr dawk imniżżla taħt l-intestatura ta' hawn fuq, u b'mod partikolari dawk li jintużaw għall-immaljar jew l-insiġ, li l-ħsad tagħhom ġeneralment isir kull sena, kif ukoll siġar imħawla fl-erja agrikola użata għal skopijiet kummerċjali bħala siġar tal-Milied.

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ

Art oħra

‘Art oħra’ tinkludi art agrikola mhux użata (art agrikola li m'għadhiex tinħadem, għal raġjunijiet ekonomiċi, soċjali jew oħrajn, u li ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel), imsaġar u art okkupata minn bini, artijiet tal-irziezet, passaġġi, għadajjar, barrieri, art mhux għammiela, blat, eċċ.

Art agrikola mhux użata

Erja li qabel intużat għal skopijiet agrikoli u li matul is-sena bażi tal-istħarriġ ma baqgħetx tinħadem għal raġjunijiet ekonomiċi, soċjali jew oħrajn, u li ma tintużax fis-sistema tan-newba tal-għelejjel, jiġifieri art li minnha mhu maħsub li jsir ebda użu agrikolu.

Din l-art tista' tinġieb lura għal użi ta' kultivazzjoni bl-użu tar-riżorsi normalment disponibbli f'impriża agrikola.

Imsaġar

Erji mgħottija bis-siġar jew b'arbusti tal-foresti, inkluż pjantaġġuni ta' siġar tal-luq u ta' siġar simili ġewwa jew barra mill-boskijiet u mixtliet tas-siġar tal-foresti mkabbra fil-boski għall-ħtiġijiet proprji tal-impriża, kif ukoll faċilitajiet tal-foresti (toroq tal-foresti, faċilitajiet għall-ħżin tal-injam, eċċ.).

li minnhom imsaġar ta' newba qasira

Imsaġar ġestiti għat-tkabbir ta' siġar, fejn il-perjodu tan-newba hu ta' 20 sena jew inqas.

Il-perijodu tan-newba huwa ż-żmien bejn l-ewwel żriegħ/it-tħawwil tas-siġar u l-ħsad tal-prodott finali, fejn il-ħsad ma jinkludix azzjonijiet ta' ġestjoni bħall-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta' siġar.

Artijiet oħra (artijiet okkupati minn bini, artijiet tal-irziezet, passaġġi, għadajjar, barrieri, art mhux għammiela, blat, eċċ.)

Il-partijiet kollha tal-erja totali li hija l-proprjetà tal-impriża agrikola li mhuma la erja agrikola użata, la erja mhux użata u lanqas imsaġar.

Faqqiegħ

Faqqiegħ ikkoltivat imkabbar f'bini li jkun inbena jew li jkun ġie addattat b'mod speċjali għal-dak l-iskop, kif ukoll f'postijiet taħt l-art, f'għerien u f'kantini.

Għelejjel enerġetiċi (għall-produzzjoni ta' bijokarburanti jew ta' tipi oħra ta' enerġija rinnovabbli)

Iż-żona ta' produzzjoni ta' għelejjel enerġetiċi speċifiċi mhux użati għal skopijiet oħra ħlief għal dawk tal-produzzjoni tal-enerġija, u li jiġu kkultivati fuq art agrikola li tinħadem.

Raba' saqwi

Erja saqwija totali

L-erja agrikola totali massima wżata li tista' tissaqqa fis-sena bażi bl-użu tat-tagħmir u tal-kwantità ta' ilma li normalment ikunu disponibbli għand l-impriża.

Erja agrikola totali kkultivata msaqqija tal-anqas darba fl-aħħar 12-il xahar

L-erja ta' għelejjel li fil-fatt ġew imsaqqija tal-anqas darba fl-aħħar 12-il xahar qabel id-data ta' referenza tal-istħarriġ.

Metodi ta' tisqija użati:

Tisqija tal-wiċċ (għargħar, raddiet)

It-tmexxija tal-ilma tul wiċċ l-art, jew permezz tat-tfawwir bl-ilma tal-erja kollha jew billi l-ilma jitmexxa bis-saħħa tal-gravità tul raddiet żgħar bejn il-fillieri tal-għelejjel.

Tisqija bil-friefet

It-tisqija tal-pjanti permezz tat-tixrid ta' ilma taħt pressjoni għolja fil-forma ta' xita fuq il-ġonot ta' raba'.

Tisqija bil-qatra

It-tisqija tal-pjanti billi l-ilma jitqiegħed ħdejn il-pjanti qatra b'qatra, permezz ta' friefet żgħar għat-tisqija jew billi jiġu ffurmati kondizzjonijiet simili għal dawk ta' ċpar.

Sors ta' ilma għat-tisqija użat fl-impriża:

Is-sors tal-ilma kollu għat-tisqija, jew tal-biċċa l-kbira minnu, li jintuża fl-impriża.

Ilma ta' taħt l-art fl-impriża agrikola

Sorsi ta' ilma li jinsabu fuq jew ħdejn l-impriża, li jagħmlu użu minn ilma li jiġi ppumpjat minn bjar imtaqqba jew bjar imħaffra, jew ilma minn għejun ta' ilma naturali ta' taħt l-art li jimxi mingħajr xkiel, jew simili.

