18.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10287 — Proximus/Besix/SL/i.Leco)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 332/05)

1.   

Fil-11 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Proximus NV (“Proximus”, il-Belġju),

—

N.V. Besix S.A. (“Besix”, il-Belġju), li tappartjeni għall-Besix Group (il-Belġju),

—

Stefan Lodeweyckx (“SL”, il-Belġju),

—

i.Leco NV (joint venture, “JV” jew “i.Leco”, il-Belġju).

Proximus, Besix u SL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ i.Leco. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u żieda sussegwenti fil-kapital.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Proximus: servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika fissa u mobbli għall-klijenti residenzjali u kummerċjali fil-Belġju,

—

Besix: servizzi ta’ kostruzzjoni, inklużi xogħlijiet ta’ bini, xogħlijiet marittimi, infrastruttura, xogħlijiet ambjentali, faċilitajiet sportivi u ta’ divertiment kif ukoll xogħlijiet ta’ bini industrijali,

—

SL: individwu privat, Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO) attwali ta’ i.LECO, u

—

i.Leco: l-iżvilupp u l-forniment ta’ software u l-bini ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-enerġija għall-industrija tas-soluzzjonijiet tal-bini intelliġenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10287 — Proximus/Besix/SL/i.Leco

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.