Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2010, DTL vs UASI (T-188/10) - Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria) (T-188/10), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales SL u DTL Corporación SL.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 37 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

2) L-appell huwa miċħud sa fejn jikkonċerna servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 fis-sens tal-imsemmi Ftehim ta’ Nice.

3) DTL Corporación SL hija kkundannata għall-ispejjeż.