<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-334/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TO0334</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:375">EU:T:2022:375</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20220613">13.6.2022</DATE> – Kawża T‑334/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Mendes de Almeida vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20220613">13 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 270 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑334/21,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ana Carla Mendes de Almeida</HT>, residenti fi Sobreda (il-Portugall), irrappreżentata minn R. Leandro Vasconcelos, M. Marques de Carvalho u P. Almeida Sande, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn K. Pleśniak u J. Gil, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L‑Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, M. Jaeger u O. Porchia (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, Ana Carla Mendes de Almeida, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas‑<DATE ISO="20200727">27 ta’ Lulju 2020</DATE> li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="244" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 244, p. 18</REF.DOC.OJ>), sa fejn taħtar lil José Eduardo Moreira Alves de Oliveira Guerra bħala Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (iktar ’il quddiem<?PAGE NO="2"?> id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20210308">8 ta’ Marzu 2021</DATE> li tiċħad l-ilment tagħha mressaq fl‑<DATE ISO="20210210">10 ta’ Frar 2021</DATE> kontra d-deċiżjoni kkontestata (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-UPPE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 283, p. 1</REF.DOC.OJ>). Skont l-Artikoli 1 u 8 ta’ dan ir-regolament, dan tal-aħħar jistabbilixxi l-UPPE bħala korp tal-Unjoni Ewropea u jistabbilixxi r-regoli dwar il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament, dwar l-istruttura tal-UPPE, dan tal-aħħar huwa organizzat fuq livell doppju: f’livell ċentrali u f’livell deċentralizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2017/1939, il-persunal tal-UPPE huwa ddefinit bħala l-persunal li, fuq livell ċentrali, jappoġġa lill-Kulleġġ, lill-Awli Permanenti, lill-Kap Prosekutur Ewropew, lill-Prosekuturi Ewropej, lill-Prosekuturi Delegati Ewropej u lid-Direttur Amministrattiv fl-attivitajiet ta’ kuljum fit-twettiq tal-kompiti fdati lill-UPPE fil-kuntest ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Prosekuturi Ewropej għandhom il-missjonijiet u l-funzjonijiet tagħhom iddefiniti fl-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ħatra tagħhom, konformement mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2017/1939, kull Stat Membru li jipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE għandu jinnomina tliet kandidati għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew fost kandidati li huma membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru rilevanti, li jkunu mingħajr dubju indipendenti u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jinħatru f’kariga għolja ta’ prosekuzzjoni jew dik ġudizzjarja fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, u li jkollhom esperjenza prattika rilevanti tas-sistemi legali nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2) tar-Regolament 2017/1939 jipprovdi li, wara li jkun irċieva l-opinjoni motivata tal-Bord tal-Għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tal-istess regolament, il-Kunsill għandu jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru inkwistjoni Din id-dispożizzjoni tippreċiża li, jekk il-Bord tal-Għażla jsib li kandidat ma jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet ta’ Prosekutur Ewropew, l-opinjoni tiegħu għandha torbot lill-Kunsill. Konformement mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament 2017/1939, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, għandu jagħżel u jaħtar lill-Prosekuturi Ewropej għal perijodu ta’ sitt snin li ma jistax jiġġedded u jista’ jiddeċiedi li jestendi l-mandat għal perijodu massimu ta’ tliet snin fi tmiem il-perijodu ta’ sitt snin. L-Artikolu 16(4) ta’ dan l-istess regolament jipprovdi li kull tliet snin għandu jkun hemm sostituzzjoni parzjali ta’ terz mill-Prosekuturi Ewropej u li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, għandu jadotta regoli tranżizzjonali għall-ħatra ta’ Prosekuturi Ewropej għal u matul l-ewwel perijodu tal-mandat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament 2017/1939, il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ ħidma tal-Bord tal-Għażla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tar-Regolament 2017/1939 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali fil-qasam tal-persunal, jipprovdi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, li r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kif ukoll ir-regoli adottati bi qbil bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għandhom japplikaw għall-Kap Prosekutur Ewropew u għall-Prosekuturi Ewropej, għall-Prosekuturi Delegati Ewropej, għad-Direttur Amministrattiv u għall-persunal tal-UPPE, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-regolament. Skont it-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kap Prosekutur Ewropew u l-Prosekuturi Ewropej għandhom jiġu ingaġġati bħala aġenti temporanji tal-UPPE taħt l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-persunal