Ilma tal-wiċċ fl-impriża agrikola

Għadajjar żgħar naturali jew lqugħ artifiċjali, postati nterament ġo l-impriża jew użati biss mill-impriża.

Ilma tal-wiċċ barra l-impriża agrikola minn għadajjar, xmajjar jew kanali tal-ilma

Ilma ħelu tal-wiċċ (minn lagijiet, xmajjar jew kanali oħra tal-ilma) li ma nħolqox b'mod artifiċjali għal skopijiet ta' tisqija.

Ilma barra l-impriża agrikola minn netwerks komuni għall-forniment tal-ilma

Sorsi ta' ilma li ġejjin minn barra l-impriża, għajr dawk imsemmija f' ‘Ilma tal-wiċċ barra l-impriża agrikola minn għadajjar, xmajjar jew kanali tal-ilma’, u li huma aċċessibbli għal mill-anqas żewġ impriżi.

Sorsi oħra

Sorsi oħra ta' ilma għat-tisqija, mhux imsemmija band'oħra. Dawn jistgħu jkunu sorsi melħin ħafna bħall-Atlantiku jew il-Mediterran, f'liema każ l-ilma jiġi ttrattat biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-melħ (desalinazzjoni) qabel l-użu, jew sorsi ta' ilma salmastru (b'kontenut baxx ta' melħ) bħall-Baħar Baltiku u ċerti xmajjar, li l-ilma tagħhom jista' jintuża direttament, mingħajr ma jiġi trattat. Jista' jkun ukoll li l-ilma jkun għadda minn proċess ta' trattament tal-ilma mormi, u li jitwassal għand il-konsumatur bħala ilma mormi riġenerat.

III.   BHEJJEM

L-għadd ta' annimali ta' produzzjoni li jinsabu taħt il-pussess dirett jew taħt il-ġestjoni diretta tal-impriża fid-data ta' referenza tal-istħarriġ.

L-annimali mhumiex neċessarjament il-proprjetà tal-pussessur. Dawn l-annimali jistgħu jkunu fuq l-art tal-impriża (fuq erji agrikoli użati jew f'bini għall-annimali użat mill-impriża) jew barra l-art tal-impriża (fuq mergħat komuni jew fi triq ta' migrazzjoni, eċċ.).

Ekwidi

Annimali domestiċi tal-familja Equidae, tal-ġeneru Equus (żwiemel, ħmir, eċċ.).

Annimali bovini

Annimali domestiċi tal-ispeċiiet Bos taurus u Bubalus bubalus, inkluż ibridi bħall-Beefalo.

Annimali bovini, ta' età ta' inqas minn sena, ta' sess maskil jew femminil

Annimali bovini, ta' età ta' bejn sena u sentejn, ta' sess maskil

Annimali bovini, ta' età ta' sena iżda ta' inqas minn sentejn, ta' sess femminil

Annimali bovini ta' sess maskil, ta' età ta' sentejn jew aktar

Erieħ, ta' età ta' sentejn jew aktar

Bovini femminili ta' sentejn jew aktar li għadhom ma welldux.

Baqar tal-ħalib

Annimali bovini ta' sess femminil li diġà welldu (inklużi dawk ta' età ta' inqas minn sentejn) u li, minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom jinżammu biss jew prinċipalment biex jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem, jew ħalib maħsub biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

Baqar oħra

Annimali bovini ta' sess femminil li diġà welldu (inkluż dawk ta' età ta' inqas minn sentejn) u li minħabba r-razza jew il-kwalitajiet partikolari tagħhom jinżammu biss jew prinċipalment biex jipproduċu l-għoġġiela, u li l-ħalib tagħhom mhuwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-ħalib.

Nagħaġ u mogħoż

Nagħaġ (ta' kull età)

Annimali domestiċi tal-ispeċi Ovis aries.

Nagħaġ għat-tgħammir

Nagħaġ u ħrief tan-nagħaġ li jiġu mgħammra mal-imtaten.

Nagħaġ oħra

In-nagħaġ kollha għajr nagħaġ għat-tgħammir.

Mogħoż (ta' kull età)

Annimali domestiċi tas-sottospeċi Capra aegagrus hircus.

Nagħaġ għat-tgħammir

Mogħoż li diġà welldu gidien u mogħoż li ġew mgħammra.

Mogħoż oħra

Il-mogħoż kollha għajr mogħoż għat-tgħammir.

Ħnieżer

Annimali domestiċi tal-ispeċi Sus scrofa domesticus.

Qżieqeż li għandhom piż ħaj ta' inqas minn 20 kilogramm

Qżieqeż li ġeneralment għandhom piż ħaj ta' inqas minn 20 kilogramm.

Ħnieżer tal-għalla ta' piż ta' 50 kilogramm jew aktar

Ħnieżer ta' sess femminil ta' piż ta' 50 kilogramm jew aktar maħsuba għal skopijiet ta' tnissil, kemm jekk ikunu welldu kif ukoll jekk le.

Ħnieżer oħra

Ħnieżer mhux speċifikati band'oħra.

Tjur

Brojlers

Annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam.

Tiġieġ tal-bajd

Annimali domestiċi tal-ispeċi Gallus gallus li laħqu l-età ta' maturità biex ibidu, u li jinżammu għall-produzzjoni tal-bajd.

Tjur oħra

Tjur mhux imsemmija taħt Brojlers jew taħt Tiġieġ tal-bajd.

Dundjani

Annimali domestiċi tal-ispeċi Meleagris.

Papri

Annimali domestiċi tal-ispeċijiet Anas u Cairina moschata.

Wiżż

Annimali domestiċi tal-ispeċje Anser anser dom.

Nagħm

Nagħm (Struthio camelus).

Tjur ieħor, mhux imsemmi band'oħra

Fniek, nisa għat-tgħammir

Fniek ta' sess femminil (tal-ispeċi Oryctolagus) għall-produzzjoni ta' fniek għal-laħam u li welldu.

Naħal

Numru ta' doqqajs okkupati miż-żunżan (Apis mellifera) miżmuma għall-produzzjoni tal-għasel.

Bhejjem mhux imsemmija band'oħra

Kwalunkwe bhejjem għall-produzzjoni mhux imsemmija band'oħra.

IV.   FORZA TAX-XOGĦOL

(i)   XOGĦOL TAR-RAZZETT FL-IMPRIŻA

Il-forza tax-xogħol tar-razzett

Il-forza tax-xogħol tar-razzett fl-impriża tinkludi l-persuni kollha li lestew l-edukazzjoni obbligatorja (li laħqu l-età fejn jitilqu mill-iskola) u li wettqu xogħol tar-razzett fl-impriża matul it-12-il xahar li jagħlqu fid-data ta' referenza tal-istħarriġ.

Sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tindikax età minima għall-edukazzjoni obbligatorja full-time u part-time, l-età konvenzjonali ta' tluq mill-iskola għandha titqies li hi ta' 15-il sena.

Detenturi uniċi li ma jwettqux xogħol tar-razzett fl-impriża jiġu rreġistrati fl-istħarriġ, iżda ma jingħaddux fil-‘Forza tax-xogħol totali tar-razzett’.

Il-persuni kollha ta' età tal-irtirar li jkomplu jaħdmu fl-impriża huma inklużi fil-forza tax-xogħol tar-razzett.

Persuni li jaħdmu fl-impriża iżda li huma impjegati minn partijiet terzi jew skont arranġamenti ta' għajnuna reċiproka (pereżempju manodopera pprovduta minn kuntratturi jew kooperativi agrikoli) mhumiex inklużi.

Xogħol tar-razzett

Ix-xogħol tar-razzett huwa kull tip ta' ħidma fl-impriża li tikkontribwixxi jew lejn (i) l-attivitajiet kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008, lejn (ii) iż-żamma tal-mezzi tal-produzzjoni, jew lejn (iii) l-attivitajiet li huma derivati direttament minn dawn l-azzjonijiet produttivi.

Il-ħin użat għal xogħol tar-razzett fl-impriża

Il-ħin użat għal xogħol tar-razzett fl-impriża huwa l-ħin tax-xogħol li jintuża speċifikament għat-twettiq ta' xogħol tar-razzett għall-impriża, bl-esklużjoni ta' xogħol li jsir fl-unitajiet domestiċi tad-detentur jew tal-maniġer.

Unità tax-xogħol annwali (AWU)

L-impjieg ekwivalenti għall-full time, jiġifieri l-għadd totali ta' sigħat maħduma diviżi bejn il-medja annwali tal-għadd ta' sigħat maħduma f'impjiegi full-time fil-pajjiż.

‘Full-time’ tfisser l-ammont minimu ta' sigħat mitlub mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kuntratti ta' impieg. Jekk dan l-ammont minimu ma jindikax l-għadd ta' sigħat annwali, iċ-ċifra minima għandha tkun ta' 1 800 siegħa (225 jum ta' xogħol ta' tmien sigħat kuljum).

Detentur

Id-detentur huwa dik il-persuna fiżika, grupp ta' persuni fiżiċi jew persuna ġuridika li għaliha u f' isimha l-impriża tiġi operata u li hija legalment u ekonomikament responsabbli għall-impriża, jiġifieri dik il-persuna li tieħu r-riskji ekonomiċi tal-impriża.

Id-detentur jista' jkun il-proprjetarju tal-impriża, jew jikriha jew ikun kerrej fit-tul ereditarju, u jista' jkun ukoll jew użufruttwarju jew depożitarju.

Sess

Età

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Maniġer

Il-maniġer tal-impriża huwa l-persuna fiżika responsabbli għar-rutini normali ta' kuljum finanzjarji u tal-produzzjoni għall-ġestjoni tal-impriża kkonċernata.

Sess

Età

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (minbarra x-xogħol tad-dar)

Taħriġ tal-maniġer

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Esperjenza agrikola prattika biss

Esperjenza miksuba permezz ta' xogħol prattiku fl-impriża agrikola.

Taħriġ agrikolu bażiku

Korsijiet ta' taħriġ kompletati f'kulleġġ agrikolu ġenerali u/jew f'istituzzjoni li tispeċjalizza f'ċertu suġġetti (inklużi l-ortikultura, il-vitikultura, is-silvikultura, il-pixxikultura, ix-xjenza veterinarja, it-teknoloġija agrikola u suġġetti assoċjati). Terminu ta' apprendistat agrikolu ikkompletat jitqies bħala li hu taħriġ bażiku.

Taħriġ agrikulturali sħiħ

Kwalunkwe kors ta' taħriġ li jkompli għall-ekwivalenti ta' mill-inqas sentejn taħriġ full-time wara t-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja u u li jkun ġie kkompletat f'kulleġġ agrikolu, università jew istituzzjoni oħra ta' edukazzjoni għolja fl-agrikoltura, l-ortikulutra, il-vitikultura, is-silvikultura, il-pixxikultura, ix-xjenza veterinarja, it-teknoloġija agrikola u suġġetti assoċjati.

Taħriġ vokazzjonali li sar mill-maniġer matul l-aħħar 12–il xahar

It-taħriġ vokazzjonali huwa miżura ta' taħriġ jew attività pprovduta minn ħarrieġ jew minn istituzzjoni ta' taħriġ li bħala għan primarju għandha l-ksib ta' ħiliet ġodda relatati mal-attivitajiet tal-impriża agrikola jew ma' attivitajiet relatati direttament mal-impriża, jew l-iżvilupp u t-titjib ta' ħiliet eżistenti.

Membri tal-familja tad-detentur uniku li jwettqu xogħol tar-razzett fl-impriża

Membri tal-familja tad-detentur uniku, apparti l-konjuġi, li jwettqu xogħol tar-razzett fl-impriża, iżda li mhux neċessarjament jgħixu fuq l-art tal-impriża.

Ġeneralment, il-membri tal-familja tad-detentur huma l-konjuġi, qraba fil-linja axxendenti jew dixxendenti (inklużi dawk biż-żwieġ jew bl-adozzjoni) u l-aħwa tad-detentur jew ta' żewġu/ha.

Żewġ persuni li jgħixu flimkien bħala sħab konjugali iżda li ma jkunux miżżewġin għandhom jiġu trattati bħala konjuġi.

Membri tal-familja tad-detentur uniku li jwettqu xogħol tar-razzett fl-impriża: irġiel

—

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (għajr xogħol tad-dar)

Membri tal-familja tad-detentur uniku li jwettqu xogħol tar-razzett fl-impriża: nisa

—

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (għajr xogħol tad-dar)

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari

Il-persuni kollha li jwettqu xogħol tar-razzett għal kwalunkwe tip ta' ħlas u li jirċievu kwalunkwe tip ta' ħlas (salarju, paga, profitti jew ħlas ieħor, inkluż ħlas in natura) mill-impriża agrikola, minbarra l-pussessur u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha.

Forza tax-xogħol impjegata b'mod regolari tirreferi għal persuni li wettqu xogħol tar-razzett fl-impriża kull ġimgħa matul il-perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fid-data ta' referenza tal-istħarriġ, irrispettivament mit-tul tal-ġimgħa tax-xogħol.

Persuni li ħadmu b'mod regolari għal parti minn dak il-perjodu iżda li, minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin, ma setgħux jaħdmu għall-perjodu sħiħ huma inklużi wkoll:

1.

kondizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni (pereżempju l-ispeċjalizzazzjoni fit-tkabbir ta' żebbuġ jew għeneb jew frott u ħxejjex fl-għelieqi fil-beraħ, jew speċjalizzazzjoni fit-tismin ta' bhejjem bil-ħaxix, li teħtieġ manodopera għal numru limitat ta' xhur biss);

2.

assenza minħabba raġunijiet relatati ma' vakanzi, servizz militari, mard, inċidenti jew mewt;

3.

bidu jew terminazzjoni ta' impjieg mal-impriża (din tkopri wkoll lil ħaddiema li jieqfu jaħdmu għal impriża agrikola biex jibdew jaħdmu għal impriża oħra matul it-12-il xahar qabel il-jum ta' referenza tal-istħarriġ);

4.

waqfien totali tax-xogħol fl-impriża minħabba kawżi aċċidentali (għarar, nirien, eċċ.).

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari: irġiel

—

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (għajr xogħol tad-dar)

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari: nisa

—

Ix-xogħol tar-razzett fl-impriża (għajr xogħol tad-dar)

Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati fuq bażi mhux regolari: irġiel u nisa

Persuni mhux impjegati fuq bażi regolari huma ħaddiema li ma ħadmux kull ġimgħa fl-ażjenda agrikola fit-12-il xahar qabel il-jum ta' referenza tal-istħarriġ għal raġunijiet oħra għajr dawk elenkati taħt Ħaddiema li mhumiex tal-familja, impjegati b'mod regolari.

Jiem ta' xogħol maħduma minn forza tax-xogħol mhux tal-familja mhux impjegata fuq bażi regolari huma kull jum ta' tul li għalih ħaddiem huwa mħallas salarju jew kwalunkwe tip ta' rimunerazzjoni (paga, profitti jew ħlas ieħor, inkluż ħlas in natura) għal jum sħiħ ta' xogħol, li jinvolvi t-twettiq ta' xogħol tat-tip li normalment isir minn ħaddiem fil-qasam tal-agrikoltura. Jiem ta' liv u jiem ta' liv minħabba mard ma jgħoddux bħala jiem ta' xogħol.

Jum sħiħ ta' xogħol huwa l-jum normali ta' xogħol ta' ħaddiema regolari impjegati fuq bażi full-time.

(ii)   ATTIVITAJIET OĦRA TA' QLIGĦ: XOGĦOL MHUX AGRIKOLU FL-IMPRIŻA (LI MHUWIEX RELATAT MAL-IMPRIŻA B'MOD DIRETT) U XOGĦOL BARRA L-IMPRIŻA

Attivitajiet oħra ta' qligħ huma kwalunkwe attivitajiet li jsiru għal rimunerazzjoni (salarju, paga, profitti jew ħlas ieħor, inkluż ħlas in natura, skont is-servizz mogħti) għajr ix-xogħol tar-razzett fl-impriża kif definit fit-Taqsima IV(i) u attivitajiet oħra bi skop ta' qligħ relatati b'mod dirett mal-impriża definiti fit-Taqsima V(i).

Dan jinkludi xogħol tar-razzett li jsir mill-forza tax-xogħol ta' impriża agrikola waħda għal impriża agrikola oħra.

L-informazzjoni tinġabar biss fil-każ ta' detenturi uniċi f'impriżi fejn id-detentur huwa persuna fiżika (jiġifieri fejn id-detentur huwa wkoll il-maniġer), u fil-każ tal-gruppi kollha ta' impriżi. Ma tinġabar ebda informazzjoni f'każ ta' impriżi b'detentur uniku fejn il-pussessur ma jkunx il-maniġer, u fil-każ ta' persuni ġuridiċi.

L-informazzjoni dwar attivitajiet oħra ta' qligħ hija rreġistrata għad-detentur u għall-membri l-oħra tal-familja tad-detentur uniku. L-informazzjoni tiġi rreġistrata biss jekk dawn ikunu impenjati f'xogħol tar-razzett fl-impriża, jew f'xogħol marbut b'mod dirett mal-impriża.

Attivatijiet sekondarji ta' qligħ mhux agrikoli mhux separabbli li jsiru fl-impriża mhumiex inklużi billi huma inklużi max-xogħol tar-razzett.

L-attivitajiet inklużi hawnhekk huma klassifikati bħala:

—   Attivitajiet ewlenin— li jieħdu aktar ħin minn, jew l-istess ħin daqs, xogħol tar-razzett li jsir għall-impriża;

—   Attivitajiet sekondarji— li jieħdu inqas ħin mix-xogħol tar-razzett li jsir għall-impriża.

Attivitajiet oħra ta' qligħ tad-detentur li huwa wkoll il-maniġer:

L-attivitajiet ta' qligħ kollha li mhumiex relatati mal-impriża b'mod dirett li jitwettqu mid-detentur li jaġixxi wkoll bħala l-maniġer bħala attività prinċipali jew sekondarja.

Attivitajiet oħra ta' qligħ tal-membri l-oħra tal-familja tad-detentur uniku:

Attività ewlenija

L-għadd ta' persuni (jew il-konjuġi tad-detentur uniku jew membri oħra tal-familja tad-detentur uniku) li jwettqu attivitajiet ta' qligħ mhux relatati mal-impriża bħala l-attività ewlenija tagħhom.

Attività sekondarja

L-għadd ta' persuni (jew il-konjuġi tad-detentur uniku jew membri oħra tal-familja tad-detentur uniku) li jwettqu attivitajiet ta' qligħ mhux relatati mal-impriża bħala l-attività sekondarja tagħhom.

V.   ATTIVITAJIET TA' QLIGĦ OĦRA TAL-IMPRIŻA (DIRETTAMENT RELATATI MAL-IMPRIŻA)

(i)   LISTA TA' ATTIVITAJIET OĦRA TA' QLIGĦ

Attivitajiet oħra ta' qligħ tal-impriża jinkludu l-attivitajiet kollha għajr dawk ta' xogħol tar-razzett, li huma relatati mal-impriża b'mod dirett u li għandhom impatt ekonomiku fuq l-impriża.

‘Attivitajiet relatati mal-impriża b'mod dirett’ tfisser attivitajiet li fihom jintużaw jew ir-riżorsi tal-impriża (l-erja, il-bini, il-makkinarju, eċċ.) jew il-prodotti tagħha. Jekk tkun qed tintuża biss il-forza tax-xogħol tar-razzett (membri tal-familja u mhux) u ma jkunu qed jintużaw ebda riżorsi oħra tal-impriża, il-ħaddiema jitqiesu bħala li qed jaħdmu bħala parti minn żewġ ftehimiet separati, u b'hekk dawn l-attivitajiet l-oħra ta' qligħ ma jitqiesux bħala li huma relatati b'mod dirett mal-impriża.

Xogħol mhux agrikolu u xogħol agrikolu għal impriżi oħra huwa inkluż.

F'dan il-kuntest, attivitajiet ta' qligħ ifissru xogħol attiv; għaldaqstant, investimenti purament finanzjarji huma esklużi. Il-kiri ta' artijiet lil persuni oħra għal attivitajiet differenti mingħajr ma jkun hemm involviment ulterjuri f'dawn l-attivitajiet huwa eskluż ukoll.

Il-forniment ta' servizzi tas-saħħa, servizzi soċjali jew servizzi edukattivi

Kwalunkwe attività li hija marbuta mal-forniment ta' servizzi tas-saħħa, servizzi soċjali jew servizzi edukattivi u/jew ma' attivitajiet ta' negozju relatati mal-qasam soċjali, fejn jintużaw jew ir-riżorsi jew il-prodotti tal-impriża.

