European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5765

25.9.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11620 — AXPO ITALIA / Canarbino / ALG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5765)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Axpo Italia S.p.A. (“Axpo Italia”, Italy), kkontrollata minn Axpo International SA (il-Lussemburgu),

—

Canarbino S.p.A. (“Canarbino”, Italja), kkontrollata minn Luna Verde S.r.l (Italja),

—

Alleanza Luce & Gas S.p.A. (“ALG”, Italja), kkontrollata minn Coop Alleanza 3.0 Società Cooperativa (Italja).

Axpo Italia u Canarbino se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ALG kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Axpo Italia hija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku u l-gass, il-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u l-gass, u l-bejgħ ta’ prodotti tal-enerġija u d-derivattivi tagħhom kif ukoll ċertifikati ambjentali fl-Italja,

—

Canarbino hija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku u tal-gass naturali, fil-provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali, u fil-provvista ta’ servizzi għall-effiċjenza enerġetika fl-Italja,

—

ALG hija attiva fid-distribuzzjoni tal-elettriku u l-gass lid-djar fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jeħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11620 — AXPO ITALIA / CANARBINO / ALG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5765/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)