Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiddikkjara inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża għal eżami mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tagħha C (2009) 2560 finali, tas‑7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill‑obbligi tiegħu fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u, min-naħa l-oħra, għal miżuri provviżorji li jġiegħlu lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi josserva l-obbligi tiegħu mill-iktar fis.
Dispożittiv
1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2) L-ispejjeż huma rriżervati.