|
28.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 59/2014
tal-10 ta’ April 2014
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
1. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
2. |
Ir-Regolament (UE) Nru 389/2013 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011 (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE. |
|
3. |
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (4) ma kinitx inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar previsti f’din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-Istati tal-EFTA. |
|
4. |
Id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (5) ma kinitx inkorporata mal-Ftehim u għalhekk l-obbligi ta’ rapportar kif ukoll il-limiti tal-emissjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni, ma japplikawx għall-Istati tal-EFTA. |
|
5. |
L-Istati tal-EFTA huma inklużi fir-Reġistru tal-Unjoni u fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL). L-Amministratur Ċentrali jwettaq il-kompiti tiegħu fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun l-entità kompetenti li tagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-Amministratur Ċentrali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 għall-Istati tal-EFTA, kif xieraq. |
|
6. |
Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li n-natura speċifika tal-UE ETS u s-sistema standardizzata u sikura tar-reġistri relatata skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li jipprevedu l-istabbiliment ta’ Reġistru tal-Unjoni, jeħtieġu regoli speċjali dwar il-ħżin u l-aċċess tad-dejta rigward ir-Reġistru tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-istandards tal-iskambju tad-dejta għas-sistemi tar-reġistri skont il-Protokoll ta’ Kyoto, u li t-trasferimenti ta’ dawn il-kwoti jkunu kompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto. |
|
7. |
Ir-reġistru tal-Unjoni għandu jirrifletti l-estensjoni tal-UE ETS għall-Istati tal-EFTA. Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (7), il-Kont ta’ Kwantità Totali tal-UE, il-Kont ta’ Kwantità Totali tal-Avjazzjoni tal-UE, il-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-UE, il-Kont ta’ Allokazzjoni tal-UE, il-Kont ta’ Riżerva tal-UE għal Min Jidħol Ġdid, il-Kont ta’ Bejgħ bl-Irkant tal-Avjazzjoni tal-UE u l-Kont ta’ Riżerva Speċjali tal-UE jħaddnu l-kwoti tal-Istati tal-EFTA. |
|
8. |
Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-karattru distintiv tar-Reġistru tal-Unjoni u tal-EUTL kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-operazzjoni sikura u tal-manutenzjoni tas-sistema. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tiggarantixxi s-sospensjoni immedjata tal-aċċess meta jkun meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2013, filwaqt li tqis ir-rwol tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Din is-soluzzjoni hija bla ħsara għall-kwistjonijiet futuri dwar l-istruttura taż-żewġ pilastri stabbilita skont il-Ftehim ŻEE. |
|
9. |
Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li huwa essenzjali għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Parti Kontraenti, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Eurojust kif ukoll awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti, l-amministraturi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, li għandu jingħatalhom id-dritt li jiksbu ċerta dejta maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL f’każijiet definiti, b’mod ċar, jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013. |
|
10. |
Għall-istess raġuni, il-Partijiet Kontraenti, għalkemm ifakkru li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (10) mhix inkorporata fil-Ftehim ŻEE, jirrikonoxxu li l-Europol għandu aċċess permanenti għall-qari tad-dejta maħżuna fir-Reġistru tal-Unjoni u fl-EUTL. |
|
11. |
Madankollu, il-Partijiet Kontraenti jfakkru li l-għoti tad-drittijiet għall-informazzjoni u ta’ aċċess permanenti għall-qari kif previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 huwa mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali kif ukoll l-amministrazzjoni jew l-infurzar tat-taxxa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, u li għalhekk, ir-Regolament ma jagħti l-ebda dritt ieħor lill-istituzzjonijiet imsemmija għajr dawk previsti b’mod espliċitu fl-Artikolu 110 tiegħu. |
|
12. |
Għalhekk, l-Anness XX ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE se jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 21ana (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2011) jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32013 R 0389: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1). Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
|
2. |
It-test tal-punt 21an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010) jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 389/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ April 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1.
(3) ĠU L 315, 29.11.2011, p. 1.
(5) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(6) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(7) ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.
(8) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(9) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(10) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.