|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1147 |
14.2.2025 |
Komunikazzjoni tal-Ministru għall-Politika dwar il-Klima u t-Tkabbir Ekoloġiku tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi
(C/2025/1147)
Il-Ministru għall-Politika dwar il-Klima u t-Tkabbir Ekoloġiku b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka F9, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouwregeling). Il-blokka F9 tkopri żona ta’ 400 km2.
B’referenza għad-Direttiva msemmija fil-preambolu u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet), il-Ministru għall-Politika dwar il-Klima u t-Tkabbir Ekoloġiku b’dan qed jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka F9 tal-blata kontinentali tan-Netherlands.
Il-Ministru għall-Politika dwar il-Klima u t-Tkabbir Ekoloġiku huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu matul it-13-il ġimgħa wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jintbagħtu lil:
Email: mijnbouwvergunningen@minezk.nl
|
The Minister for Climate and Green Growth |
|
attn: Directorate for the Transition in the Use of Deep Underground Resources |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
P.O. Box 20401, |
|
2500 EK The Hague |
|
The Netherlands |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.
Fil-prinċipju, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jkun skada dan il-perjodu.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel lill-uffiċċju MABEL fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703796970
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1147/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)