European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1047

12.2.2025

Avviż dwar talba li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Sospensjoni u tmiem tas-sospensjoni tal-perjodu għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni

(C/2025/1047)

Fl-24 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien il-25 ta’ Lulju 2024 u l-perjodu inizjali disponibbli għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar din it-talba kien ta’ 105 ijiem tax-xogħol.

Din it-talba tal-awtoritajiet Belġjani f’isem Luminus, Norther u Ørsted, tikkonċerna attivitajiet relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Belġju. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat ĠU C, C2024/5169 fid-19 ta’ Awwissu 2024. L-ewwel skadenza kienet l-20 ta’ Diċembru 2024.

Skont l-Anness IV, il-paragrafu 2, tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru jew lill-entità kontraenti kkonċernata, lill-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti jew lil kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew biex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu taż-żmien xieraq. Fit-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni talbet lill-Belġju jipprovdi informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2024. L-informazzjoni sħiħa u korretta waslet fis-27 ta’ Jannar 2025.

Għaldaqstant, l-iskadenza finali hija s-6 ta’ Marzu 2025.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE ( ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1047/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)