|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2756 |
24.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2756
tal-24 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Settembru 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bir-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-KSNU, żied żewġ persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, fil-“Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1), u tal-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(1) u 3(1)”, taħt “PERSUNI”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
“6. |
Prophane VICTOR. Elenkat skont il-paragrafu 15 tar- Riżoluzzjoni tal-KSNU Nru 2653 (2022) għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 3, 6, u 11, kif elaborat aktar mill-paragrafi 16(a) u 16(b) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni.Funzjoni: Eks membru tal-Parlament ta’ Haiti, involut fit-traffikar tal-armi u l-użu tal-vjolenza biex jassigura gwadann politiku.Data tat-twelid: -Post tat-twelid: -Nazzjonalità: HaitjanData tad-deżinjazzjoni tan-NU: 27 ta’ Settembru 2024 Sess: raġelInformazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:Prophane Victor ilu involut f’attivitajiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà ta’ Haiti, kif ukoll tar-reġjun kollu. B’mod partikolari, ilu jappoġġa u jarma gruppi kriminali, jittraffika l-armi, jiddevja d-dħul tal-gvern, u juża l-vjolenza biex jassigura l-gwadanji politiċi u finanzjarji tiegħu.Prophane Victor serva fl-aktar Assemblea Nazzjonali reċenti (2016-2020), fejn kien Membru tal-Parlament (deputé) għal Petite Riviere, id-dipartiment Artibonite, żona b’livelli dejjem jiżdiedu ta’ vjolenza u ta’ kontroll mill-gruppi kriminali. Biex jassigura li jiġi elett bħala deputé fl-2016 u bies jassigura l-kontroll tiegħu fuq iż-żona, Prophane Victor beda jarma rġiel żgħażagħ f’Petite Riviere li komplew jiffurmaw il-grupp kriminali Gran Grif, li bħalissa huwa l-awtur ewlieni ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali, fid-dipartiment Artibonite (ara S/2023/674, il-paragrafu 75). M’għadux Membru tal-Parlament u ma hu qed iservi fl-ebda pożizzjoni politika.Minbarra li jassigura l-pożizzjoni politika tiegħu permezz tal-użu ta’ gruppi kriminali, Victor huwa eks uffiċjal doganali għoli u negozjant li għandu kontroll fuq partijiet tad-dipartiment doganali, biex b’hekk jista’ jibni l-ġid u jinvolvi ruħu b’impunità f’firxa ta’ attivitajiet kriminali. Skont rappurtar minn Jannar 2023, Victor hedded lil uffiċjali doganali fil-ħidma tagħhom.Victor kompla jappoġġa l-grupp kriminali Gran Grif sal-2020 u minn dak iż-żmien ’l hawn appoġġa gruppi kriminali rivali f’dik iż-żona (ara S/2023/674, il-paragrafu 75). |
|
7. |
Luckson ELAN. Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU Nru 2653 (2022) għall-miżuri elenkati fil-paragrafi 3, 6, u 11, kif elaborat aktar mill-paragrafi 16(a) 16(b), 16(d), 16(e), u 16(f) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni.Funzjoni: Mexxej tal-grupp kriminali Gran GrifData tat-twelid: 6 ta’ Jannar 1988 Post tat-twelid: -Nazzjonalità: HaitjanData tad-deżinjazzjoni tan-NU: 27 ta’ Settembru 2024 Sess: raġelInformazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:Luckson Elan, mexxej tal-grupp kriminali Gran Grif, ilu involut f’attivitajiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà ta’ Haiti, kif ukoll ir-reġjun kollu. Il-grupp kriminali tiegħu huwa l-akbar wieħed u l-aktar wieħed b’saħħtu fid-Dipartiment Artibonite u espanda l-kontroll territorjali tiegħu, bi twettiq ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u traffikar ta’ armi u munizzjon.Fit-8 ta’ Frar 2023, membri tal-Koalizzjoni tal-grupp ta’ awtodifiża ta’ Jean Denis interċettaw vettura ġejja minn Port-au-Prince li kienet qed iġġorr diversi kaxxi ta’ armi u munizzjon destinati għall-grupp kriminali Gran Grif (ara r-rapport tal-OHCHR, ‘Criminal Violence Extends beyond Port-au-Prince,’ Novembru 2023).Taħt it-tmexxija ta’ Elan, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u reati kriminali oħra mwettqa mill-grupp kriminali jinkludu qtil ekstraġudizzjarju, stupru, reklutaġġ ta’ tfal, serq, qerda ta’ proprjetà, ħtif ta’ persuni, u ħtif illegali ta’ trakkijiet. Pereżempju, fit-30 ta’ Novembru 2023, Luckson Elan qatel mara talli rrifjutat li jkollha relazzjonijiet sesswali miegħu. F’April 2024, Gran Grif wettaq attakki fuq il-ġudikatura billi qatel żewġ avukati.Bejn Ottubru 2023 u Jannar 2024, Gran Grif wettaq disa’ ħtif tal-massa, li involvew 157 persuna. Gran Grif wettaq ukoll uħud mill-ogħla livelli ta’ reklutaġġ ta’ tfal f’Haiti.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2756/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)