|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1138 |
14.2.2025 |
Sommarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-28 ta’ Ġunju 2021
skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003
fil-Każ AT.39914 - Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro
(notifikata permezz ta’ dokument numru C (2021) 4600)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(C/2025/1138)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) . F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penali imposta, filwaqt li jitqies l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni ( http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/ )
INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni timponi mill-ġdid multa fuq HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc u HSBC France (minn hawn ’il quddiem flimkien “HSBC”) talli kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
PROĊEDURA
|
(2) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 8512 (id-“Deċiżjoni dwar ir-Riżolviment tal-2013”). Id-Deċiżjoni ta’ Riżolviment tal-2013 imponiet multi fuq diversi entitajiet legali ta’ erba’ impriżi - Barclays, Deutsche Bank, RBS u Société Générale - għall-parteċipazzjoni tagħhom f’kartell fir-rigward tad-Derivattivi tal-Imgħax f’Euro. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 8530 (id-“Deċiżjoni tal-2016”). Id-Deċiżjoni tal-2016 imponiet multi fuq diversi entitajiet legali ta’ tliet impriżi oħra - Crédit Agricole, HSBC u JPMorgan Chase - għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-istess kartell. Ġiet imposta multa ta’ EUR 33 606 000 fuq HSBC għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-akkordju bejn t-12 ta’ Frar 2007 u s-27 ta’ Marzu 2007. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti Ġenerali tat sentenza dwar l-applikazzjoni ta’ HSBC għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-2016 (is-“Sentenza”) (2). Fis-Sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-mertu, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ kuntatti li għalihom il-Kummissjoni kienet naqset milli turi l-karattru antikompetittiv. Is-Sentenza endorsjat il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multi. Din il-metodoloġija applikat indikatur għall-valur tal-bejgħ ibbażat fuq riċevuti ta’ flus skontati. Madankollu, is-Sentenza qieset li l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprovdi spjegazzjonijiet suffiċjenti tar-raġunijiet għaliex ir-riċevuti ta’ flus ġew skontati bi 98,849 %. Fuq din il-bażi, il-multa imposta fuq HSBC ġiet annullata. |
|
(5) |
Fit-8 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni infurmat lil HSBC dwar l-intenzjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-2016 u tadotta mill-ġdid il-multi. HSBC kien ipprovdut bi spjegazzjonijiet ulterjuri tal-parametri użati biex jiġi stabbilit il-fattur ta’ tnaqqis għall-iskontar tar-riċevuti ta’ flus ta’ 98,849 %. HSBC ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar dawn l-ispjegazzjonijiet bil-miktub fl-14 ta’ Lulju 2020 u fl-14 ta’ Mejju 2021. |
|
(6) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2021, ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam ta’ Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti. |
VALUTAZZJONI LEGALI
|
(7) |
Dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni huwa indirizzat biss lil HSBC u ma fih l-ebda oġġezzjoni ġdida. Bl-ebda mod ma jikkonċerna d-destinatarji l-oħra tad-Deċiżjoni tal-2016. |
|
(8) |
L-abbozz ta’ Deċiżjoni jsib li l-HSBC ipparteċipa fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-2016. |
RIMEDJI
|
(9) |
Il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-multa ta’ HSBC hija stabbilita fid-Deċiżjoni tal-2016. |
|
(10) |
Madankollu, l-abbozz tad-Deċiżjoni jispjega f’aktar dettall għaliex ir-riċevuti ta’ flus huma skontati b’fattur ta’ tnaqqis ta’ 98,849 %, abbażi ta’ erba’ elementi:
|
|
(11) |
L-abbozz tad-Deċiżjoni jżid ukoll it-tnaqqis ta’ 10 % mogħti lil HSBC fid-Deċiżjoni tal-2016 għar-rwol aktar periferali/minuri tiegħu għal 15 %. Din iż-żieda tqis il-konstatazzjonijiet tas-Sentenza li l-karattru antikompetittiv ta’ żewġ kuntatti ma ġiex ippruvat biżżejjed, u taċċetta li dan jista’ jkollu impatt kemm fuq l-intensità tal-parteċipazzjoni ta’ HSBC kif ukoll fuq l-għarfien tiegħu tal-ksur uniku u kontinwu. Għaldaqstant, il-multa hija stabbilita għal EUR 31 739 000. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(2) Il-Każ T-105/17, HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc, HSBC France vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:675.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1138/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)