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet oħra ta' rikreazzjoni

L-attivitajiet turistiċi kollha, servizzi ta' akkomodazzjoni, it-turija tal-impriża lit-turisti jew lil gruppi oħra, attivatijiet sportivi u attivatijiet ta' rikreazzjoni, eċċ. fejn jintużaw l-erja, il-bini jew riżorsi oħra tal-impriża.

Artiġjanat

Oġġetti ta' artiġjanat li jiġu prodotti fl-impriża mid-detentur, mill-membri tal-familja tiegħu, jew mill-forza tax-xogħol mhux tal-familja, sakemm dawn ikunu qed iwettqu wkoll xogħol tar-razzett, irrispettivament minn kif jinbiegħu l-prodotti.

L-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

L-ipproċessar kollu ta' prodott agrikolu primarju fi prodott sekondarju fl-impriża, irrispettivament minn jekk il-materja prima tiġix prodotta fl-impriża jew tinxtarax minn barra. Dan jinkludi l-ipproċessar tal-laħam, il-produzzjoni ta' ġobon, eċċ.

L-ipproċessar kollu ta' prodotti agrikoli jitqies bħala li hu parti minn din l-intestatura sakemm l-ipproċessar ma jitqiesx bħala li hu parti mill-attività agrikola. Għaldaqstant, l-ipproċessar tal-inbid u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa huma esklużi jekk il-proporzjon mixtri ta' nbid jew żejt taż-żebbuġa ma jkunx sinifikanti.

Il-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli

Il-produzzjoni ta' enerġiji rinnovabbli għas-suq, inkluż il-bijogass, il-bijokarburanti jew l-elettriku permezz ta' turbini eoliċi jew tagħmir ieħor, jew bl-użu ta' materja prima agrikola.

Enerġija rinnovabbli li tiġi prodotta biss għall-użu tal-impriża mhijiex inkluża hawnhekk.

Ipproċessar tal-injam (eż. qtugħ ta' njam)

L-ipproċessar ta' njam verġni fl-impriża għas-suq, (qtugħ ta' njam, eċċ).

Akkwakultura

Il-produzzjoni ta' ħut, ċkal, eċċ. fl-ażjenda. Huma esklużi biss attivitajiet li jinvolvu s-sajd.

Xogħol kuntrattwali (bl-użu ta' mezzi ta' produzzjoni tal-impriża)

Xogħol kuntrattwali bl-użu tat-tagħmir tal-impriża, b'differenza bejn xogħol li jsir ġewwa jew barra s-settur agrikolu, pereżempju t-tneħħija ta' borra, xogħol ta' trasport ta' merkanzija, iż-żamma tal-pajsaġġ, servizzi agrikoli, servizzi ambjentali, eċċ.

Agrikolu (għal impriżi oħrajn)

Mhux agrikolu

Forestrija

Xogħol ta' forestrija bl-użu kemm tal-forza tax-xogħol tar-razzett kif ukoll tal-makkinarju u t-tagħmir tal-impriża li ġeneralment jintużaw għal finijiet agrikoli.

Oħrajn

Attivitajiet oħra bi skop ta' qligħ relatati b'mod dirett mal-impriża u li mhumiex imsemmija band'oħra.

Min hu involut

L-attivitajiet inklużi hawnhekk huma klassifikati bħala:

—   attivitajiet ewlenin— li jieħdu aktar ħin minn, jew l-istess ħin daqs, xogħol tar-razzett li jsir għall-impriża;

—   attivitajiet sekondarji— li jieħdu inqas ħin mix-xogħol tar-razzett li jsir għall-impriża.

Detentur li huwa wkoll il-maniġer

Membri oħra tal-familja tad-detentur waħdu, bħala l-attività prinċipali tagħhom

Membri oħra tal-familja tad-detentur waħdu, bħala l-attività sekondarja tagħhom

Il-membri li mhumiex parti mill-familja, u li l-ħidma tagħhom b'mod regolari fl-impriża hija l-attività prinċipali tagħhom

Il-membri li mhumiex parti mill-familja, u li l-ħidma tagħhom b'mod regolari fl-impriża hija l-attività sekondarja tagħhom

(ii)   L-IMPORTANZA TAL-ATTIVITAJIET L-OĦRA TA' QLIGĦ LI HUMA RELATATI MAL-IMPRIŻA B'MOD DIRETT

Perċentwal tal-produzzjoni finali tal-impriża

L-importanza ta' attivitajiet oħra ta' qligħ li huma relatati b'mod dirett mal-impriża fil-produzzjoni tal-impriża hija kkalkulata bħala s-sehem tad-dħul iġġenerat mill-attivitajiet oħra ta' qligħ li huma relatati b'mod dirett mal-impriża b'konnessjoni mad-dħul totali tal-impriża u l-pagamenti diretti ta' dik l-impriża skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Formula

VI.   APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP RURALI

L-impriżi li bbenefikaw minn waħda mill-miżuri ta' żvilupp rurali li ġejjin matul l-aħħar 3 snin Iva/Le

Il-miżuri stipulati fit-Titolu III, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1305/2013 li l-bidwi huwa l-benefiċjarju tagħhom.

Għandha tinġabar informazzjoni dwar jekk l-impriża bbenefikatx jew le minn waħda mill-miżuri ta' żvilupp rurali li ġejjin matul l-aħħar tliet snin skont ċerti standards u regoli fissi li ġew speċifikati mil-leġiżlazzjoni l-aktar reċenti.

Il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fi skemi ta' kwalità tal-ikel

L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Skemi ta' kwalità għal prodotti agrikoli, u oġġetti tal-ikel

Pagamenti marbuta ma' Natura 2000 u mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma  (10)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma

Pagamenti agroambjentali — pagamenti tal-klima

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Agroambjent — klima

Agrikoltura organika

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Agrikoltura organika

Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali

L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Trattament xieraq tal-annimali

Investimenti f'assi fiżiċi

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Investimenti f'assi fiżiċi

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-potenzjal tal-produzzjoni agrikola minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b'diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni xierqa

L-iżvilupp tal-irziezet u tan-negozju

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: L-iżvilupp tal-irziezet u tan-negozju

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u l-vijabbiltà tal-foresti

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

L-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' msaġar

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: L-afforestazzjoni u l-ħolqien ta' msaġar

It-twaqqif ta' sistemi ta' agroforestrija

L-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Stabbiliment ta' sistemi agroforestali

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti

L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-foresti

L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti

Investimenti f' teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija

L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Investimenti f' teknoloġiji tal-forestrija u fi pproċessar, il-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija

Pagamenti għal erji li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Pagamenti għal erji li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

Servizzi ambjentali u klimatiċi b'rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Servizzi ambjentali u klimatiċi b'rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

Ġestjoni tar-riskju

L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: Ġestjoni tar-riskju

VII.   PRATTIKI TA' ĠESTJONI TA' ĦAMRIJA U TA' DEMEL APPLIKATI FL-IMPRIŻI AGRIKOLI

Metodi ta' ħrit fuq art fil-beraħ li tinħadem

Ħrit konvenzjonali

Art li tinħadem u li tiġi maħruta permezz ta' ħrit konvenzjonali li jinvolvi t-taqlib tal-ħamrija, normalment bl-użu ta' ħadida mas-sikka tal-moħriet (mouldboard) jew ta' moħriet forma ta' diska bħala l-operazzjoni primarja tal-ħrit, qabel isir ħrit sekondarju bl-użu ta' xatba bid-diski.

Ħrit bi skop ta' konservazzjoni

Art li tinħadem li hija trattata bi ħrit ta' agrikoltura ta' konservazzjoni (baxx), li huwa prattika jew sistema ta' prattiki li jħallu residwi tal-pjanti (mill-inqas 30 %) fuq wiċċ il-ħamrija għall-kontroll tal-erożjoni u ż-żamma tal-umdità, normalment billi l-ħamrija ma tiġix invertita bħala riżultat tal-ħrit.

Ebda ħrit (esklużi żoni ta' art fil-beraħ li tinħadem mgħottija minn pjanti multiannwali)

Art li tinħadem li fuqha ma jsir ebda ħrit bejn il-ħsad u ż-żrigħ.

Kopertura tal-ħamrija fuq art fil-beraħ li tinħadem

Il-mod li bih l-art li tinħadem tiġi mgħottija minn pjanti jew residwi, jew il-mod li bih titħalla għerja fix-xitwa.

Għelejjel normali tax-xitwa

Art li tinħadem li fil-ħarifa jiġu miżrugħa fiha għelejjel li jikbru matul ix-xitwa (għelejjel normali tax-xitwa, bħal qamħ tax-xitwa), li normalment jiġu maħsuda jew jintużaw għar-ragħa.

Għelejjel ta' kopertura jew għelejjel intermedji

Art li tinħadem li fuqha jiġu miżrugħa b'mod speċifiku pjanti biex jitnaqqas it-telf ta' ħamrija, ta' nutrijenti u ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti matul ix-xitwa jew matul perjodi oħra meta l-art kieku minflok tkun għerja jew suxxettibli għal telf. Il-valur ekonomiku ta' dawn l-għelejjel huwa baxx, u l-għan ewlieni huwa l-protezzjoni tal-ħamrija u tan-nutrijenti.

Normalment dawn jinħartu għal ġol-ħamrija fir-rebbiegħa qabel ma jinżergħu għelejjel oħra, u la jiġu maħsuda u lanqas ma jintużaw għar-ragħha.

Residwi ta' pjanti

Art li tinħadem mgħottija minn residwi ta' pjanti u qasbija tal-għelejjel tal-istaġun ta' qabel fix-xitwa. Għelejjel ta' kopertura u għelejjel intermedji huma esklużi.

Ħamrija waħedha

Art li tinħadem maħruta jew li tiġi mgħażqa mod ieħor fil-ħarifa, li ma tinżerax żerriegħa fiha jew li tkunx mgħottija b'residwi minn pjanti matul ix-xitwa, li tibqa' mhux ikkoltivata qabel jitwettqu l-operazzjonijiet agrotekniċi ta' qabel it-tiżrigħ jew tat-tiżrigħ fil-perjodu tar-rebbiegħa ta' wara.

Erji ta' art fil-beraħ li tinħadem mgħottija minn pjanti multiannwali

Erji ta' art fil-beraħ li tinħadem mgħottija minn pjanti multiannwali mhux miżrugħa jew ikkultivati fis-sena ta' referenza.

Newba tal-għelejjel fuq art li tinħadem

In-newba tal-għelejjel hija prattika fejn l-għelejjel imkabbra f'għalqa speċifika jiġu alternati skont mudell jew sekwenza ppjanata fi snin suċċessivi tal-għelejjel sabiex ma jitkabbrux għelejjel tal-istess speċi fl-istess għalqa mingħajr interruzzjoni.

