17.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9812 — M.Verily Life Sciences/Santen Pharmaceutical/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 235/04)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Verily Life Sciences LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika) (“Verily”), ikkontrollata minn Alphabet Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Santen Pharmaceutical Company, Ltd. (il-Ġappun) (“Santen”).

Verily u Santen jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ffurmata ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Verily tiffoka fuq ix-xjenzi tal-ħajja u l-kura tas-saħħa. Toħloq għodod u teknoloġiji innovattivi għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-mard, sħubiji max-xjenzi tal-ħajja, apparat mediku u organizzazzjonijiet tal-gvern;

—

Santen hija kumpanija farmaċewtika ffukata fuq l-oftalmoloġija. Twettaq riċerka u żvilupp, marketing u bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi;

—

L-impriża konġunta se tirriċerka, tiżviluppa u tikkummerċjalizza portafoll ta’ apparati għall-oftalmoloġija mfassla biex jikkuraw jew jagħmlu dijanjożi ta’ disturbi fl-għajnejn jew b’xi mod ieħor tipprovdi għodod biex tgħin lill-pazjenti, lil dawk li jipprovdu l-kura, jew lill-fornituri biex jimmaniġġjaw is-saħħa globali tal-għajnejn.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9812 — Verily Life Sciences/Santen Pharmaceutical/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.