tal-UPPE, il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu 96 jipprovdi li dan il-persunal għandu jiġi rreklutat skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1696, dwar ir-regoli ta’ ħidma tal-Bord tal-Għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament 2017/1939 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 282, p. 8</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190423">23 ta’ April 2019</DATE>, wara l-proċedura ta’ selezzjoni nazzjonali, it-tliet kandidati għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew li kellhom jiġu nnominati mir-Repubblika Portugiża ġew magħżula. Ir-rikorrenti kienet tagħmel parti minnhom. Din tal-aħħar ilha mill-2012 teżerċita l-funzjonijiet ta’ prosekutur tar-Repubblika Portugiża mad-Departamento Central de Investigação e Ação Penal (id-Dipartiment Ċentrali Inkarigat mill-Investigazzjonijiet u mill-Proċeduri Kriminali) u, matul ix-xahar ta’ Jannar 2020, hija ġiet innominata koordinatriċi tat-taqsima ta’ investigazzjoni u ta’ prevenzjoni tal-kriminalità relatata mal-fondi tal-Unjoni. Fost iż-żewġ kandidati l-oħra magħżula kien hemm J.E. Moreira Alves d’Oliveira Guerra. L-ismijiet tat-tliet kandidati magħżula ġew ikkomunikati lill-Bord tal-Għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament 2017/1939. Il-kandidati kienu kklassifikati f’ordni alfabetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191024">24 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ir-rikorrenti nstemgħet mill-Bord tal-Għażla u, fit‑<DATE ISO="20191118">18 ta’ Novembru 2019</DATE>, dan tal-aħħar bagħat l-opinjoni motivata tiegħu lill-Kunsill u indika l-ordni ta’ preferenza li ġejja għat-tliet kandidati nnominati mir-Repubblika Portugiża: 1) ir-rikorrenti; 2) J.E. Moreira Alves d’Oliveira Guerra; 3) João Conde Correia dos Santos.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20200727">27 ta’ Lulju 2020</DATE>, il-Kunsill adotta d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Prosekuturi Ewropej tal-UPPE bħala aġenti temporanji fil-grad ta’ AD 13 għal perijodu li ma jiġġeddidx ta’ tliet snin mid-<DATE ISO="20200729">29 ta’ Lulju 2020</DATE>.</P><P>[…]</P><P>Is-Sur […] Moreira Alves d’Oliveira Guerra.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-rikorrenti indirizzat lill-Kunsill, skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20210205">5 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, irreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali bin-numru tal-Kawża T‑75/21, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20210210">10 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment addizzjonali, li fih invokat l-intervent ta’ fatti ġodda li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kunsill fir-risposta tagħha għall-ilment tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, l-Awtorità tal-Ħatra (iktar’ il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) tal-Kunsill ikkunsidrat l-ilment bħala manifestament inammissibbli minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tagħha sabiex tilqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Mendes de Almeida vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑75/21</NO.CASE>, mhux ippubblikat, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:424">EU:T:2021:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat fil‑<DATE ISO="20210205">5 ta’ Frar 2021</DATE> bħala inammissibbli minħabba tardività. L-appell li dan id-digriet kien is-suġġett tiegħu huwa pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, meta din tal-aħħar manifestament ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors jew meta rikors ikun manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin u fuq proposta tal-Imħallef Relatur, tiddeċiedi li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mill-annessi tal-proċess u tiddeċiedi, skont l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura, li tiddeċiedi li taqta’ l-kawża mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, skont l-Artikolu 270 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-kliem ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-ġurisdizzjoni prevista fih testendi għal kull tilwima bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rikors, ir-rikorrenti tiġġustifika l-preżentata tar-rikors skont l-imsemmi artikolu bil-fatt li l-Artikolu 96(1) tar-Regolament 2017/1939 jipprovdi li r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg kif ukoll ir-regoli adottati bi qbil mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg japplikaw b’mod partikolari għall-Prosekuturi Ewropej, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, u li dawn jiġu ingaġġati bħala membri tal-persunal temporanju tal-UPPE skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Issa, ebda dispożizzjoni tar-Regolament 2017/1939 ma teskludi l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-ħatra tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tippreċiża li, għalkemm il-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej isseħħ fl-ogħla livell politiku, dan huwa wkoll il-każ fir-rigward tal-Kap Prosekutur Ewropew, li jinħatar mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Issa, hija tirrileva li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/1696, fil-paragrafu VII.1 tal-anness tagħha, tipprevedi espressament l-applikazzjoni tar-rimedji tar-Regolamenti tal-Persunal għall-kandidati għall-pożizzjoni ta’ Kap Prosekutur