2003L0048 — MT — 15.04.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/48/KE

tat-3 ta' Ġunju 2003

dwar tassazzjoni ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx

(ĠU L 157, 26.6.2003, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/66/KE, tal-26. April 2004,

  L 168

35

1.5.2004

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tad-19 ta' Lulju 2004

  L 142M

184

4.8.2004

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/98/KE ta' l-20 ta” Novembru 2006

  L 363

129

20.12.2006

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/48/UE tal-24 ta' Marzu 2014

  L 111

50

15.4.2014


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 148, 8.6.2012, p. 26  (2003/48)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/48/KE

tat-3 ta' Ġunju 2003

dwar tassazzjoni ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, partikolarment l-Artikolu 94 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mil-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 3 ),

Billi:

(1)

L-Artikoli 56 sa' 60 tat-Trattat jiggarantixxu l-moviment ħieles tal-kapital.

(2)

►C1  Dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx minn pretensjonijiet ta' debitu huma introjtu taxxabbli għar-residenti ta' l-Istati Membri kollha.

(3)

Permezz ta' l-Artikolu 58(1) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom id-dritt li japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-liġi tat-taxxa tagħhom li jiddistingwu bejn min iħallas it-taxxa u li mhux fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom jew fir-rigward tal-post fejn hu investit il-kapital tagħhom, u li jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jipprevjenu ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali, b'mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni.

(4)

Skond l-Artikolu 58(3) tat-Trattat, id-disposizzjonijiet tal-liġi tat-taxxa ta' l-Istati Membri għal kontra l-abbuż jew il-frodi m'għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment ħieles tal-kapital u pagamenti kif stabbilit fl-Artikolu 56 tat-Trattat.

(5)

Fin-nuqqas ta' kordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali tat-taxxa għat-tassazzjoni ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament ta' imgħaxx ta' persuni mhux residenti, bħalissa residenti ta' l-Istati Membri jistgħu jevitaw kull forma ta' tassazzjoni fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom fuq l-imgħaxx li jaqilgħu minn Stat Membru ieħor.

(6)

Din is-stiwazzjoni qed toħloq tfixkil fil-movimenti ta' kapital bejn l-Istati Membri li ma jaqblux mas-suq intern.

(7)

Din id-Direttiva tkompli fuq il-kunsens milħuq fil-Kunsill Ewropew ta' Santa Maria da Feira tad-19 u ta' l-20 ta' Ġunju 2000 u l-laqgħat ta' wara tal-Kunsill ta' Ecofin tas-26 u tas-27 ta' Novembru 2000, tat-13 ta' Diċembru 2001 u tal-21 ta' Jannar 2003.

(8)

L-għan aħħari ta' din id-Direttiva huwa li jkun possibbli li ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx li jsiru fi Stat Membru wieħed lil użufruttwarji li huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor ikunu suġġetti għal tassazzjoni effettiva skond il-liġijiet tal-Istat Membru ta' l-aħħar.

(9)

L-għan ta' din id-Direttiva jista' jintlaħaq bl-aħjar mod permezz ta' l-immirar lejn pagamenti ta' imgħaxx li jsiru jew li jiġu garantiti minn operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Istat Membru għall-vantaġġ ta' l-użufruttwarji li huma individwi residenti fi Stat Membru ieħor.

(10)

Peress li l-għan ta' din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta' kordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali għat-tassazzjoni ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ , u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet u ma tagħmilx aktar milli huwa neċessarju għal dak l-iskop.

(11)

L-aġent ta' pagament huwa l-operatur ekonomiku li jħallas l-imgħaxx jew li jassigura l-ħlas ta' imgħaxx għall-vantaġġ immedjat ta' l-użufruttwarju.

(12)

Fit-tifsir tal-kunċett ta' pagament ta' imgħaxx u tal-mekkaniżmu ta' l-aġent ta' pagament, għandha ssir referenza, fejn xierqa, għad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għall-investiment kollettiv f'sigurtajiet trasferibbli (IIKST) ( 4 ).

(13)

L-iskop ta' din id-Direttiva għandu jkun limitat għat-tassazzjoni ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx fuq pretensjonijiet ta' debitu, bl-esklużjoni, inter alia, tal-kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni ta' benefiċċji minn pensjonijiet u assigurazzjonijiet.

(14)

L-għan aħħari li ssir tassazzjoni effettiva ta' pagamenti ta' imgħaxx fl-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufruttwarju għal skopijiet ta' taxxa jista' jintlaħaq permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni dwar pagamenti ta' imgħaxx bejn Stati Membri.

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta' Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta ( 5 ) diġà tipprovdi bażi sabiex l-Istati Membri jagħmlu skambju ta' informazzjoni għal skopijiet ta' taxxa fuq id-dħul kopert minn din id-Direttiva. Għandha tkompli tapplika lil dawn l-iskambji ta' informazzjoni flimkien ma' din id-Direttiva sa' fejn din id-Direttiva ma tidderogax minnha.

(16)

Huwa permezz ta' l-iskambju ta' imformazzjoni awtomatiku bejn Stati Membri dwar pagamenti ta' imgħaxx koperti minn din id-Direttiva li tista' ssir it-tassazzjoni effettiva ta' dawk il-pagamenti fl-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufruttwarju għal skopiijiet ta' taxxa skond il-liġijiet nazzjonali ta' dak l-Istat. Hu għalhekk meħtieġ li jiġi stipulat li Stati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni skond din id-Direttiva m'għandhomx jitħallew joqogħdu fuq il-limiti ta' l-iskambju ta' informazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 77/799/KEE.

(17)

Fid-dawl ta' differenzi strutturali, l-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu ma jistgħux japplikaw l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fl-istess ħin bħall-Istati Membri l-oħra. Matul perjodu transitorju, mogħti li taxxa minn ras il-għajn tista' tassigura livell minimu ta' tassazzjoni effettiva, speċjalment b'rata li qed tiżdied progressivament għal 35 %, dawn it-tlett Stati Membri għandhom japplikaw taxxa minn ras il-għajn ►C1  lid-dħul minn tfaddil ◄ koperti minn din id-Direttiva.

(18)

Sabiex jiġu evitati id-differenzi fit-trattament, l-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu m'għandhomx jiġu obbligati li japplikaw skambju awtomatiku ta' informazzjoni qabel ma' l-Konfederazzjoni Svizzera, il-Prinċipalità ta' Andorra, il-Prinċipalità ta' Liechtenstein, il-Prinċipalità ta' Monako u r-Repubblika ta' San Marino jassiguraw skambju effettiv ta' informazzjoni fuq talba dwar pagamenti ta' imgħaxx.

