<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-643/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0643</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:286">EU:T:2021:286</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210519">19.5.2021</DATE> – Kawża T‑643/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ryanair vs Il‑Kummissjoni (KLM; Covid‑19)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210519">19 ta’ Mejju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Il-Pajjiżi l-Baxxi</KEYWORD><KEYWORD>Garanzija mill-Istat għal self u self subordinat tal-Istat favur KLM fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID‑19</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida temporanji tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna preċedentement mogħtija lil kumpannija oħra tal-istess grupp ta’ impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑643/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair DAC</HT>, stabbilita f’Swords (l‑Irlanda), irrappreżentata minn F.‑C. Laprévote, V. Blanc, E. Vahida, S. Rating u I.‑G. Metaxas-Maranghidis, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn, S. Noë u C. Georgieva, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn E. de Moustier u P. Dodeller, bħala aġenti,</P><P>minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn J. Langer, bħala aġent, assistit minn I. Rooms, avukata,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV</HT>, stabbilita f’Amstelveen (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn K. Schillemans, H. Vanderveen u P. Huizing, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4871 final tat‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID‑19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża),</P><P>komposta minn A. Kornezov (Relatur), President, E. Buttigieg, K. Kowalik-Bańczyk, G. Hesse u M. Stancu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: I. Pollalis, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20200626">26 ta’ Ġunju 2020</DATE>, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE, dwar għajnuna mill-Istat favur Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>KLM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li tikkonsisti, minn naħa, f’garanzija mill-Istat għal self mogħti lilha minn konsorzju ta’ banek u, min-naħa l-oħra, f’self mill-Istat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>miżura ta’ għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Il-baġit totali tal-għajnuna kien jammonta għal EUR 3.4 biljun. L-għan tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni kien li tipprovdi temporanjament lil KLM il-likwidità li hija kellha bżonn sabiex taffronta r-riperkussjonijiet negattivi tal-pandemija tal-COVID‑19. Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi qies li, fid-dawl tal-importanza ta’ KLM għall-ekonomija tiegħu u għas-servizzi tal-ajru tiegħu, il-falliment tagħha kien ikompli jaggrava d-disturb serju tal-ekonomija tiegħu kkawżat minn din il-pandemija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>KLM tagħmel parti mill-grupp Air France-KLM. Il-kumpannija holding Air France-KLM (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kumpannija holding Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) tmexxi l-grupp, u fiha l-Istati Franċiżi u Olandiżi huma l-ikbar azzjonisti, li għandhom 14.3 % u 14 % tal-kapital rispettivament. Il-kumpanniji Air France u KLM huma żewġ sussidjarji tal-kumpannija holding Air France-KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200504">4 ta’ Mejju 2020</DATE>, il-Kummissjoni ddikjarat kompatibbli mas-suq intern, permezz tad-Deċiżjoni C(2020)2983 final dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57082 (2020/N) – Franza – COVID‑19: linji gwida temporanji [l-Artikolu 107(3)(b) TFUE] – Garanzija u self minn azzjonist favur Air France (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Deċiżjoni Air France<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), għajnuna individwali mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil Air France, fil-forma ta’ garanzija mill-Istat u ta’ self minn azzjonist, fl-ammont totali ta’ EUR 7 biljuni. Il-miżura ta’ għajnuna kienet intiża sabiex tiffinanzja l-bżonnijiet immedjati tal-likwidità ta’ Air France.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2020) 4871 final, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID‑19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="355" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 355, p. 1</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li permezz tagħha hija qieset li l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, minn naħa, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, min-naħa l-oħra, kienet kompatibbli mas-suq<?PAGE NO="3"?> intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Il-Kummissjoni evalwat il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni fid-dawl tal-komunikazzjoni tagħha tad‑<DATE ISO="20200319">19 ta’ Marzu 2020</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID‑19<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="091" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 91</REF.DOC.OJ> I, p. 1), emendata fit‑<DATE ISO="20200403">3 ta’ April 2020</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="112" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 112</REF.DOC.OJ> I, p. 1), fit‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 164, p. 3</REF.DOC.OJ>), u emendata wkoll fid‑<DATE ISO="20200629">29 ta’ Ġunju 2020</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="218" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, C 218, p. 3</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Linji Gwida Temporanji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20201023">23 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-rikorrenti, Ryanair DAC, ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti talbet li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar dan ir-rikors permezz tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikoli 151 u 152 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20201116">16 ta’ Novembru 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) laqgħet it-talba għal proċedura mħaffa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20201207">7 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura, fit‑<DATE ISO="20201218">18 ta’ Diċembru 2020</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat talba motivata għal seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Għaxar Awla, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tirreferi l-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fl‑<DATE ISO="20201214">14 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fis‑<DATE ISO="20210106">6 ta’ Jannar 2021</DATE> u fil‑<DATE ISO="20210115">15 ta’ Jannar 2021</DATE> rispettivament, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża u KLM talbu li jintervjenu f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑12 u tad‑<DATE ISO="20210119">19 ta’ Jannar 2021</DATE> rispettivament, il-President tal-Għaxar Awla tal-Qorti Ġenerali aċċetta l-interventi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Repubblika Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20210127">27 ta’ Jannar 2021</DATE>, il-President tat-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali awtorizza l-intervent ta’ KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal‑14, tad‑19 u tat‑<DATE ISO="20210128">28 ta’ Jannar 2021</DATE> rispettivament, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża u KLM ġew awtorizzati, skont l-Artikolu 154(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jippreżentaw nota ta’ intervent. Fit‑<DATE ISO="20210122">22 ta’ Jannar 2021</DATE> u fit‑<DATE ISO="20210203">3 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Franċiża rispettivament ippreżentaw in-noti ta’ intervent tagħhom fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. KLM ma ppreżentatx nota ta’ intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>. Matul din is-seduta, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, fejn stiednet lill-Kummissjoni tipproduċi l-kuntratti msemmija fid-Deċiżjoni Air France u fid-deċiżjoni kkontestata rispettivament, li abbażi tagħhom ingħataw il-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni f’dawn iż-żewġ deċiżjonijiet. Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20210226">26 ta’ Frar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli sa fejn huwa intiż li jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata u li tiċħad il-kumplament tiegħu fil-mertu. Sussidjarjament, hija titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħdu fil-mertu fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bħall-Kummissjoni, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u KLM jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad ir-rikors bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem ħames motivi, ibbażati rispettivament, l-ewwel wieħed, fuq il-fatt li l-Kummissjoni eskludiet b’mod żbaljat l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil Air France mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment, it-tielet wieħed, fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, ir-raba’ wieħed, fuq il-fatt li l-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u l-ħames wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, fil-punti 39 sa 45 tar-rikors, li hija għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>parti interessata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), li jippermettilha tippreżenta rikors għal annullament intiż għas-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali tagħha, kontra d-deċiżjoni kkontestata, meħuda mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Bħala kompetitriċi ta’ KLM, l-interessi tar-rikorrenti huma affettwati mill-għoti tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, sa fejn din tippermetti lil KLM tikseb self b’kundizzjonijiet favorevoli u tibqa’ fis-suq bħala kompetitriċi ssussidjata tar-rikorrenti, minkejja l-konsegwenzi negattivi tal-pandemija tal-COVID‑19. Mill-banda l-oħra, ir-rikorrenti, li hija t-tielet l-ikbar kumpannija tal-ajru fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma tibbenefikax minn tali għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tqis li r-rikorrenti ma għandhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex tikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata u li, għaldaqstant, l-ewwel, it-tieni u t-tielet motiv tar-rikors huma inammissibbli. Mill-banda l-oħra, ir-Repubblika Franċiża ma tikkontestax l-ammissibbiltà tar-raba’ motiv tar-rikors, peress li r-rikorrenti, fil-fehma tagħha, hija parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-ammissibbiltà tar-rikors ma hijiex iddubitata sa fejn, permezz tiegħu, ir-rikorrenti għandha l-intenzjoni li ssostni li l-Kummissjoni kellha tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ imsemmija fl-Artikolu 108 TFUE, għandha ssir distinzjoni bejn żewġ fażijiet. Minn naħa, il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE, li tippermetti lill-Kummissjoni tifforma opinjoni preliminari dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, li tippermetti lill-Kummissjoni jkollha informazzjoni sħiħa dwar il-fatti tal-kawża. Huwa biss fil-kuntest ta’ din il-proċedura li t-Trattat FUE jipprevedi l-obbligu, għall-Kummissjoni, li ssejjaħ lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930519">19 ta’ Mejju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Cook vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:197">EU:C:1993:197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930615">15 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Matra vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑225/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:239">EU:C:1993:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181015">15 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑79/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:680">EU:T:2018:680</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Meta l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma tinfetaħx, il-partijiet interessati, li setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet matul din it-tieni fażi, ma jkollhomx din il-possibbiltà. Bħala rimedju, huma għandhom id-dritt li jikkontestaw, quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li ma tiftaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Għalhekk, rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 108(3) TFUE ppreżentat minn parti interessata fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE huwa ammissibbli meta l-awtur ta’ dan ir-rikors ikun qiegħed b’hekk jipprova jipproteġi d-drittijiet proċedurali li huwa għandu taħt din l-aħħar dispożizzjoni (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>NDSHT vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ma nfetħitx mill-Kummissjoni u r-rikorrenti tinvoka, fil-kuntest tar-raba’ motiv, ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha. Fir-rigward tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament 2015/1589, impriża kompetitriċi tal-benefiċjarju ta’ miżura ta’ għajnuna tinsab mingħajr dubju fost il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>partijiet interessati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>NDSHT vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:701">EU:C:2010:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa mingħajr dubju li teżisti relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn ir-rikorrenti u l-benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-fatt, ir-rikorrenti sostniet, mingħajr ma ġiet ikkontradetta, li hija kienet ilha tipparteċipa fis-servizz tal-ajru fil-Pajjiżi l-Baxxi għal iktar minn għoxrin sena, li hija kienet, fl‑2019, ittrasportat 3 miljun passiġġier minn jew lejn il-Pajjiżi l-Baxxi u li hija kellha madwar 5 % tas-suq Olandiż, li kien jagħmilha t-tielet l-ikbar kumpannija tal-ajru fil-Pajjiżi l-Baxxi. Ir-rikorrenti enfasizzat ukoll li l-programm tagħha ta’ titjiriet għas-sajf tal‑2020, stabbilit qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID‑19, kien jinkludi 43 destinazzjoni minn 3 ajruporti Olandiżi. Għaldaqstant, ir-rikorrenti hija parti interessata li għandha interess li tiżgura s-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali tagħha taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li tiġi aċċettata l-ammissibbiltà tar-rikors sa fejn ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li r-raba’ motiv, li huwa intiż espliċitament sabiex jikseb ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, huwa ammissibbli, fid-dawl tal-kwalità tagħha ta’ parti interessata, kif ġie stabbilit fil-punt 29 iktar ’il fuq. Fil-fatt, ir-rikorrenti tista’ tinvoka, għall-finijiet taż-żamma tad-drittijiet proċedurali li hija tgawdi fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, motivi ta’ natura li juru li l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha jew seta’ jkollha, waqt il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni tal-miżura nnotifikata, kellha tqajjem dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ din tal-aħħar mas-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑319/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:435">EU:C:2009:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Scor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑135/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:287">EU:T:2019:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, barra minn hekk, li r-rikorrenti għandha d-dritt, sabiex turi l-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha minħabba d-dubji li l-miżura kontenzjuża kellha tqajjem fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, li tinvoka argumenti intiżi sabiex juru li l-konstatazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern li waslet għaliha l-Kummissjoni kienet żbaljata, fatt li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, huwa ta’ natura li jistabbilixxi li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji fl-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tista’ teżamina l-argumenti fuq il-mertu ppreżentati mir-rikorrenti, sabiex tivverifika jekk dawn humiex ta’ natura li jsostnu l-motiv espressament imressaq minnha dwar l-eżistenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:395">EU:C:2013:395</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Scor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑135/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:287">EU:T:2019:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jaqa’ taħt il-ksur tar-rekwiżit formali essenzjali u jikkostitwixxi kwistjoni ta’ ordni pubbliku li għandha titqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-Unjoni u ma hijiex relatata mal-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi eżaminat il-ħames motiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas jew minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni f’diversi aspetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod partikolari, permezz tal-ewwel parti tal-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni naqset milli tesponi r-raġunijiet li għalihom hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-impatt tal-għajnuna preċedentement mogħtija lil Air France, minkejja li din tal-aħħar tifforma parti, bħal KLM, mill-grupp Air France-KLM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-għajnuna mogħtija preċedentement lil Air France setgħet tibbenefika lill-grupp Air France-KLM kollu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi tali possibbiltà <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, iżda kienet obbligata, skont il-ġurisprudenza, li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha f’dan ir-rigward kif ukoll il-kuntest li fih kienet taqa’ l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Issa, fil-paragrafu 19 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni llimitat ruħha li tindika, mingħajr prova jew spjegazzjoni oħra, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>is-sussidjarja Air France tal-grupp Air France-KLM ma hijiex il-benefiċjarja tal-miżura ta’ għajnuna [inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Madankollu, hija naqset milli tivverifika u timmotiva l-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna mogħtija preċedentement lill-bqija tal-grupp, u b’mod partikolari lil Air France, setgħetx ukoll tkun ta’ benefiċċju għal KLM, li l-kontijiet tagħha huma kkonsolidati ma’ dawk ta’ Air France. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni li llimitat ruħha li tindika li l-awtoritajiet Olandiżi kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kkonfermaw<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li s-sussidjarja Air France tal-kumpannija holding Air France-KLM ma kinitx il-benefiċjarja tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, mingħajr madankollu ma ppreċiżat kif din l-affermazzjoni kienet ser tiġi implimentata fil-prattika. Issa, huwa essenzjali li jiġu eżaminati dawn l-aspetti tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni sabiex tiġi vverifikata l-proporzjonalità tal-għajnuna u, pereżempju, jekk il-kundizzjonijiet ta’ kumulu u l-limiti massimi stabbiliti fil-paragrafu 25(d) u fil-paragrafu 27(d) tal-Linji Gwida Temporanji ġewx osservati. Skont ir-rikorrenti, il-kumpannija holding Air France-KLM u ż-żewġ sussidjarji tagħha jagħmlu parti minn unità ekonomika waħda, li tibbenefika, skont id-deċiżjoni kkontestata, meħuda flimkien mad-Deċiżjoni Air France, minn ammont totali ta’ EUR 10.4 biljun ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mir-Repubblika Franċiża, u minn KLM, tikkontesta dawn l-argumenti. Hija ssostni li, peress li KLM ma kinitx waħda mill-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija lil Air France, hija ma kinitx obbligata tipprovdi spjegazzjonijiet fuq dan il-punt. Hija tfakkar f’dan ir-rigward li l-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni huwa KLM, u mhux il-grupp Air France-KLM u lanqas Air France nnifisha. Bl-istess mod, kienet Air France li bbenefikat mill-għajnuna awtorizzata mid-Deċiżjoni Air France u mhux il-grupp Air France-KLM jew KLM innifisha. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Olandiżi u Franċiżi kkonfermaw li KLM u Air France kienu l-benefiċjarji rispettivi tal-għajnuna inkwistjoni. Barra minn hekk, il-karatteristiċi ta’ din jeskludu r-riskju li l-għajnuna mogħtija lil Air France testendi għal KLM u viċe versa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, qabelxejn, li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha tindika b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, li tkun l-awtriċi tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji jew persuni oħra li huma kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax r-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-istituzzjonijiet ma humiex obbligati, fil-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati, li jieħdu pożizzjoni fuq l-argumenti kollha li l-partijiet ikkonċernati jinvokaw quddiemhom matul proċedura amministrattiva, xorta jibqa’ l-fatt li huma għandhom jesponu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li għandhom importanza essenzjali fl-istruttura<?PAGE NO="8"?> tad-deċiżjonijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0169">169</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180918">18 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Duferco Long Products vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑93/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:558">EU:T:2018:558</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-deċiżjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE għandha tinkludi biss ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni tqis li quddiemha ma għandhiex diffikultajiet serji ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata mas-suq intern u li anki motivazzjoni fil-qosor ta’ din id-deċiżjoni għandha titqies li hija suffiċjenti fid-dawl tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE jekk hija turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni qieset li ma tinsabx fil-preżenza ta’ tali diffikultajiet, fejn il-kwistjoni tal-fondatezza ta’ din il-motivazzjoni ma tagħmilx parti minn dan ir-rekwiżit (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Scheucher-Fleisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑47/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:698">EU:C:2011:698</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hamr – Sport vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑693/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:292">EU:T:2016:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni kkonstatat, fil-paragrafi 18 u 19 tad-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, li KLM kienet il-benefiċjarja tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, u, min-naħa l-oħra, li l-awtoritajiet Olandiżi kienu kkonfermaw li Air France, sussidjarja tal-kumpannija holding Air France-KLM, ma kinitx il-benefiċjarja tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li, fid-Deċiżjoni Air France, li tikkonċerna għajnuna mill-Istat mogħtija madwar xahrejn qabel lil Air France, li hija kumpannija li tifforma parti, flimkien ma’ KLM, mill-istess grupp ta’ impriżi, peress li din id-deċiżjoni tikkostitwixxi għalhekk element kuntestwali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi eżaminat jekk il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 40 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni indikat, fil-paragrafu 21, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li l-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna li hija s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>il-kumpannija Air France permezz tal-kumpannija Air-France-KLM, il-kumpannija holding tal-grupp<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u li l-awtoritajiet Franċiżi kienu kkonfermaw li s-sussidjarja KLM tal-kumpannija holding Air France-KLM ma kinitx ser tibbenefika mill-finanzjament inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ma fihiex elementi oħra ta’ analiżi fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna mogħtija preċedentement lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kumpannija Air France permezz tal-kumpannija Air France-KLM, il-kumpannija holding tal-grupp<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> setgħetx tintuża wkoll, anki parzjalment, għall-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ KLM, jekk ikun il-każ permezz tal-kumpannija holding Air France-KLM, li tagħha kemm Air France kif ukoll KLM huma sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata turix b’mod ċar u inekwivoku, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha, ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni kkunsidrat li KLM ma setgħetx tibbenefika mill-għajnuna preċedentement mogħtija lil Air France permezz tal-kumpannija holding Air France-KLM, anki jekk dawn il-kumpanniji jagħmlu parti mill-istess grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-punt 11 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 262, p. 1</REF.DOC.OJ>), diversi entitajiet legali distinti jistgħu jitqiesu li jifformaw unità<?PAGE NO="9"?