Sehem ta' art li tinħadem inkluż fin-newba tal-għelejjel

Art li tinħadem li hija parti minn newba ppjanata tal-għelejjel.

Erja b'fokus ekoloġiku — l-erja totali ta' marġini tal-għelieqi, biċċiet ta' art ta' lqugħ, sisien tal-ħaxix, siġar, art mistrieħa, bijotopi, żoni msaġġra u karatteristiki tal-pajsaġġ

Żona li l-maniġer tal-impriża jiżgura li hija erja b'fokus ekoloġiku kif deskritt fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-erja totali ta' marġini tal-għelieqi, biċċiet ta' art ta' lqugħ, sisien tal-ħaxix, siġar, art mistrieħa, bijotopi, żoni msaġġra u karatteristiki tal-pajsaġġ.

Informazzjoni relatata ma' dawn għandha tiġi komunikata biss minn irziezet li għandhom iktar minn 15-il ettaru ta' art li tinħadem.

Tekniki għall-applikazzjoni tad-demel

Il-perċentwal tat-total ta' demel tar-razzett (dak prodott, flimkien ma' dak li ġie importat u nieqes dak li ġie esportat) li jiġi mifrux fuq l-art agrikola permezz tad-diversi tekniki disponibbli.

Tferrix

Id-demel jiġi mifrux fuq il-wiċċ ta' erja ta' art jew ta' għelejjel, mingħajr l-użu ta' tekniki ta' injezzjoni jew ta' twassil ta' demel direttament fuq wiċċ l-art bejn il-fillieri tal-għelejjel.

Ebda inkorporazzjoni

Il-perċentwal tat-total ta' demel applikat fejn ma tkun saret ebda inkorporazzjoni fil-ħamrija. Jekk id-demel ma jiġix inkorporat fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi mferrex, dan għandu jiġi inkluż hawn.

Inkorporazzjoni fi żmien 4 sigħat

Il-perċentwal tat-total ta' demel applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b'metodi mekkaniċi fi żmien 4 sigħat wara li jkun ġie applikat id-demel.

Inkorporazzjoni wara 4 sigħat

Il-perċentwal tat-total ta' demel applikat li jkun ġie inkorporat fil-ħamrija b'metodi mekkaniċi aktar minn 4 sigħat wara li jkun ġie applikat id-demel. Jekk id-demel ma jkunx ġie inkorporat fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi mferrex, dan għandu jiġi eskluż minn din l-intestatura u għandu jiġi inkluż taħt Ebda inkorporazzjoni.

It-twassil ta' demel direttament fuq wiċċ l-art bejn il-fillieri tal-għelejjel

Demel likwidu jew sospensjoni magħquda ta' demel tiġi applikata fuq erja fi strixxi paralleli mingħajr demel bejn l-istrixxi, billi jintuża tagħmir (band spreader) li jkun imqabbad mat-tarf ta' bawżer jew trattur biex jifrex id-demel likwidu jew sospensjoni magħquda ta' demel maħlul direttament fuq wiċċ l-art.

Distributur mobbli tad-demel bil-pajpijiet

Tip ta' band spreader li jikkonsisti minn għadd ta' pajpijiet immuntati fuq boma iżda li ma jagħmilx użu minn apparat iddisinjat biex jissepara l-weraq ta' għelejjel jew il-weraq ta' ħaxix.

Distributur bit-tubi flessibbli

Tip ta' band spreader li jikkonsisti minn għadd ta' biċċiet ta' tagħmir f'forma ta' sieq jew żarbuna immuntati fuq boma ddisinjata biex tissepara l-weraq ta' għelejjel jew il-weraq ta' ħaxix, sabiex tqiegħed id-demel fuq il-wiċċ tal-art f'faxex filwaqt li tnaqqas il-kontaminazzjoni tal-għelejjel jew tal-ħaxix.

Injezzjoni

L-applikazzjoni ta' demel likwidu jew ta' sospensjoni magħquda ta' demel fi xquq imħaffra fil-ħamrija f'livelli ta' fond differenti, skont it-tip ta' injettur.

Xquq baxxi/miftuħa

Ix-xquq mhumiex fondi, tipikament b'fond ta' madwar 50 mm. Dawn jitħallew miftuħa wara l-applikazzjoni.

Xquq fondi/magħluqa

Il-fetħiet huma aktar fondi, tipikament b'fond ta' madwar 150 mm. Dawn jingħalqu wara l-applikazzjoni.

Importazzjoni ta' demel mill-impriża/esportazzjoni ta' demel mill-impriża

It-total ta' demel prodott li ġie esportat mill-impriża

L-ammont ta' demel li jinġarr lil hemm mill-impriża.

Demel importat mill-impriża

L-ammont ta' demel li nġieb fl-impriża maħsub biex jintuża fl-agrikoltura, irrispettivament minn jekk sarx ħlas għalih jew jekk dan ikunx ingħata mingħajr ħlas.”


(1)  Id-definizzjonijiet bażiċi tal-impriża agrikola u tal-unità ta' bhejjem huma stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 tal-17 ta' Jannar 2011 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 13, 18.1.2011, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(10)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).