(19)

Dawk l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-akbar parti tad-dħul tagħhom ta' din it-taxxa minn ras il-għajn lill-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufruttwarju ta' l-imgħaxx.

(20)

Dawk l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċedura li tħalli l-użufruttwarji residenti għal skopijiet ta' taxxa fi Stati Membri oħra jevitaw l-imposizzjoni ta' din it-taxxa minn ras il-għajn billi jawtorizzaw l-aġent ta' pagament tagħhom jirrapporta l-pagamenti ta' imgħaxx jew billi jippreżentaw ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tar-residenza tagħhom għal skopijiet ta' taxxa.

(21)

L-Istat Membru ta' residenza għal skopijiet ta' taxxa ta' l-użufruttwarju għandu jassigura l-eliminazzjoni ta' kwalunkwe tassazzjoni doppja tal-pagamenti ta' imgħaxx li tista' tirriżulta mill-imposizzjoni ta' din it-taxxa minn ras il-għajn skond il-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva. Għandu jagħmel hekk billi jikkredita din it-taxxa minn ras il-għajn sa l-ammont ta' taxxa dovuta fit-territorju tiegħu u billi jirrifonda lill-użufruttwarju kwalunkwe ammont li jibqa' ta' taxxa minn ras il-għajn. Jista', madankollu, minflok milli japplika dan il-mekkaniżmu ta' kreditu ta' taxxa, jagħti rifond tat-taxxa minn ras il-għajn.

(22)

Sabiex ikun evitat l-isfrattar tas-suq, din id-Direttiva, matul il-perjodu transitorju, m'għandhiex tapplika lil pagamenti ta' imgħaxx fuq ċerti sigurtajiet tad-dejn negozjabbli.

(23)

Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi Stati Membri milli jintaxxaw tipi oħra ta' taxxa minn ras il-għajn minn dik imsejħa f'din id-Direttiva fuq imgħaxx li jinħoloq fit-territorji tagħhom.

(24)

Sakemm l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Isvizzera, l-Andorra, il-Liechtenstein, il-Monako, is-San Marino u t-territorji dipendenti jew assoċjati rilevanti ta' l-Istati Membri ma japplikawx miżuri eqwivalenti għal, jew l-istess bħal, dawk previsti minn din id-Direttiva, it-trasferiment ta' kapital lejn dawn il-pajjiżi u territorji jista' jpoġġi f'perikolu t-tilħiq ta' l-għanijiet tagħha. Għalhekk, hu meħtieġ li d-Direttiva tapplika mill-istess data bħal dik fuq liema dawn il-pajjiżi u territorji kollha japplikaw dawn il-miżuri.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tlett snin dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tipproponi lill-Kunsill kwalunkwe emendamenti li jidhru meħtieġa sabiex tkun assigurata aħjar it-tassazzjoni effettiva ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ u biex tneħħi tfixkil mhux mixtieq tal-kompetizzjoni.

(26)

Din id-Direttiva tħares id-drittijiet u prinċipji fundamentali li huma rikonoxxuti, partikolarment, mil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Għan

1.  L-għan aħħari ta' din id-Direttiva hu li tagħmel possibbli li ►C1  dħul minn tfaddil ◄ fil-forma ta' pagamenti ta' imħaxx magħmulin fi Stat Membru wieħed lil użufruttwarji li huma individwi residenti għal skopijiet ta' taxxa fi Stat Membru ieħor jiġu magħmulin suġġett għal tassazzjoni effettiva skond il-liġijiet ta' l-Istat Membru ta' l-aħħar.

▼M4

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva huma mwettqin minn aġenti ta' pagament u operaturi ekonomiċi oħrajn stabbiliti jew, fejn rilevanti, li jkollhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, irrispettivament mil-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni, li jipproduċi l-pagament tal-imgħax.

▼M4

Artikolu 1a

Definizzjonijiet ta' ċerti termini

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) “operatur ekonomiku” tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra, li fuq bażi regolari jew okkażjonalment tagħmel jew tattribwixxi pagament tal-imgħax fit-tifsira ta' din id-Direttiva filwaqt li taġixxi fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha;

(b) “post ta' amministrazzjoni effettiva” ta' entità, bi jew mingħajr personalità ġuridika, tfisser l-indirizz fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni li huma meħtieġa biex titwettaq l-attività tal-entità fl-intier tagħha. Meta tali deċiżjonijiet jittieħdu f'aktar minn pajjiż wieħed jew ġurisdizzjoni waħda, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz fejn jittieħdu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu l-pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva;

(c) “post ta' amministrazzjoni effettiva” ta' trust jew arranġament ġuridiku ieħor għandhom ifissru:

(i) l-indirizz permanenti tal-persuna fiżika li għandha r-responsabbiltà prinċipali għad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni fir-rigward l-assi tal-arranġament ġuridiku, jew fil-każ ta' trust, l-indirizz permanenti tat-trustee. Meta aktar minn persuna fiżika waħda għandha tali responsabbiltà prinċipali, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz permanenti tal-persuna li għandha r-responsabbiltà prinċipali għall-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva; jew

(ii) l-indirizz fejn il-persuna ġuridika li għandha r-responsabbiltà prinċipali li tamministra l-assi tal-arranġament ġuridiku, jew fil-każ ta' trust, it-trustee, tieħu d-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward dawn l-assi. Meta deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni jittieħdu f'aktar minn pajjiż jew ġurisdizzjoni waħda, il-post ta' amministrazzjoni effettiva għandu jitqies li huwa fl-indirizz fejn jittieħdu l-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet prinċipali ta' amministrazzjoni rigward l-assi li jipproduċu l-pagamenti ta' imgħax fis-sens ta' din id-Direttiva;

(d) “soġġett għal tassazzjoni effettiva” tfisser li entità jew arranġament ġuridiku jitqies li għandu jħallas it-taxxa fuq id-dħul tiegħu, jew fuq il-parti tad-dħul tiegħu li hija attribwibbli lill-parteċipanti non-residenti tiegħu, inkluż fuq kwalunkwe pagament ta' imgħax.

