|
1.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1362
tat-30 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 rigward il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2), stabbilixxa lista ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra b’riskju għoli. |
|
(2) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, jekk, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, jiġi konkluż li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn pajjiż terz, minn grupp ta’ pajjiżi terzi jew minn żona speċifika tal-pajjiż terz ikkonċernat fih riskju inaċċettabbli ta’ pesti, iżda li dak ir-riskju jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli jekk jitwettqu ċerti miżuri, il-Kummissjoni trid tħassar dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor mil-lista stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u żżidhom mal-lista msemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (3) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tħassru mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
|
(4) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jinkludi pjanti tal-ġeneru Acer L. bħala pjanti b’riskju għoli. |
|
(5) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2019, New Zealand resqet talba biex tesporta lejn l-Unjoni pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin jew imlaqqmin b’għajn, tal-ispeċijiet Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, (“il-pjanti speċifikati”). Dik it-talba kienet sostnuta bid-dossier tekniku rispettiv. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Mejju 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti tal-Acer spp. minn New Zealand (4). L-Awtorità identifikat il-pesti Eotetranychus sexmaculatus, Meloidogyne fallax, Oemona hirta u Platypus apicalis (“il-pesti speċifikati”) bħala rilevanti għall-pjanti speċifikati, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għal dawk il-pesti li hemm deskritti fid-dossier, u stmat il-probabbiltà ta’ ħelsien minn kull pest li hu rilevanti għal dik il-komodità. |
|
(7) |
Wara li nħarġet dik l-opinjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 (5) [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huwa ġentilment mitlub idaħħal referenza definittiva għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja u ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer li joriġinaw minn New Zealand] ħassar il-pjanti speċifikati mil-lista ta’ pjanti ta’ riskju għoli stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
|
(8) |
Barra minn hekk, u abbażi ta’ dik l-opinjoni, il-miżuri meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-pesti speċifikati jistgħu jiġu adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni, biex tkun żgurata l-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni. |
|
(9) |
Fil-każ ta’ Oemona hirta u Platypus apicalis, il-miżuri deskritti minn New Zealand fid-dossier huma meqjusa biżżejjed biex inaqqsu r-riskju mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati għal livell aċċettabbli. Għaldaqstant, il-miżuri għal dawk iż-żewġ pesti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq dawk deskritti minn New Zealand fid-dossier. |
|
(10) |
Fil-każ tal-Meloidogyne fallax, il-miżuri deskritti minn New Zealand fid-dossier huma konsistenti mar-rekwiżiti eżistenti stabbiliti fil-punt 10 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (6) għan-nematodi, dwar is-siġar u l-arbuxxelli maħsubin għat-tħawwil. |
|
(11) |
Fil-każ tal-Eotetranychus sexmaculatus, huwa meqjus li t-twettiq tal-miżuri li tipproponi New Zealand fid-dossier waħedhom ma jnaqqasx ir-riskju mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati għal livell aċċettabbli, billi, skont l-opinjoni tal-Awtorità jibqa’ jkun hemm xi inċertezzi. Ir-riskju mill-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli jekk jiġu indirizzati l-inċertezzi mhux identifikati billi jitwettqu miżuri addizzjonali rigward id-dikjarazzjonijiet uffiċjali u ċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti. Għalhekk, il-miżuri li applikat New Zealand fid-dossier dwar l-Eotetranychus sexmaculatus jenħtieġ li jiġu kkomplementati b’dawk il-miżuri li jindirizzaw l-inċertezzi. |
|
(12) |
L-Oemona hirta u l-Meloidogyne fallax huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Eotetranychus sexmaculatus u l-Platypus apicalis għad ma ddaħħlux fil-lista tal-Unjoni tal-pesti ta’ kwarantina li tinstab fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, iżda għandhom mnejn jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu fil-lista wara li ssir valutazzjoni tar-riskju sħiħa oħra. Jekk jiġi stabbilit, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju sħiħa ta’ dawk il-pesti, li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, jiddaħħlu fil-lista li hemm fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, u l-pjanti rilevanti jiġu elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament, flimkien mal-miżuri rispettivi. Imbagħad jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2072 jiġi rieżaminat skont il-każ. |
|
(13) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (7), l-importazzjoni tal-pjanti speċifikati għandha tkompli fl-iqsar żmien possibbli. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2020. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Acer spp. plants from New Zealand. EFSA Journal 2020; 18(5): 6105. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6105
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1361 tat-30 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 rigward ċerti pjanti tal-Malus domestica għat-tħawwil li joriġinaw mis-Serbja, u ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(7) Il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Applikazzjoni ta’ Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-Ftehim SPS), https://www.wto.org/english/tratop_e/sps_e/spsagr_e.htm
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Pajjiżi terzi ta’ oriġini |
Miżuri |
||||||||||||||||||||||
|
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50 |
New Zealand |
|
||||||||||||||||||||||
|
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50 |
New Zealand |
|