> ekonomika waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Għal dan l-għan, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ ishma li jagħtu kontroll ta’ waħda mill-entitajiet fl-oħra kif ukoll l-eżistenza ta’ rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi oħra bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza rrikonoxxiet ukoll li, meta persuni fiżiċi jew ġuridiċi legalment distinti jikkostitwixxu unità ekonomika, hemm lok li dawn jiġu ttrattati bħala impriża waħda fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, tqum b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk teżistix unità ekonomika meta tirrigwarda l-identifikazzjoni tal-benefiċjarju ta’ għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19841114">14 ta’ Novembru 1984</DATE>, <NAME.CASE>Intermills vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>323/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:345">EU:C:1984:345</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>AceaElectrabel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:312">EU:T:2009:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fost l-elementi meħuda inkunsiderazzjoni mill-ġurisprudenza sabiex tiġi ddeterminata l-preżenza jew l-assenza ta’ unità ekonomika fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hemm b’mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-impriża kkonċernata f’grupp ta’ kumpanniji li l-kontroll tiegħu huwa eżerċitat direttament jew indirettament minn waħda minnhom, it-tkomplija ta’ attivitajiet ekonomiċi identiċi jew paralleli u l-assenza ta’ awtonomija ekonomika tal-kumpanniji kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041014">14 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pollmeier Malchow vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑137/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:304">EU:T:2004:304</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); l-istabbiliment ta’ grupp uniku kkontrollat minn entità waħda, minkejja l-kostituzzjoni ta’ kumpanniji ġodda li kull waħda minnhom għandha personalità ġuridika distinta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19841114">14 ta’ Novembru 1984</DATE>, <NAME.CASE>Intermills vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>323/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:345">EU:C:1984:345</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); il-possibbiltà, għal entità li għandha ishma ta’ kontroll f’kumpannija oħra, li teżerċita, lil hinn minn sempliċi investiment ta’ kapital minn investitur, minn funzjonijiet ta’ kontroll, ta’ impetu u ta’ għajnuna finanzjarja fir-rigward ta’ din il-kumpannija kif ukoll l-eżistenza ta’ rabtiet organiċi u funzjonali bejniethom (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>AceaElectrabel Produzione vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:787">EU:C:2010:787</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll l-eżistenza ta’ klawżoli kuntrattwali rilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>AceaElectrabel Produzione vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:787">EU:C:2010:787</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-Kummissjoni li għandha teżamina b’viġilanza partikolari r-rabtiet bejn il-kumpanniji li jifformaw parti mill-istess grupp meta jkun hemm lok għal biża’ li l-effetti fuq il-kompetizzjoni jirriżultaw f’kumulu ta’ għajnuna mill-Istat fi ħdan l-istess grupp (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>AceaElectrabel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:312">EU:T:2009:312</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija obbligata, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tar-regoli fundamentali tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat, li tmexxi l-proċedura ta’ investigazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex ikollha għad-dispożizzjoni tagħha, waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, l-informazzjoni l-iktar kompleta u affidabbli possibbli sabiex tagħmel dan (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li Air France u KLM huma żewġ kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp, u li l-kumpannija holding Air France-KLM tmexxih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalkemm id-deċiżjoni kkontestata tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-azzjonisti tal-kumpannija holding Air France-KLM (paragrafu 18 tad-deċiżjoni kkontestata, ara l-punt 2 iktar ’il fuq), mill-banda l-oħra, hija ma tinkludi l-ebda informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-azzjonisti taż-żewġ sussidjarji tagħha, Air France u KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Meta ġew mistoqsija dwar dan il-punt matul is-seduta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u KLM indikaw, fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-azzjonisti ta’ KLM, li 49 % tal-kapital ta’ din il-kumpannija kien miżmum mill-kumpannija holding Air France-KLM, 5.9 % mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, 44.8 % minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>żewġ fondazzjonijiet Olandiżi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, u l-bqija kienet miżmuma minn azzjonisti oħra. F’dan ir-rigward, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u KLM iddikjaraw li l-kumpannija holding Air France-KLM kellha l-hekk imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>proprjetà ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ta’ KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-azzjonisti ta’ Air France, ir-Repubblika Franċiża indikat, waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija li saritilha mill-Qorti Ġenerali, li l-kumpannija holding Air France-KLM kienet l-unika azzjonista tal-kumpannija Air France.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn din l-informazzjoni, miksuba biss waqt is-seduta, u minkejja li l-Qorti Ġenerali ma hijiex f’pożizzjoni li tivverifika l-eżattezza u l-kompletezza tagħha u li tifhem kompletament l-istruttura kapitalistika tal-grupp Air France-KLM, jirriżulta li, minn naħa, 100 % tal-kapital ta’ Air France huwa miżmum mill-kumpannija holding Air France-KLM u, min-naħa l-oħra, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>proprjetà ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ta’ KLM tappartjeni lill-kumpannija holding Air France-KLM, li hija, barra minn hekk, l-ikbar azzjonista tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ma fiha l-ebda informazzjoni dwar ir-rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi bejn il-kumpannija holding Air France-KLM u s-sussidjarji tagħha Air France u KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Meta ġiet mistoqsija f’dan ir-rigward waqt is-seduta, KLM spjegat li l-kumpannija holding Air France-KLM kienet twettaq, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, funzjonijiet intiżi sabiex tikseb finanzjament fis-swieq globali, permezz tas-self jew bil-ħruġ ta’ bonds, sabiex tamministra l-bejgħ u