|
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
150 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2005/11/KE
tas-16 ta' Frar 2005
li temenda, sabiex tiġi adattata għall-progress tekniku, d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE konnessa mat-tajers għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u għat-twaħħil tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 konnessa mat-tajers għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u għat-twaħħil tagħhom (2), b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/23/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura tat-tip ta’ l-approvazzjoni tal-KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; |
|
(2) |
Id-Direttiva 92/23/KEE kif emendata mid-Direttiva 2001/43/KE tagħti l-possibilità lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip sabiex jaċċettaw lil-laboratorji tat-tajers tal-manifatturi bħala laboratorji għall-ittestjar approvati sal-31 ta’ Diċembru 2005. L-esperjenza fejn tidħol din id-dispożizzjoni kienet pożittiva ħafna u għalhekk għandha titkompla l-possibilta u dak it-terminu għandu jitneħħa; |
|
(3) |
Progress tekniku fis-settur tal-produzzjoni tat-tajers huwa mgħaġġel ħafna. Minħabba talba kbira mill-konsumaturi u mill-industrija tal-karozzi, iċ-ċikli ta' produzzjoni tat-tajers saru aktar mgħaġġla filwaqt li l-varjetà tat-tipi ta' tajers qiegħda tiżdied b’mod kostanti. Din is-sitwazzjoni hija mistennija li ssir aktar kritika fil-ġejjieni meta huwa magħruf li jinħtieġu installazzjonijiet għall-ittestjar li jiswew ħafna flus jew li huma uniċi. Sabiex ikunu jistgħu jinġibu l-prodotti li għadhom kemm ġew żviluppati fis-suq mingħajr dewmien, huwa indispensabbli numru suffiċjenti ta’ faċilitajiet għall-ittestjar, li jistgħu jintużaw b’mod flessibbli; |
|
(4) |
B’konformità ma’ l-iżvilupp ta’ tajers superjuri minħabba progress tekniku, il-proċeduri ta' ttestjar jeħtieġu li jkunu aktar sofistikati. Bħalissa ma’ hemm l-ebda kapaċità ta’ ttestjar barra dik tal-manifatturi tat-tajers li jista’ jirnexxilha tlaħħaq man-numru kbir ta’ testijiet meħtieġa; |
|
(5) |
Għalhekk id-Direttiva 92/23/KEE għandha tiġi emendata kif isegwi hawn taħt; |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I, il-paragrafu 1.3 tad-Direttiva 92/23/KEE għandu jiġi sostiwit b’li ġej:
|
“1.3. |
L-awtorità ta’ approvazzjoni tista’ taċċetta l-laboratorji tal-manifatturi tat-tajers bħala laboratorji approvati għall-ittestjar skond l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 70/156/KEE.” |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri se jaddottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet ewlenin u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-disposixxjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din it-tip ta’ riferenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir- referenza għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-proviżjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar is-16 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/104/KE (ĠU L 337, 13.11.2004, p. 13).
(2) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 4.8.2001, p. 25).