|
23.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/187 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/666
tat-22 ta’ April 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 923/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru bi bdot abbord li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-U-space
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 44 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (2) jistabbilixxi r-regoli komuni tal-ajru u d-dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru applikabbli għat-traffiku tal-ajru ġenerali. |
|
(2) |
Sabiex l-inġenji tal-ajru bi bdot abbord li ma jkollhomx servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jkunu jistgħu joperaw b’mod sikur flimkien ma’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru tal-U-space, huwa importanti li l-pożizzjoni tal-inġenji tal-ajru bi bdot abbord tiġi kkomunikata lill-fornituri tas-servizzi tal-U-space. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi l-inġenji tal-ajru bi bdot abbord ikunu kospikwi elettronikament, billi jissinjalaw il-preżenza tagħhom b’mod effettiv permezz tat-teknoloġiji ta’ sorveljanza. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jenħtieġ li jinkludi tali rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru bi bdot abbord li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-U-space. |
|
(4) |
Tali rekwiżiti ġodda jenħtieġ li jtejbu s-sikurezza billi jsaħħu l-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju tal-ajru tal-U-space. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati affettwati jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw il-proċeduri tagħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid. |
|
(6) |
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea pproponiet miżuri fl-Opinjoni Nru 1/2020 (3) tagħha f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 923/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punti (146) u (147) li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 2:
|
|
(2) |
il-punt SERA.6005 fit-Taqsima 6 tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej: “ SERA.6005 Rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet, għat-transponder SSR u għall-kospikwità elettronika fl-ispazju tal-ajru tal-U-space
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1.
(3) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions