|
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/14 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/782
tat-12 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2018/761 u (UE) 2018/762 fir-rigward tad-dati ta’ applikazzjoni tagħhom wara l-estensjoni tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6a flimkien mal-Artikolu 27a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-iskadenza għad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) u lill-Kummissjoni li beħsiebhom jestendu l-perjodu tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/798 skont l-Artikolu 33(2a) ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 (3) u (UE) 2018/762 (4) tiġi posposta sal-31 ta’ Ottubru 2020. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2018/761 u (UE) 2018/762 jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2019.
Madankollu, l-Artikolu 5(2) u l-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw mis-16 ta’ Ġunju 2020 fir-rigward tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dawk li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li estendew ulterjorment dak il-perjodu tat-traspożizzjoni.
L-Artikolu 5(2) u l-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw mill-31 ta’ Ottubru 2020 fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li estendew ulterjorment il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva.”.
Artikolu 2
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/762 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Tħassir Ir-Regolamenti (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 huma mħassra b’effett mill-31 ta’ Ottubru 2025.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 6, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020 fir-rigward tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dawk li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li estendew ulterjorment dak il-perjodu tat-traspożizzjoni. Għandu japplika fl-Istati Membri kollha mill-31 ta’ Ottubru 2020.”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.
(2) Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta’ Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 16).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta’ sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).