d-dħul komuni ġġenerat, pereżempju, mill-bejgħ ta’ biljetti tal-ajru u sabiex tiżgura l-provvista ta’ ċerti servizzi użati komunement, kif ukoll relazzjonijiet mal-investituri. Jidher għalhekk li l-kumpannija holding teżerċita attivitajiet ta’ ċerta importanza għall-benefiċċju tal-grupp Air France-KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, fl-assenza ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali ma għandha l-ebda bażi verifikabbli u kompleta li tippermettilha tifhem liema huma l-funzjonijiet rispettivi tal-kumpanniji msemmija iktar ’il fuq tal-grupp, ir-rabtiet statutorji li jgħaqqduhom u, b’mod partikolari, jekk il-kumpannija holding Air France-KLM teżerċitax funzjonijiet ta’ tmexxija, ta’ kontroll, ta’ impetu u ta’ għajnuna finanzjarja fir-rigward tas-sussidjarji tagħha Air France u KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata turi li l-kumpannija holding Air France-KLM kienet involuta fl-għoti u fl-amministrazzjoni tal-għajnuna li hija s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-paragrafu 12 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Gvern Olandiż u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>id-diversi partijiet ikkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kellhom jikkonkludu diversi kuntratti għall-finijiet tal-għoti tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. B’mod partikolari, l-Istat Olandiż, KLM u l-kumpannija holding Air France-KLM kellhom jikkonkludu kuntratt qafas (framework agreement), li jirregola l-kundizzjonijiet ġenerali tal-għoti tal-għajnuna lil KLM. Id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi<?PAGE NO="11"?> l-ebda element ieħor dwar il-kontenut ta’ dan il-kuntratt. Madankollu minn dan jista’ jiġi dedott li, bħala firmatarja tal-imsemmi kuntratt, il-kumpannija holding Air France-KLM assumiet ċerti drittijiet u obbligi kuntrattwali fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Bl-istess mod, diversi elementi li jinsabu fid-Deċiżjoni Air France jindikaw li l-kumpannija holding Air France-KLM assumiet obbligi u drittijiet kuntrattwali fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna li hija s-suġġett tal-imsemmija deċiżjoni. Għalhekk, bħala eżempju, skont il-paragrafu 15 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>il-grupp Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u l-grupp tal-banek ikkonċernati kellhom jikkonkludu ftehim dwar il-garanzija mill-Istat, qabel l-għoti inizjali tagħha, li jippreċiża l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-mobilizzazzjoni tal-imsemmija garanzija. Skont il-paragrafu 16 ta’ din id-deċiżjoni, is-self minn azzjonisti kellu jkun ukoll is-suġġett ta’ kuntratt ta’ self konkluż bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>il-grupp Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u l-Agence des participations de l’État (l-Aġenzija Responsabbli mill-Ishma tal-Gvern, Franza) li tamministra l-ishma finanzjarji tal-Istat azzjonist. B’hekk, il-finanzjamenti inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ser jiġu kkuntrattwalizzati ma’ Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, filwaqt li l-prodott ta’ dawn il-finanzjamenti ser jiġi, skont il-paragrafu 21 tad-Deċiżjoni Air France, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpannija Air France permezz ta’ kontijiet kurrenti mera stabbiliti bejn il-kumpannija holding Air France-KLM u s-sussidjarja tagħha Air France<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. B’hekk jidher li l-kuntratti li jikkonċernaw il-finanzjamenti inkwistjoni ser jiġu konklużi mal-kumpannija holding Air France-KLM, u mhux mal-kumpannija Air France. Barra minn hekk, jidher li dawn il-finanzjamenti ser jitħallsu l-ewwel fil-kontijiet tal-kumpannija holding Air France-KLM, qabel ma jiġu ttrasferiti, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>permezz ta’ kontijiet kurrenti mera<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li n-natura u l-funzjonament tagħhom ma humiex madankollu speċifikati, lis-sussidjarja Air France. Barra minn hekk, mill-paragrafi 26 u 31 tad-Deċiżjoni Air France jirriżulta li t-tul tas-self iggarantit mill-Istat kif ukoll dak tal-garanzija mill-Istat jistgħu jiġu estiżi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>fuq talba tal-grupp Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Fir-rigward tas-self minn azzjonist, dan jingħata, skont il-paragrafu 44 tal-istess deċiżjoni, bla ħsara għall-impenji <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>li ser jiġu sottoskritti mill-grupp Air France-KLM<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-elementi deskritti fil-punti 59 u 60 iktar ’il fuq jirriżulta li l-kumpannija holding Air France-KLM kienet involuta fl-għoti kemm tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni kif ukoll ta’ dik li kienet is-suġġett tad-Deċiżjoni Air France.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, fl-assenza ta’ elementi konkreti oħra f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni kkontestata, huwa impossibbli għall-Qorti Ġenerali li tifhem ir-rwoli, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi, fl-għoti tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni, tal-kumpannija holding Air France-KLM u tas-sussidjarji tagħha, jiġifieri KLM, minn naħa, u Air France, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kummissjoni spjegat li l-għajnuna preċedentement mogħtija lil Air France ma tistax tkun ta’ benefiċċju lil KLM minħabba l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>istruttura kuntrattwali tat-tranżazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Barra minn hekk, hija indikat li ċerti kuntratti fost dawk imsemmija fil-punt 60 iktar ’il fuq jinkludu klawżoli speċifiċi li jipprevedu li l-finanzjament ikkonċernat ser ikun ta’ benefiċċju biss għall-kumpannija Air France u li jeskludu li dan il-finanzjament jista’ jintuża għall-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ KLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Mill-banda l-oħra, meta ġiet mistoqsija f’dan ir-rigward waqt is-seduta, ir-Repubblika Franċiża indikat li l-kuntratti msemmija fid-Deċiżjoni Air France ma fihomx klawżoli speċifiċi intiżi li jeskludu li l-finanzjamenti kkonċernati jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-bżonnijiet tal-grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Dawn l-iskambji għalhekk huma xhieda tal-insuffiċjenza u tan-natura frammentarja tal-informazzjoni li għandha l-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix, bi kwalunkwe mod, il-kontenut tal-obbligi u tad-drittijiet kuntrattwali li għandhom rispettivament<?PAGE NO="12"?