Ewropew esklużi mill-Bord tal-Għażla. Dan għandu jwassal, permezz ta’ koerenza organika interna, sabiex din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tiġi interpretata fis-sens li l-istess rimedji huma applikabbli għall-kandidati għal pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew. Il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jelimina biss ir-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal li huma inkompatibbli man-natura tal-proċedura ta’ selezzjoni tal-Prosekuturi Ewropej, sabiex tiġi ggarantita l-għażla ta’ Prosekutur Ewropew għal kull Stat Membru parteċipanti f’din il-kooperazzjoni msaħħa u l-inammissibbiltà tal-kandidaturi ta’ ċittadini tal-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-fatt li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/1696 ma tipprevedix espressament l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Prosekuturi Ewropej ma jipprekludix li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 270 TFUE. Huwa possibbli li jitressaq ilment skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn jissodisfa r-rekwiżiti formali u ta’ terminu applikabbli għalih u l-Artikolu 270 TFUE għandu jinftiehem fis-sens li japplika, b’mod esklużiv, mhux biss għall-persuni li għandhom il-kwalità ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal mhux lokali, iżda wkoll għal dawk li jinvokaw dawn il-kwalitajiet. Konformement mal-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jispeċifikaw li l-kandidati għal funzjoni li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg huma suġġetti għall-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, huma applikabbli b’analoġija. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tirreferi għall-ġurisprudenza li tipprovdi li l-Artikolu 270 TFUE japplika wkoll għall-kandidati għall-funzjoni ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal li ma huwiex lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żżid li l-fatt li hija ppreżentat ukoll, fil‑<DATE ISO="20210205">5 ta’ Frar 2021</DATE>, rikors skont l-Artikolu 263 TFUE, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T‑75/21, kontra d-deċiżjoni kkontestata huwa irrilevanti u hija tikkontesta li jista’ jkun hemm sitwazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> fir-rigward ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna kemm id-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, il-Kunsill jitlob li r-rikors jiġi miċħud. Dan iqis bħala manifestament inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> u, fi kwalunkwe każ,<?PAGE NO="6"?> minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali li tieħu konjizzjoni tagħha skont l-Artikolu 270 TFUE. Dan iqis manifestament infondata t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li t-tilwima tirrigwarda żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill, waħda intiża sabiex tinħatar persuna pjuttost milli oħra fil-kwalità ta’ Prosekutur Ewropew għar-Repubblika Portugiża u l-oħra intiża sabiex jiġi miċħud l-ilment li r-rikorrenti, li ma kinitx ġiet maħtura għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew għal dan l-Istat Membru, ressqet kontra d-deċiżjoni ta’ ħatra meħuda mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rikorrenti korrettament ippreżentatx ir-rikors skont l-Artikolu 270 TFUE kontra dawn id-deċiżjonijiet, għandu jiġi eżaminat jekk it-tilwima bejnha u l-Kunsill li tikkonċerna l-imsemmija deċiżjonijiet taqax taħt tilwimiet bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ tilwima bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha jinftiehem mill-ġurisprudenza b’mod estensiv, u dan iwassal sabiex f’dan il-kuntest jiġu eżaminati t-tilwimiet li jikkonċernaw persuni li la għandhom il-kwalità ta’ uffiċjal u lanqas dik ta’ membru tal-persunal, iżda li jallegaw li għandhom din il-kwalità (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Sanders <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑45/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:289">EU:T:2004:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan jirrigwarda l-persuni li jkunu kandidati għal pożizzjoni li l-kundizzjonijiet tal-ħatra tagħhom huma stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-UPPE, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolamenti tal-Persunal ma japplikawx partikolarment għalih. Mir-Regolament 2017/1939 jirriżulta li huma d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li jiddeterminaw sa fejn uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jew tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg japplikaw għall-Prosekuturi Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 96(1) tar-Regolament 2017/1939 jipprovdi li r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg japplikaw għall-Kap Prosekutur Ewropew u għall-Prosekuturi Ewropej, għall-Prosekuturi Delegati Ewropej, għad-Direttur Amministrattiv u għall-persunal tal-UPPE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Huwa utli li jiġi enfasizzat li, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 12 tar-Regolament 2017/1939, kif imsemmija fil-punti 4 u 5 iktar ’il fuq, il-Prosekuturi Ewropej ma jifformawx parti mill-persunal tal-UPPE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ħatra tagħhom, li hija inkwistjoni f’din il-kawża, l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, kif imfakkar fil-punti 6 u 7 iktar ’il fuq, jistabbilixxi proċedura speċifika b’modalitajiet proprji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni tiggarantixxi biss lill-Istati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE li jkollhom, fi tmiem il-proċedura ta’ ħatra, Prosekutur Ewropew maħtur mill-Kunsill. Qabel din il-ħatra, din tippermettilhom jinnominaw tliet kandidati li, fid-dawl tal-obbligu impost fuq dawn tal-aħħar li jkunu membri attivi tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew tal-ġudikatura tal-Istat Membru li jinnominahom, għandhom bħala prinċipju n-nazzjonalità tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi proċedura <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> li hija differenti minn dik applikabbli għar-reklutaġġ tal-persunal tal-UPPE, filwaqt li jiġi ppreċiżat li dan huwa rreklutat, konformement mal-Artikolu 96(2) tar-Regolament 2017/1939, skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal l-ieħor tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-proċedura ta’ ħatra tal-Prosekuturi Ewropej ma teħtieġx l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, kif previst fl-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, jiġifieri anki ta’ dawk li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 16 tar-Regolament 2017/1939 jirriżulta li la hija l-Awtorità tal-Ħatra u lanqas l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) tal-UPPE li jaħtru l-Prosekuturi Ewropej, iżda l-Kunsill. Il-fatt li, fid-deċiżjoni kkontestata, huwa indikat li l-persuni magħżula, fosthom J.E. Moreira Alves de Oliveira Guerra, huma maħtura Prosekuturi Ewropej bħala membri tal-persunal temporanju fil-grad AD 13 ma jistax barra minn hekk ikun biżżejjed sabiex minn dan jiġi dedott li l-Kunsill aġixxa fil-kwalità ta’ Awtorità tal-Ħatra jew ta’ ASTK matul il-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>In-natura <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT> tal-proċedura ta’ ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tista’ tiġi spjegata mill-fatt li, kif jirrileva ġustament, essenzjalment, il-Kunsill, din tikkonċerna personalitajiet intiżi sabiex jeżerċitaw, fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni, responsabbiltà partikolari ta’ livell għoli fis-sistema istituzzjonali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li huwa biss wara l-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament 2017/1939, li dawn huma ingaġġati, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(1) tal-imsemmi regolament, bħala membri tal-persunal temporanju tal-Prosekutur Ewropew skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Mill-imsemmi subparagrafu jirriżulta li huma biss il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tar-remunerazzjoni tal-Prosekuturi Ewropej li jaqgħu taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg u taħt il-kompetenza tal-ASTK tal-UPPE. Dan ma huwiex il-każ għal kundizzjonijiet u għal proċeduri li jwasslu għall-ħatra tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li dawn l-aħħar kundizzjonijiet u dawn il-proċeduri ma humiex stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg, it-tilwimiet li huma relatati magħhom għalhekk ma jistgħux jitqiesu li huma tilwimiet bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha, fis-sens tal-Artikolu 270 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti ma humiex ta’ natura li jikkontestaw tali konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti ma tistax validament tinvoka d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gomes de Sá Pereira vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑30/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:107">EU:T:1996:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex issostni li hija ppreżentat ġustament ir-rikors tagħha skont l-Artikolu 270 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ċertament, il-punti 22 sa 25 tad-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gomes de Sá Pereira vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑30/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:107">EU:T:1996:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jinkludu tfakkira, essenzjalment, tal-ġurisprudenza li tipprovdi li l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni sabiex tiddeċiedi dwar kull tilwima bejn l-Unjoni u l-membri tal-persunal tagħha għandha tinftiehem fis-sens li tirrigwarda mhux biss it-tilwimiet li jirrigwardaw il-persuni li għandhom il-kwalità ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal li ma<?PAGE NO="8"?> huwiex lokali, iżda wkoll dawk relatati ma’ persuni li jinvokaw din il-kwalità, u kien ġie meqjus li l-ħatra tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kellha tiġi kkontestata skont rimedji previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, is-soluzzjoni adottata fid-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gomes de Sá Pereira vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑30/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:107">EU:T:1996:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tistax tiġi trasposta għal din il-kawża, peress li, kif ġustament jirrileva l-Kunsill, il-ħatra tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO tirriżulta minn leġiżlazzjoni differenti minn dik applikabbli għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej. Għal dak li jirrigwarda l-membri ta’ dawn il-Bordijiet tal-Appell, il-leġiżlazzjoni li hija relatata magħhom tipprevedi l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-persunal, li l-imsemmija membri jagħmlu parti minnu (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gomes de Sá Pereira vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑30/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:107">EU:T:1996:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, għal dak li jikkonċerna l-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, kif jirriżulta mill-punti 35 sa 44 iktar ’il fuq, il-leġiżlatur, fir-Regolament 2017/1939, għażel li jistabbilixxi sistema <HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT>, li tipprovdi li l-Prosekuturi Ewropej ma jagħmlux parti mill-persunal tal-UPPE, kif diġà ġie indikat fil-punt 37 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/1696, fil-parti tiegħu dwar il-ħatra tal-Kap Prosekutur Ewropew, li barra minn hekk ir-rikorrenti tinvoka, ma jippermettix lil din tal-aħħar li tibbaża r-rikors tagħha fuq l-Artikolu 270 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness, moqrija flimkien mal-Artikoli 14 u 16 tar-Regolament 2017/1939, jirriżulta li l-mekkaniżmi ta’ ħatra tal-Kap Prosekutur Ewropew u tal-Prosekuturi Ewropej huma kull wieħed irregolati minn karatteristiċi speċifiċi, fl-istadji kollha tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-fatt li l-proċedura ta’ selezzjoni tal-Kap Prosekutur Ewropew tibda permezz ta’ sejħa miftuħa għal kandidaturi, ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem il-Kunsill, konformement mal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, hija miftuħa biss għall-kandidati għal din il-pożizzjoni ta’ Kap Prosekutur Ewropew kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla li jikkawżawlhom preġudizzju kif ukoll kontra l-lista stabbilita minn dan il-bord li dawn il-kandidati ma humiex inklużi fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-proċedura ta’ ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, li tibda bin-nomina ta’ tliet kandidati minn kull Stat Membru parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa, il-possibbiltà ta’ lment ma tistax tiġi estiża għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li ma jinħatrux ċerti kandidati għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew, fl-assenza ta’ rieda espressa b’mod ċar mil-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li din it-tilwima ma tistax titqies li hija tilwima bejn l-Unjoni u wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg, fis-sens tal-Artikolu 270 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali hija manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li din tal-aħħar ma hijiex deċiżjoni li taqa’ taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ma jistax jitqies li l-ilment ifformulat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll kontra d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill<?PAGE NO="9"?> sabiex dan l-ilment jiġi miċħud jista’ jaqa’ taħt ir-Regolamenti tal-Persunal u taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali hija wkoll manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, huwa r-rikorrent li għandu jagħmel l-għażla tal-bażi legali tar-rikors tiegħu, u mhux il-qorti tal-Unjoni li tagħżel hija stess il-bażi legali l-iktar xierqa (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141024">24 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität Dresden vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑29/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:912">EU:T:2014:912</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa ma huwiex possibbli li dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata jitqies bħala ppreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, peress li r-rikorrenti invokat espressament l-Artikolu 270 TFUE, indipendentement mill-fatt li hija diġà ppreżentat rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE kontra d-deċiżjoni kkontestata fil-Kawża T‑75/21, li diġà ta lok għad-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Mendes de Almeida vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑75/21</NO.CASE>, mhux ippubblikat, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:424">EU:T:2021:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, fi kwalunkwe każ, anki jekk jiġi preżunt li r-rikorrenti kellha l-intenzjoni li tippreżenta r-rikors tagħha kontra din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 TFUE f’din il-kawża u mingħajr ma jkun hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kwistjoni dwar jekk tali rikors huwiex ammissibbli, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat, għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-punti 35 sa 54 iktar ’il fuq, li l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill ma kinitx kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tal-ilment imressaq mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u li għalhekk ġustament ċaħditu. Għalhekk ir-rikors huwa, fi kwalunkwe każ, manifestament infondat f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill, konformement mat-talbiet tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L‑Ewwel Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ana Carla Mendes de Almeida hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20220613">13 ta’ Ġunju 2022</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Ir-Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>H. Kanninen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>