|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 94/2009
tat-8 ta’ Lulju 2009
li temenda l-Protokoll 31, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 (2). |
|
(3) |
Il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-Programmi tal-GNSS Ewropej (EGNOS u Galileo) fuq il-bażi tal-Ftehim hu ta’ interess reċiproku għall-Partijiet Kontraenti. |
|
(4) |
Il-Programmi tal-GNSS Ewropej (EGNOS u Galileo) huma ta’ importanza kbira għall-Iżlanda u n-Norveġja, mat-territorji rispettivi tagħhom u ż-żoni ta’ oċeani f’latitudnijiet għolja. |
|
(5) |
L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom interess fis-servizzi kollha tal-Galileo, inklużi fis-Servizzi Pubbliċi Regolati. |
|
(6) |
Il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja, rispettivament, dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata għandhom ikunu kkunsidrati. |
|
(7) |
Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi politiki u arranġamenti operattivi li jirregolaw l-aċċess għas-Servizzi Pubbliċi Regolati u biex jiġu żviluppati miżuri ulterjuri għall-protezzjoni, il-kontroll u l-ġestjoni tal-assi sensittivi, l-informazzjoni u t-teknoloġiji tal-Programmi tal-GNSS Ewropej kontra indħil, l-użu ħażin, l-attentati ostili u l-proliferazzjoni mhux mixtieqa. |
|
(8) |
L-Iżlanda u n-Norveġja jsostnu l-intenzjoni tagħhom biex jadottaw u jinfurzaw b’mod tempestiv skont il-miżuri ta’ ġurisdizzjoni li jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sigurtà u sikurezza bħal dawk applikabbli fl-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
In-Norveġja ħadet sehem fil-fażijiet ta’ definizzjoni u ta’ żvilupp tal-Galileo permezz tal-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju u l-Programm ta’ Qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp. |
|
(10) |
In-Norveġja ħadet sehem bħala osservatur fil-kumitat tal-Programm tal-GNSS sa mill-2008 u fil-Bord tas-Sigurtà tal-Galileo sa mill-2002. |
|
(11) |
Sa mil-Lulju 2008, huma applikabbli l-bidliet fil-governanza, il-finanzjament u s-sjieda tal-programmi tal-GNSS Ewropej. |
|
(12) |
Jekk ikun meħtieġ, il-prinċipji ta’ kooperazzjoni addizzjonali jsta’ jkun hemm ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti biex jirregolaw żoni speċifiċi li mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa lejn l-obbligiazzjonijiet tal-Partijiet Kontranti skont il-liġi internazzjonali. |
|
(14) |
Hu xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex ikun jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (3), kif ikkoreġut mill-ĠU L 6, 11.1.2007, p. 10. |
|
(15) |
Hu xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim biex ikun jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (4). |
|
(16) |
Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (5). |
|
(17) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta' kooperazzjoni tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2009. Madanakollu, minħabba problemi ekomomiċi, il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-GNSS għandha tiġi sospiża temporanjament. |
|
(18) |
Fuq il-bażi tal-parteċipazzjoni kontinwa tan-Norveġja fil-fażijiet tad-definizzjoni u l-iżvilupp ta’ Galileo, u bil-għan li tipparteċipa bis-sħiħ ukoll fil-fażi tat-tħaddim, in-Norveġja ser tikkontribwixxi finanzjarjament għall-impenn tal-UE li kien fil-baġit għall-programmi tal-GNSS għas-sena 2008. |
|
(19) |
Biex il-Ftehim ikun jista’ jitħaddem sew, il-Protokoll 37 għall-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi l-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u l-Kumitat għas-Sigurtà u s-Sikurezza tas-Sistema stabbiliti mill-Bord Amministrattiv skont ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, u l-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dawn il-kumitati, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa b'dan emendat kif ġej:
|
1. |
It-test fil-paragrafu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
2. |
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 8:
|
|
3. |
It-test fil-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Il-valutazzjoni u l-għoti tad-direzzjoni ewlenija ta’attivitajiet fil-programmi ta’ qafas tal-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku msemmija fil-paragrafu 5, 8a, 9 u 10 għandhom jiġu rregolati mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(3) tal-Ftehim.” |
Artikolu 2
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim:
|
“30. |
Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004). |
|
31. |
Il-Kumitat għas-Sigurtà u s-Sikurezza tas-Sistema (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004).” |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 280, 23.10.2008, p. 34.
(2) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 40.
(3) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.
(4) ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18.
(5) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti konstituzzjonali ma huma indikati.