> il-kumpannija holding Air France-KLM, KLM u Air France, u wisq inqas l-eżistenza possibbli ta’ kwalunkwe mekkaniżmu, ta’ natura kuntrattwali jew le, li jipprekludi li l-għajnuna mogħtija lil Air France permezz tal-kumpannija holding Air France-KLM tibbenefika, bl-intervent tal-kumpannija holding stess, lil KLM u viċe versa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata skont l-elementi ta’ informazzjoni li r-rikorrent ikollu fil-mument tal-preżentata tar-rikors tiegħu. Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li l-motivazzjoni ma tistax tkun espressa għall-ewwel darba u <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> quddiem il-qorti, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Rousse Industry vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:175">EU:C:2014:175</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara, wkoll, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑461/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:494">EU:T:2011:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, l-ispjegazzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni waqt is-seduta ma jistgħux jikkompletaw il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża u huma, għaldaqstant, inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija preċedentement lil Air France, permezz tal-kumpannija holding Air France-KLM, fl-ebda każ ma setgħet tintuża għall-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ KLM, skont il-każ permezz tal-kumpannija holding Air France-KLM, mingħajr ma tesponi b’mod ċar u inekwivoku l-evalwazzjoni tagħha skont l-elementi kollha mfakkra fil-punti 52 sa 60 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tistax, f’dan ir-rigward, tislet argument mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>British Airways <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑371/94 u T‑394/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:140">EU:T:1998:140</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-Kummissjoni kienet imponiet kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni intiżi sabiex jipprevjenu li parti mill-għajnuna mogħtija lil Air France tiġi ttrasferita, direttament jew indirettament, lil kumpannija oħra tal-istess grupp. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti 313 u 314 ta’ din is-sentenza, li l-imsemmija kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni kienu jikkostitwixxu mezz suffiċjenti u xieraq sabiex jiġi ggarantit li Air France kienet l-unika benefiċjarja tal-għajnuna. Mill-banda l-oħra, f’din il-kawża, tali kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jidhru li huma nieqsa u d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi l-ebda informazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ċertament, ġie deċiż li l-Kummissjoni kellha setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tiddetermina jekk kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp kellhomx jitqiesu bħala unità ekonomika jew inkella bħala ġuridikament u finanzjarjament awtonomi għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna mill-Istat. Dan il-poter ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni jimplika t-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi u tal-evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ ċirkustanzi ekonomiċi kumplessi. Peress li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tissotitwixxi l-evalwazzjoni tal-fatti tagħha, b’mod partikolari fuq il-livell ekonomiku, b’dik tal-awtur tad-deċiżjoni, l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali għandu, f’dan ir-rigward, ikun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kif ukoll tal-assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ użu ħażin tal-poter (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>AceaElectrabel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑303/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:312">EU:T:2009:312</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, il-qorti tal-Unjoni għandha b’mod partikolari tivverifika mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi invokati, l-affidabbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha tistħarreġ ukoll jekk dawn il-provi jikkostitwixxux l-informazzjoni kollha rilevanti li għandha<?PAGE NO="13"?> tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk dawn il-provi humiex tali li jissostanzjaw il-konklużjonijiet li jirriżultaw minnhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑114/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:753">EU:C:2018:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-punti 43 sa 65 iktar ’il fuq jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata ma tesponix b’mod suffiċjentement ċar u preċiż il-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi f’dan ir-rigward. Dan l-obbligu japplika iktar u iktar f’każ, bħal dak inkwistjoni, ikkaratterizzat mill-għoti parallel ta’ żewġ għajnuniet mill-Istat lil żewġ sussidjarji tal-istess kumpannija holding, li hija, barra minn hekk, involuta fl-għoti u fl-amministrazzjoni tal-imsemmija għajnuniet u assumiet drittijiet u obbligi kuntrattwali fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi llimitat ruħha li tikkonstata li, minn naħa, KLM kienet il-benefiċjarja tal-miżura ta’ għajnuna li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata u li, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Olandiżi kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kkonfermaw<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li l-finanzjament mogħti lil KLM ma kienx ser jintuża minn Air France, minkejja li dawn iż-żewġ kumpanniji kienu jagħmlu parti mill-istess grupp u li ċerti elementi li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata u fid-Deċiżjoni Air France wrew li l-kumpannija holding Air France-KLM kellha ċertu rwol fl-għoti u fl-amministrazzjoni ta’ din l-għajnuna (punti 58 sa 65 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni naqset milli timmotiva, b’mod suffiċjenti fid-dritt, id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, hemm lok li tintlaqa’ l-ewwel parti tal-ħames motiv, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-partijiet l-oħra ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-Artikolu 107(3)(b) TFUE jeżiġi mhux biss li l-Istat Membru kkonċernat ikun effettivament ikkonfrontat b’disturb serju tal-ekonomija tiegħu iżda wkoll li l-miżuri ta’ għajnuna adottati sabiex jiġi rrimedjat dan id-disturb ikunu, minn naħa, neċessarji għal dan l-għan u, min-naħa l-oħra, xierqa u proporzjonati sabiex jintlaħaq dan l-għan. Dan l-istess rekwiżit jirriżulta wkoll mill-paragrafu 19 tal-Linji Gwida Temporanji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u b’mod iktar partikolari, kif issostni r-rikorrenti, konformement mal-punt (i) tal-paragrafu 25(d) tal-Linji Gwida Temporanji, l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji pubbliċi ġodda fuq is-self hija kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, sa fejn, għas-self li jiskadi wara l‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx id-doppju tal-kont annwali tal-pagi tal-benefiċjarju għall‑2019 jew għall-aħħar sena disponibbli. L-istess limitu japplika għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ sussidji għal self pubbliku, konformement mal-punt (i) tal-paragrafu 27(d) tal-imsemmija linji gwida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’hekk, l-eżami tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-għajnuna, b’mod ġenerali, u tal-osservanza tal-limiti ċċitati iktar ’il fuq, b’mod partikolari, jippreżumi li jkunu stabbiliti minn qabel l-ammont tal-għajnuna, il-benefiċjarju tagħha u l-assenza ta’ riskju ta’ finanzjament trażversali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni, bejn il-kumpannija holding Air France-KLM, KLM u Air France. Issa, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li biha hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward tipprekludi lill-Qorti Ġenerali milli tistħarreġ jekk il-Kummissjoni qisitx ġustament li ma kienx hemm diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni li biha hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata twassal għall-annullament tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li d-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra invokati mir-rikorrenti u mingħajr ma hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura msemmija fil-punt 14 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq iż-żamma fis-seħħ tal-effetti tad-deciżjoni annullata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, meta kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ ċertezza legali jiġġustifikaw dan, il-qorti tal-Unjoni tibbenefika, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, minn setgħa diskrezzjonali sabiex tindika, f’kull każ partikolari, l-effetti tal-att ikkonċernat li għandhom jitqiesu bħala definittivi (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, jekk tqis li huwa neċessarju, il-qorti tal-Unjoni tista’, anki <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, tillimita l-effett tal-annullament tas-sentenza tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament u Id‑Danimarka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/06 u C‑295/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:176">EU:C:2008:176</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Konformement ma’ din il-ġurisprudenza, il-qorti tal-Unjoni għamlet użu mill-possibbiltà li tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-effetti tal-konstatazzjoni tal-invalidità ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni meta kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ ċertezza legali li jirrigwardaw l-interessi kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li huma involuti fil-kawżi kkonċernati kienu jipprekludu l-kontestazzjoni tal-ġbir jew tal-ħlas ta’ somom ta’ flus li saru abbażi ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-perijodu preċedenti għad-data tas-sentenza (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li jeżistu kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ ċertezza legali li jiġġustifikaw il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, minn naħa, il-kontestazzjoni immedjata tal-ġbir tas-somom ta’ flus previsti mill-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni jkollha konsegwenzi partikolarment dannużi għall-ekonomija u għas-servizz tal-ajru tal-Pajjiżi l-Baxxi f’kuntest ekonomiku u soċjali diġà kkaratterizzat mid-disturb serju tal-ekonomija ta’ dan l-Istat Membru minħabba l-effetti avversi tal-pandemija tal-COVID‑19. Min-naħa l-oħra, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta mill-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 266 TFUE, il-Kummissjoni, li l-att tagħha ġie annullat, hija obbligata tieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għal dawn il-motivi, l-effetti tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu sospiżi sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-ħeffa li biha aġixxiet il-Kummissjoni wara l-prenotifika u n-notifika tal-miżura inkwistjoni, l-imsemmija effetti ser jinżammu sospiżi għal perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta din id-deċiżjoni ġdida fil-kuntest tal-Artikolu 108(3) TFUE u għal perijodu addizzjonali raġonevoli jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet il-kawża, hija għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Skont l-Artiklu 138(3) tal-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li intervenjent, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi deċiż li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża u KLM għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Għaxar Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4871 final tat‑<DATE ISO="20200713">13 ta’ Lulju 2020</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID‑19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-effetti tal-annullament tal-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu sospiżi sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill‑Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 108 TFUE. L-imsemmija effetti għandhom jinżammu sospiżi għal perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta din id-deċiżjoni ġdida fil-kuntest tal-Artikolu 108(3) TFUE u għal perijodu addizzjonali raġonevoli jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk ta’ Ryanair DAC.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża u Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kowalik-Bańczyk</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Hesse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Stancu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid‑<DATE ISO="20210519">19 ta’ Mejju 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>