▼M4

Artikolu 2

Definizzjoni ta' sid benefiċjarju

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, “sid benefiċjarju” tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew kwalunkwe individwu li għalih huwa attribwit pagament bħal dan, sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew attribwit għall-vantaġġ proprju tiegħu, jiġifieri li:

(a) jaġixxi bħala aġent ta' pagament fis-sens tal-Artikolu 4(1);

(b) jaġixxi għan-nom ta' entità, bi jew mingħajr personalità ġuridika, u jiżvela lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew jattribwixxi l-pagament ta' imgħax l-isem, il-forma legali, l-indirizz tal-post tal-istabbiliment tal-entità, u, jekk ikun f'pajjiż jew ġurisdizzjoni differenti, l-indirizz tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità;

(c) jaġixxi għan-nom ta' arranġament ġuridiku u jiżvela lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew jattribwixxi l-pagament ta' imgħax l-isem jekk ikun hemm, il-forma legali, l-indirizz tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-arranġement ġuridiku u l-isem tal-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1a; jew

(d) jaġixxi f'isem individwu ieħor li hu l-użufruttwarju u jiżvela lill-aġent ta' pagament l-identità ta' dak l-użufruttwarju skont l-Artikolu 3(2).

2.  Meta aġent ta' pagament ikollu informazzjoni li tissuġġerixxi li l-individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew li jkun attribwit lilu pagament ta' imgħax jista' ma jkunx is-sid benefiċjarju, u fejn il-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal dak l-individwu, huwa għandu jieħu passi raġonevoli biex jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju f'konformità mal-Artikolu 3(2). Jekk l-aġent ta' pagament ma jkunx jista' jidentifika s-sid benefiċjarju, huwa għandu jittratta l-individwu inkwistjoni bħala s-sid benefiċjarju.

3.  Meta operatur ekonomiku li wkoll jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew jattribwixxi pagament bħal dan għal, entità jew arranġament ġuridiku, li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva u li hu stabbilit jew għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu f'pajjiż jew ġurisdizzjoni barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u barra l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet u l-arranġamenti għall-istess miżuri bħal jew għal miżuri ekwivalenti għal dawk ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw is-subparagrafi tnejn sa ħamsa ta' dan il-paragrafu.

Il-pagament għandu jitqies bħala li sar, jew li ġie attribwit, lill-benefiċċju immedjat ta' kwalunkwe individwu, li hu residenti fi Stat Membru għajr dak tal-operatur ekonomiku u huwa ddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE bħala s-sid benefiċjarju tal-entità jew l-arranġament ġuridiku. L-identità ta' dak l-individwu għandha tiġi stabbilita skont il-miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent previsti fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(1)(b) ta' dik id-Direttiva. Dak l-individwu għandu wkoll jitqies bħala s-sid benefiċjarju għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness I għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva.

L-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi l-forma legali u l-post tal-istabbiliment jew, fejn rilevanti, il-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġement legali, billi juża l-informazzjoni żvelata minn kwalunkwe individwu li jaġixxi għan-nom tal-entità jew l-arranġament ġuridiku partikolarment skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, dment li l-operatur ekonomiku ma jkollux disponibbli informazzjoni aktar affidabbli li tindika li l-informazzjoni rċevuta mhijiex korretta jew li mhijiex kompleta għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jaqa' fil-kategoriji msemmijin fl-Anness I jew meta jaqa' f'dawk il-kategoriji iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE.

4.  Meta entità jew arranġament ġuridiku jitqies li huwa aġent ta' pagament hekk kif jirċievi pagament ta' imgħax jew hekk kif ikun attribwit lilu pagament bħal dan f'konformità mal-Artikolu 4(2) il-pagament ta' imgħax għandu jitqies bħala dovut lill-individwi li ġejjin, bi proporzjon ma' kull dritt tal-individwi għal dak il-pagament, li għandhom jitqiesu bħala sidien benefiċjarji għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) kwalunkwe individwu li huwa intitolat li jirċievi d-dħul li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew li huwa intitolat li jirċievi assi oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament meta l-entità jew l-arranġament ġuridiku jirċievi l-pagament jew meta l-pagament ikun attribwit f'ismu, bi proporzjon tad-dritt tiegħu għal dak id-dħul;

(b) għal kwalunkwe parti tad-dħul li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew tal-assi l-oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament, li għalihom l-ebda individwu msemmi fil-punt (a) ma huwa intitolat meta l-entità jew l-arranġament ġuridiku jirċievi l-pagament jew meta l-pagament ikun attribwit f'ismu, kwalunkwe individwu li kkontribwixxa direttament jew indirettament għall-assi tal-entità jew l-arranġament ġuridiku kkonċernat, irrispettivament minn jekk tali individwu huwiex intitolat għall-assi jew id-dħul tal-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(c) jekk l-ebda wieħed mill-individwi msemmijin fil-punt (a) jew (b) ma huma kollettivament jew separatament intitolati għad-dħul kollu li ġej mill-assi li jipproduċu tali pagament, jew mill-assi l-oħrajn kollha li jirrappreżentaw tali pagament meta jirċievi jew jiġi attribwit il-pagament tal-imgħax, kwalunkwe individwu, bi proporzjon tad-dritt tiegħu għal dak id-dħul, li, f'data aktar tard, jikseb id-dritt għall-assi kollha jew għal parti mill-assi li jipproduċu l-pagament ta' imgħax jew għal assi oħrajn li jirrappreżentaw tali pagament ta' imgħax. L-ammont totali li għandu jitqies li hu dovut lil tali individwu, m'għandux jaqbeż l-ammont tal-pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku, wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe parti li kienet attribwita f'konformità ma' dan il-paragrafu lil individwu msemmi fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 3

Identità u residenza ta' sidien benefiċjarji

1.  Kull Stat Membru għandu, fit-territorju tiegħu, jadotta u jiżgura l-applikazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex iħallu l-aġent ta' pagament jiddentifika s-sidien benefiċjarji u r-residenza tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 8 sa 12.

Dawn il-proċeduri għandhom iħarsu l-istandards minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.  L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju abbażi ta' standards minimi li jvarjaw skont meta jibdew ir-relazzjonijiet bejn l-aġent ta' pagament u s-sid benefiċjarju, kif ġej:

(a) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem u l-indirizz, billi juża' l-informazzjoni li qiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu, partikolarment skont ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

(b) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew tranżazzjonijiet imwettqa fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju, li jikkonsisti fl-isem, l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid u, f'konformità mal-lista msemmija fil-paragrafu 4, in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti allokat mill-Istat Membru fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti għall-finijiet ta' taxxa. Għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew tranżazzjonijiet imwettqa fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, qabel l-1 ta' Lulju 2015, l-informazzjoni dwar id-data u l-post tat-twelid hija meħtieġa biss meta tali numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti mhumiex disponibbli.

Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi ta' passaport jew karta tal-identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor, fejn applikabbli, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, li jiġi ppreżentat mis-sid benefiċjajru. Dettalji bħal dawn li ma jidhrux fuq dawn id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta' identità ppreżentata mis-sid benefiċjarju.

3.  Meta s-sid benefiċjarju jippreżenta fuq bażi volontarja ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż tul it-tliet snin qabel id-data tal-pagament, jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab f'dak il-pajjiż. F'nuqqas ta' dan, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab fil-pajjiż fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-istandards minimi li ġejjin:

(a) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin qabel l-1 ta' Jannar 2004, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permamenti preżenti tas-sid benefiċjarju billi juża l-aħjar informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu, b'mod partikolari skont ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat tal-istabbiliment tiegħu u d-Direttiva 2005/60/KE;

(b) għal relazzjonijiet kuntrattwali mibdijin, jew fl-assenza ta' relazzjonijiet kuntrattwali, għal tranżazzjonijiet imwettqa fl-1 ta' Jannar 2004 jew wara, l-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti kurrenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-indirizz li jirriżulta mill-proċeduri tal-identifikazzjoni deskritti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 li għandu jiġi aġġornat abbażi tal-aħħar dokumentazzjoni li tkun disponibbli għall-aġent ta' pagament.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn is-sidien benefiċjarji jippreżentaw passaport jew karta ta' identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor maħruġ minn Stat Membru u jiddikjaraw li huma residenti f'pajjiż terz, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ fit-tliet snin qabel id-data tal-pagament jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn is-sid benefiċjarju qed jgħid li huwa residenti. Fin-nuqqas tal-preżentazzjoni ta' dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru li ħareġ il-passaport, il-kartà tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor tal-identità għandu jitqies bħala l-pajjiż ta' residenza. Għal sidien benefiċjarji li tagħhom l-aġent ta' pagament ikollu d-dokumentazzjoni uffiċjali għad-dispożizzjoni tiegħu li tipprova li għall-finijiet tat-taxxa għandhom ir-residenza tagħhom f'pajjiż differenti minn dak tal-indirizz permanenti tagħhom minħabba l-privileġġi marbuta mal-istatus diplomatiku tagħhom jew minħabba regoli internazzjonali miftiehma oħra, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumentazzjoni uffiċjali bħal din disponibbli għall-aġent ta' pagament.

4.  Kull Stat Membru li jalloka numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew l-ekwivalenti għandu, sal-31 ta' Diċembru 2014, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-format ta' dawn in-numri kif ukoll bid-dokumentazzjoni uffiċjali li fiha informazzjoni dwar in-numri ta' identifikazzjoni allokati. Kull Stat Membri għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni jekk isir xi tibdil f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista miġbura tal-informazzjoni li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Aġenti ta' pagament

1.  Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi tali pagament għal, benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, huwa irrelevanti jekk l-operatur ekonomiku kkonċernat huwiex id-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni jew it-titolu li jipproduċi d-dħul jew inkella huwiex l-operatur ekonomiku inkarigat mid-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni ta' dejn jew mis-sid benefiċjarju għall-ħlas tad-dħul jew biex jattribwixxi l-pagament tad-dħul.

Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva sakemm ikun jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew jattribwixxi tali pagament għal, operatur ekonomiku ieħor, inkluż stabbiliment permanenti jew sussidjarju tal-ewwel operatur ekonomiku, stabbilit barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra mill-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet u l-arranġamenti li jipprevedu l-istess miżuri bħal jew miżuri ekwivalwnti ta' dawk stipulati f'din id-Direttiva; u

(b) l-ewwel operatur ekonomiku għandu raġununijiet biex jemmen, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li t-tieni operatur ekonomiku se jħallas id-dħul lil, jew jattribwixxi tali pagament għall-benefiċċju immedjat ta' sid benefiċjarju li huwa individwu magħruf mill-ewwel operatur ekonomiku bħala resident fi Stat Membru ieħor, fir-rigward tal-Artikolu 3.

Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma sodisfatti, il-pagament li jsir jew li jkun attribwit mill-ewwel operatur ekonomiku għandu jitqies bħala li sar lil, jew li huwa attribwit għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju msemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

2.  Entità jew arranġament ġuridiku li għandu l-post ta' amminstrazzjoni effettiva fi Stat Membru u li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli jew f'dak l-Istat Membru, jew fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, jew fi kwalunkwe pajjiż jew ġurisdizzjoni fejn huwa residenti għal finijiet ta' taxxa, għandu jitqies bħala aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' imgħax jew hekk kif jattribwixxi t-tali pagament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness II għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva.

Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jappartjeni għall-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin fil-lista indikattiva fl-Anness II jew meta jkun kopert minn dak l-anness iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE.

Kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi pagament bħal dan, għal entità jew arranġament ġuridiku msemmi f'dan il-paragrafu u li għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru għajr l-Istat fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit, għandu jinforma lill-awtorita kompetenti tal-Istat Membru tiegħu fejn hu stabbilit b'dan li ġej, bl-użu ta' informazzjoni indikata fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 2(3) jew informazzjoni oħra disponibbli:

(i) l-isem, jekk jeżisti, tal-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(ii) il-forma legali tagħha/tiegħu;

(iii) il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu;

(iv) l-ammont totali tal-pagament ta' imgħax, speċifikat f'konformità mal-Artikolu 8, magħmul lil jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(v) id-data tal-aħħar pagament ta' imgħax.

L-individwi li għandhom jitqiesu bħala s-sidien benefiċjarji tal-pagament ta' imgħax magħmul jew attribwit għall-entitajiet jew l-arranġamenti ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mar-regoli previsti fl-Artikolu 2(4). Meta japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), l-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu, kull meta individwu f'data aktar tard jikseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu bl-informazzjoni speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1). L-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu wkoll jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdil fil-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu.

L-obbligi msemmija fil-ħames subparagrafu għandhom jibqgħu għal għaxar snin mid-data tal-aħħar pagament ta' imgħax irċevut jew attribwit mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew l-aħħar data li individwu kiseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, skont liema data tkun l-aktar tard.

Jekk entità jew arranġament ġuridiku, f'każ fejn japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), jkun biddel il-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ġdid:

(i) l-ammont ta' pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku li għadu mhux kopert mid-drittijiet imgħoddija għall-assi rilevanti;

(ii) id-data tal-aħħar pagament ta' imgħax irċevut minn jew attribwit għall-entità jew l-arranġament ġuridiku jew l-aħħar data meta individwu kiseb id-dritt għall-assi kollha jew għal parti minnhom li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, skont liema data tkun l-aktar tard.

Dan il-paragrafu m'għandux japplika jekk li l-entità jew l-arranġament ġuridiku jġib provi li huwa jaqa' f'wieħed minn dawn il-każijiet:

(a) ikun impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv ieħor kif iddefinit fil-punt (d)(i) u (iii) jew il-punt (e)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(b) ikun istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta' pensjoni jew assigurazzjoni jew impriża nkarigata minn istituzzjoni bħal din biex tamministra l-assi tagħha;

(c) huwa rikonoxxut skont il-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun residenti għal finijiet ta' taxxa jew fejn għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu li għandu jiġi eżenti mit-tassazzjoni effettiva skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta peress li qed jaqdi esklussivament għanijiet ta' karità għall-benefiċċju pubbliku;

(d) jikkostitwixxi sjieda benefiċjarja kondiviża li għaliha operatur ekonomiku li jagħmel jew li jattribwixxi l-pagament ikun stabbilixxa l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha f'konformità mal-Artikolu 3 u l-operatur ekonomiku għalhekk huwa l-aġent ta' pagament skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Entità msemmija fil-paragrafu 2 li hija simili għal impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv imsemmija fil-punt (a) tat-tmien subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkollha l-għażla li tiġi trattata għall-finijiet ta' din id-Direttiva bħal tali impriża, fond jew skema ta' investiment.

Fejn entità teżerċita l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru fejn ikollu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu għandu joħroġ ċertifikat għal dak il-għan. L-entità għandha tippreżenta dak il-ċertifikat lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' imgħax. L-operatur ekonomiku għandu, f'dak il-każ, ikun eżentat mill-obbligi stabbiliti fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati dwar l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-entitajiet li għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 5

Definizzjoni ta' awtorità kompetenti

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “awtorità kompetenti” tfisser:

(a) għal Stati Membri, kwalunkwe mill-awtoritajiet innotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(b) għal pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' konvenzjonijiet tat-taxxa bilaterali jew multilaterali jew, fin-nuqqas ta' dan, awtorità oħra li hi kompetenti biex toħroġ ċertifikati ta' residenza għal skopijiet ta' taxxa.

▼M4

Artikolu 6

Definizzjoni ta' pagament ta' imgħax

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “pagament ta' imgħax” tfisser:

(a) imgħax imħallas jew ikkreditat għal kont, relatat ma' pretensjonijiet ta' debitu ta' kull tip, kemm jekk iggarantiti permezz ta' ipoteka kemm jekk le u kemm jekk hemm dritt għal parteċipazzjoni fil-profitti tad-debitur kemm jekk le, u, partikolarment, dħul minn titoli tal-gvern u dħul minn bonds jew obbligazzjonijiet, inklużi primjums u premji marbuta ma' dawn it-titoli, bonds jew obbligazzjonijiet; il-piżijiet penali għal pagamenti li jsiru tard m'għandhomx jitqiesu bħala pagamenti ta' imgħax;

(b) kwalunkwe dħul imħallas jew realizzat, jew ikkreditat f'kont, relatat ma' titoli ta' kwalunkwe tip, ħlief fejn id-dħul jitqies direttament li huwa pagament ta' imgħax f'konformità mal-punt (a), (c), (d) jew (e), u fejn:

(i) il-kondizzjonijiet ta' ritorn tal-kapital iddefiniti fid-data tal-ħruġ jinkludu impenn lejn l-investitur li, fl-aħħar tat-terminu, jiriċevi tal-inqas 95 % tal-kapital investit, jew

(ii) il-kondizzjonijiet definiti fid-data tal-ħruġ jipprovdu rabta ta' mill-anqas 95 % tad-dħul mit-titolu għall-imgħax jew għad-dħul tat-tipi msemmija fil-punti (a), (c), (d) jew (e);

(c) imgħax akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe dħul akkumulat jew ikkapitalizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi tat-titoli msemmijin fil-punt (b);

(d) dħul li ġej minn pagamenti kif imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) ta' dan il-paragrafu kemm jekk direttament jew indirettament, inkluż permezz ta' entità jew arranġament ġuridiku msemmijin fl-Artikolu 4(2), jekk distribwit permezz ta' kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi ta' investiment kollettiv oħrajn, li huma jew irreġistrati bħala tali f'konformità mal-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, jew li jkollhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi relatata mal-fondi jew skemi ta' investiment kollettiv ta' wieħed minn dawn l-Istati jew il-pajjiżi. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dawn l-impriżi, il-fondi jew skemi u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(ii) entitajiet li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

(iii) kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra ż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(e) dħul realizzat mal-bejgħ, rifużjoni jew fidi ta' ishma jew unitajiet fl-impriżi, entitajiet, fondi jew skemi ta' investiment, jekk jinvestu, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' tali impriżi, fondi jew skemi, jew permezz ta' entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 4(2), aktar minn 40 % mill-assi tagħhom fi pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jew fit-titoli kif imsemmija fil-punt (b) tiegħu:

(i) impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi ta' investiment kollettiv oħrajn, li huma jew irreġistrati bħala tali f'konformità mal-liġi ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, jew li jkollhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi relatata mal-fondi jew skemi ta' investiment kollettiv ta' wieħed minn dawn l-Istati jew il-pajjiżi. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dawn l-impriżi, il-fondi jew skemi u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu;

(ii) entitajiet li kienu eżerċitaw l-għażla taħt l-Artikolu 4(3);

(iii) kwalunkwe fond jew skema ta' investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 u barra ż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan japplika rrispettivament mill-forma legali ta' dak il-fond jew skema u irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni għal grupp limitat ta' investituri fix-xiri, il-bejgħ jew il-fidi tal-ishma jew l-unitajiet tiegħu.

Għall-fini ta' dan il-punt, l-assi li l-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment jeħtieġu li jżommu bħala garanzija skont it-termini tal-ftehimiet, il-kuntratti jew xi dokumentazzjoni legali oħra tagħhom li jippermetulhom li jilħqu l-objettivi ta' investiment tagħhom, u li għalihom l-investitur mhuwiex parti u ma għandu ebda dritt legali, mhumiex meqjusa bħala pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmi fil-punt (a) jew bħala titoli kif imsemmi fil-punt (b);

(f) benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni, jekk:

(i) il-kuntratt ikun fih garanzija ta' ritorn fuq id-dħul; jew

(ii) il-prestazzjoni reali tal-kuntratt hija b'aktar minn 40 % konnessa ma' imgħax jew dħul imsemmi fil-punt (a), (b), (c) (d) u (e).

Għall-fini ta' dan il-punt l-eċċess ta' kwalunkwe rimborż jew tar-rimborż parzjali magħmul mill-assiguratur fuq il-ħajja qabel ma jagħlaq il-kuntratt ta' assigurazzjoni kif ukoll l-eċċess ta' kwalunkwe ammont imħallas mill-assiguratur fuq il-ħajja mit-total tal-pagamenti kollha magħmulin lill-assiguratur fuq il-ħajja taħt l-istess kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, għandu jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja. Fil-każ tat-trasferiment, totali jew parzjali, ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja lil parti terza, l-eċċess tal-valur tal-kuntratt konferit fuq is-somma tal-pagamenti kollha magħmulin lill-assiguratur fuq il-ħajja għandu wkoll jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja. Benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jipprevedi biss għal pensjoni jew għal pagament fiss annwu, imħallas għal tal-inqas ħames snin, għandu jitqies bħala tali biss jekk huwa rimborż jew trasferiment lil persuna terza li ssir qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin Ammont imħallas biss fir-rigward ta' mewt, diżabbiltà jew mard m'għandux jitqies li huwa benefiċċju minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jinkludu dħul imsemmi taħt (e) tal-ewwel subparagrafu fid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax, għal impriżi ta' investiment kollettiv jew fondi jew skemi oħra ta' investiment kollettiv, li huma jew irreġistrati skont ir-regoli tagħhom jew li għandhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi tagħhom, biss safejn dan id-dħul jikkorrispondi għal qligħ li ġej direttament jew indirettament minn pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (a), (b) jew (c) ta' dak is-subparagrafu.

Fir-rigward tal-punt (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu, Stat Membru għandu jkollu l-għażla li jinkludi fid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax il-benefiċċji irrispettivament mill-kompożizzjoni tal-prestazzjoni, jekk imħallsin jew miksuba minn assiguratur fuq il-ħajja stabbilit f'dak l-Istat.

Meta Stat Membru jeżerċita xi waħda mill-għażliet imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafi jew iż-żewġ għażliet, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data ta' pubblikazzjoni bħal din, l-eżerċizzju tal-għażla għandu jkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

2.  Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tad-dħul li jitħallas, li jiġi realizzat jew ikkreditat, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-imgħax jew tad-dħul akkumulat jew kapitalizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollux informazzjoni dwar il-proporzjon tad-dħul li jiġi minn pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (a), (b) jew (c) ta' dak is-subparagrafu, l-ammont totali tad-dħul għandu jiġi kkunsidrat bħala pagament ta' imgħax.

Fir-rigward tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-benefiċċju minn kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax.

3.  Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament m'għandux informazzjoni dwar il-perċentwal tal-assi investiti fi pretensjonijiet ta' debitu jew tat-titoli relevanti, jew f'ishma jew unitajiet kif iddefiniti f'dak il-punt, dak il-perċentwal għandu jiġi kkunsidrat li hu 'l fuq minn 40 %. Fejn ma jistax jiddetermina l-ammont ta' dħul realizzat mis-sid benefiċjarju, id-dħul għandu jitqies li jikkorrispondi għad-dħul mill-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-ishma jew unitajiet.

Fir-rigward tal-punt (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta l-aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar il-perċentwali tal-prestazzjoni li hija marbuta ma' pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (a), (b), (c), (d) jew (e) ta' dak is-subparagrafu, dik il-perċentwali għandha titqies bħala li hija ta' aktar minn 40 %.

4.  Fejn pagament ta' imgħax kif iddefinit fil-paragrafu 1 isir lil entità jew arranġament ġuridiku msemmi fl-Artikolu 4(2) jew jiġi ikkreditat f'kont miżmum minn tali entità jew arranġament ġuridiku, għandu jitqies li jkun dovut lill-individwu msemmi fl-Artikolu 2(4). Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3).

5.  Fir-rigward tal-punti (c) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jirrikjedu lill-aġenti ta' pagament fit-territorju tagħhom biex janalizzaw il-imgħax matul perijodu ta' żmien li ma jistax ikun iżjed minn sena, u li jittrattaw dan il-imgħax annwalizzat bħala pagament ta' imgħax anki jekk l-ebda bejgħ, fidi jew rifużjoni ma sseħħ matul dak il-perijodu.

6.  B'deroga mill-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax kwalunkwe dħul imsemmi f'dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu distribwiti minn impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment li għandhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi tagħhom fejn l-investiment dirett jew indirett ta' tali impriżi, entitajiet fondi jew skemi fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma jkunx eċċeda l-15 % tal-assi tagħhom.

B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax fil-paragrafu 1 dawk il-pagamenti ta' imgħax li jsiru jew jiġu ikkreditati f'kont ta' entità jew arranġament ġuridiku, li huwa msemmi fl-Artikolu 4(2) u li jkollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu fit-territorju tagħhom, fejn l-investiment dirett jew indirett ta' din l-entità jew arranġament ġuridiku fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma eċċediex il-15 % tal-assi tiegħu. Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3).

Fejn Stat Membru jeżerċita waħda mill-għażliet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi jew inkella it-tnejn, għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data ta' pubblikazzjoni bħal din, l-eżerċizzju tal-għażla għandu jkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

7.  Il-limiti massimi ta' 40 % imsemmija fil-punti (e) u (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandu mill-1 ta' Jannar 2016 ikun ta' 25 %.

8.  Il-perċentwali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-politika ta' investiment, jew b'referenza għall-istrateġija u l-objettivi ta' investiment, stabbiliti fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, id-dokumentazzjoni tinkludi:

(a) ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati;

(b) kwalunkwe ftehim, kuntratt jew dokumentazzjoni legali oħra li jkunu daħlu fihom l-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' operatur ekonomiku; u

(c) kwalunkwe prospett jew dokument simili maħruġ minn jew għan-nom tal-impriżi jew l-entitajiet jew il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-investituri tagħhom.

Fejn id-dokumentazzjoni ma tiddefinixxix polza ta' investiment jew strateġija u objettivi ta' investiment, dawk il-perċentwali għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-kompożizzjoni attwali tal-assi tal-impriżi jew l-entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati, hekk kif jirriżultaw mill-medja tal-assi fil-bidu, jew fid-data tal-ewwel rapport ta' kull sitt xhur tagħhom, u fit-tmiem tal-aħħar perijodu ta' kontabbiltà tagħhom qabel id-data meta l-pagament ta' imgħax isir jew jiġi attribwit mill-aġent ta' pagament lis-sid benefiċjarju. Għal impriżi li għadhom kif ġew ikkostitwiti jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment, il-kompożizzjoni attwali għandha tkun ir-riżultat maħdum fuq il-medja tal-assi fid-data tal-bidu u fid-data tal-ewwel evalwazzjoni tal-assi kif stabbilit fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi, l-entitajiet, il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati.

Il-kompożizzjoni tal-assi għandha titkejjel f'konformità mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru jew f'pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, li fihom l-impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv ieħor hi rreġistrata bħala tali jew taħt il-liġijiet li r-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha huma rregolati. Il-kompożizzjoni hekk imkejla għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn.

9.  Id-dħul imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' imgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. It-titoli maħruġa qabel dik id-data m'għandhomx jittieħdu fil-kont għall-perċentwali msemmijia fil-punt (e) ta' dak is-subparagrafu u fil-paragrafu 6.

10.  Il-benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandhom jitqiesu bħala pagament ta' imgħax f'konformità mal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss safejn il-kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jwassal għal dawn il-benefiċċji ġie sottoskritt fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara.

11.  L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jqisu d-dħul imsemmi fil-punt (e) (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, irrealizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi ta' ishma jew unitajiet f'impriżi inkorporati għal investiment kollettiv li mhumiex UCITS awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), għandu jkun ikkunsidrat bħala pagament ta' imgħax biss safejn ikun akkumulat għal dawk l-impriżi fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara.

▼B

Artikolu 7

Skop territorjali

Din id-Direttiva għandha tapplika lil imgħaxx imħallas minn aġent ta' pagament stabbilit fit-territorju għal liema japplika t-Trattat bis-saħħa ta' l-Artikolu 299 tagħha.



KAPITOLU II

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

▼M4

Artikolu 8

Rappurtar tal-informazzjoni mill-aġent ta' pagament

1.  Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru barra minn dak fejn l-aġent ta' pagament hu stabbilit, l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata mill-aġent ta' pagament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri ta' stabbiliment tiegħu għandu jikkonsisti fi:

(a) l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju stabbilit skont l-Artikolu 3 jew, f'każijiet ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-identità jew ir-residenza tas-sidien benefiċjarji kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 1(1);

(b) l-isem u l-indirizz tal-aġent ta' pagament;

(c) in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fil-każ li ma jkunx hemm, l-identifikazzjoni tal-pretensjoni ta' debitu li jirriżulta fil-pagament ta' imgħax jew tal-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, titolu jew sehem jew unità li tipproduċi dak il-pagament;

(d) informazzjoni dwar il-pagament ta' imgħax skont il-paragrafu 2.

Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru minbarra dak fejn l-aġent ta' pagament skont l-Artikolu 4(2) għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu, tali aġent ta' pagament għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva bl-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, dan l-aġent ta' pagament għandu jirrapporta dwar dan li ġej:

(i) l-ammont totali tal-pagamenti ta' imgħax tiegħu li jkun irċieva jew li jkun ġie attribwit li jitqies li jkun dovut lis-sidien benefiċjarji tiegħu;

(ii) meta individwu jsir sid benefiċjarju skont il-punt (c) tal-Artikolu 2(4), l-ammont li jitqies li jkun dovut lil dak l-individwu u d-data ta' dawn id-dovuti meqjusa.

2.  L-ammont minimu ta' informazzjoni dwar pagament ta' imgħax li għandu jiġi rrappurtat mill-aġent ta' pagament għandu jiddistingwi bejn il-kategoriji ta' imgħax li ġejjin u jindika:

(a) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' imgħax imħallas jew ikkreditat;

(b) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' kwalunkwe imgħax imħallas, realizzat jew ikkreditat jew l-ammont totali tal-pagament;

(c) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' imgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew l-ammont totali tad-dħul mill-bejgħ, il-fidi jew ir-rifużjoni;

(d) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-punt jew l-ammont totali tad-distribuzzjoni;

(e) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-Artikolu 6(4): l-ammont tal-imgħax attribwibbli lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1);

(f) meta Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): l-ammont ta' imgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

(g) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew il-benefiċċju kkalkolat skont dik id-dispożizzjoni jew l-ammont totali tal-pagament. Jekk, fil-każ ta' trasferiment lil parti terza, l-aġent ta' pagament ma jkollu ebda informazzjoni dwar il-valur konferit: is-somma tal-pagamenti magħmula lill-assiguratur fuq il-ħajja skont il-kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja.

L-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu meta jirrapporta l-ammonti totali skont il-punt (b), (c), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.  Fil-każ ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu dwar jekk l-ammont irrapportat għal kull sid benefiċjarju huwiex l-ammont sħiħ attribwibbli lis-sidien benefiċjarji kollettivament, is-sehem attwali li għandu s-sid benefiċjarju kkonċernat jew sehem indaqs.

4.  Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament biex jarrappurtaw biss dan li ġej:

(a) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (a), (b) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont ta' imgħax jew dħul;

(b) fil-każ ta' pagamenti ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): l-ammont totali tad-dħul fi flus mill-bejgħ, fidi jew rifużjoni relatati ma' pagamenti bħal dawn;

(c) fil-każ ta' pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew il-benefiċċji li dwarhom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju ma tkunx b'mod ieħor ġiet informata mill-aġent ta' pagament, jew direttament jew permezz tar-rappreżentanti fiskali tiegħu jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, skont kwalunkwe dispożizzjoni leġislattiva differenti minn dawk meħtieġa biex tkun implimentata din id-Direttiva, jew l-ammont totali mħallas skont il-kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja li jiġġeneraw dawn il-pagamenti.

L-aġent ta' pagament għandu jgħarraf jekk jirrapporta l-ammont totali skont il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼B

Artikolu 9

Skambju awtomatiku ta' informazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-aġent ta' pagament għandha tikkomunika l-informazzjoni msejħa fl-Artikolu 8 lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufruttwarju.

▼M4

1a.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2) lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fejn l-entità jew l-arranġament ġuridiku ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu.

1b.  Meta l-aġent ta' pagament fis-sens tal-Artikolu 4(2) ikun bidel il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu għal Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fis-seba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ġdid.

▼M4

2.  Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha sseħħ mill-inqas darba fis-sena, fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena tat-taxxa tal-Istat Membru tal-aġent ta' pagament jew l-operatur ekonomiku, u għandha tkopri l-avvenimenti kollha li jkunu seħħew matul dik is-sena:

(i) il-pagamenti ta' imgħax kollha;

(ii) il-każijiet kollha fejn l-individwi jkunu saru sidien benefiċjarji skont l-Artikolu 2(4);

(iii) it-tibdil kollu tal-post ta' amministrazzjoni effettiva ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2).

▼B

3.  Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 77/799/KEE għandhom japplikaw lill-iskambju ta' informazzjoni taħt din id-Direttiva, previst li d-disposizzjonjiet ta' din id-Direttiva ma jidderogawx minnha. Madankollu, l-Arikolu 8 tad-Direttiva 77/799/KEE m'għandux japplika għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skond dan il-kapitolu.



KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 10

Perjodu transitorju

▼M4

1.  Matul perijodu transitorju li jibda fid-data msemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) u bla ħsara għall-Artikolu 13(1), il-Lussemburgu u l-Awstrija m'għandhomx jiġu meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II.

Għandhom, madankollu, jirċievu informazzjoni mill-Istati Membri l-oħrajn skont il-Kapitolu II.

Matul il-perijodu transitorju, l-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun li tiġi assigurata tassazzjoni minima effettiva ta' riżervi fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax magħmulin fi Stat Membru wieħed lil sidien benefiċjarji li huma individwi għal skopijiet ta' taxxa residenti fi Stat Membru ieħor.

▼B

2.  Il-perjodu transitorju għandu jispiċċa fit-tmiem ta' l-ewwel sena fiskali sħiħa wara l-aktar tard tad-dati li ġejjin:

— id-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea, wara deċiżjoni unanima tal-Kunsill, u l-aħħar tal-Konfederazzjoni Svizzera, il-Priċipalità ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipalità ta' Monako u l-Pronċipalità ta' Andorra, li jipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba kif definit fil-Ftehim Mudell dwar Skambju ta' Informazzjoni fuq Kwistjonijiet ta' Taxxa OECD maħruġ fit-18 ta' April 2002 (hawnhekk iżjed 'il quddiem il-“Ftehim Mudell OECD”) fir-rigward ta' pagamenti ta' imgħaxx, kif definit f'din id-Direttiva, magħmulin minn aġenti ta' pagament stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom lil użufruttwarji residenti fit-territorju għal liema tapplika d-Direttiva, barra mill-applikazzjoni simultanja minn dawk l-istess pajjiżi ta' taxxa minn ras il-għajn fuq dawn il-pagamenti bir-rata definita għall-perjodi korrispondenti msejjaħ fl-Artikolu 11(1),

— id-data fuq liema l-Kunsill jiftehem unanimament li l-Istati Uniti ta' Amerika huma kommessi għall-iskambju ta' informazzjoni fuq talba kif definit fil-Ftehim Mudell OECD fir-rigward ta' pagamenti ta' imgħaxx, kif definit f'din id-Direttiva, magħmulin minn aġenti ta' pagament stabbiliti ġot-territorju tiegħu lil użufruttwarji residenti fit-territorju lil liema tapplika d-Direttiva.

▼M4

3.  Fit-tmiem tal-perijodu transitorju, il-Lussemburgu u l-Awstrija għandhom jiġu meħtieġa li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u għandhom jieqfu japplikaw it-taxxa minn ras il-għajn u t-tqassim ta' dħul previsti fl-Artikoli 11 u 12. Jekk, matul il-perijodu transitorju, il-Lussemburgu jew l-Awstrija jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, m'għandhomx japplikaw iżjed it-taxxa minn ras il-għajn u t-tqassim tad-dħul previsti fl-Artikoli 11 u 12.

▼B

Artikolu 11

It-taxxa minn ras il-għajn

▼M4

1.  Matul il-perijodu transitorju msemmi fl-Artikolu 10, fejn is-sid benefiċjarju jkun residenti fi Stat Membru barra minn dak li fih l-aġent ta' pagament ikun stabbilit, jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), fejn tali aġent ta' pagament ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu, il-Lussemburgu u l-Awstrija għandhom jieħdu taxxa minn ras il-għajn b'rata ta' 15 % matul l-ewwel tliet snin tal-perijodu transitorju, 20 % għat-tliet snin ta' wara u 35 % wara dan.

2.  L-aġent ta' pagament għandu jieħu taxxa minn ras il-għajn kif ġej:

(a) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' imgħax imħallas jew akkredidat;

(b) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' kwalunkwe dħul imħallas, realizzat jew ikkreditat;

(c) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): jew fuq l-ammont ta' imgħax jew dħul imsemmi f'dawk il-punti jew permezz ta' imposta ta' effett ekwivalenti li għandha titħallas mis-sid benefiċjarju fuq l-ammont sħiħ tar-rikavati mill-bejgħ, il-fidi jew ir-rifużjoni;

(d) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq l-ammont ta' dħul imsemmi f'dak il-punt;

(e) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-Artikolu 6(4): fuq l-ammont ta' imgħax attribwibbli lil kull wieħed mis-sidien benefiċjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(1). L-ammont totali li fuqu tinġabar it-taxxa m'għandux jeċċedi l-ammont tal-pagament ta' imgħax riċevut jew garantit mill-entità jew l-arranġament ġuridiku;

(f) meta Stat Membru jeżerċita l-għażla taħt l-Artikolu 6(5): fuq l-ammont ta' imgħax annwalizzat jew dħul ieħor relevanti;

(g) fil-każ ta' pagament ta' imgħax fis-sens tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1): fuq il-benefiċċju kkalkolat f'konformità ma' dik id-dispożizzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament li jimponu taxxa minn ras il-għajn biss fuq benefiċċji li dwarhom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju ma tkunx għada ġiet informata, mill-aġent ta' pagament jew ir-rappreżentanti fiskali tiegħu skont kwalunkwe dispożizzjoni leġislattiva differenti minn dawk meħtieġa biex tkun implimentata din id-Direttiva.

Meta jittrasferixxi d-dħul mit-taxxa minn ras il-għajn lill-awtorità kompetenti, l-aġent ta' pagament għandu jinformaha dwar l-għadd ta' sidien benefiċjarji kkonċernati li ġew intaxxati bit-taxxa minn ras il-għajn ikklassifikati skont l-Istati Membri ta' residenza rispettivi tagħhom.

▼B

3.  Għall-iskopijiet tal- ►M4  punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 ◄ , taxxa minn ras il-għajn għandha tiġi ntaxxata pro rata għall-perjodu ta' pussess tal-pretensjoni ta' debitu mill-użufruttwarju. Meta l-aġent ta' pagament ma jistax jiddetermina l-perjodu ta' pussess fuq il-bażi ta' informazzjoni fil-pussess tiegħu, għandu jittratta l-użufruttwarju bħalikieku kellu l-pretensjoni ta' debitu matul il-perjodu ta' eżistenza tagħha kemm-il darba jipprovdi evidenza tad-data ta' l-akkwist.

4.  L-imposizzjoni ta' taxxa minn ras il-għajn mill-Istat Membru ta' l-aġent ta' pagament m'għandux jipprekludi l-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa ta' l-użufruttwarju milli jittaxxa d-dħul skond il-liġi nazzjonali tiegħu, bla ħsara għall-ħarsien tat-Trattat.

▼M4

5.  Matul il-perijodu transitorju, l-Istati Membri li jimponu taxxa minn ras il-għajn jistgħu jipprevedu li operatur ekonomiku li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi dan il-pagament lil, entità jew arranġament ġuridiku msemmi fl-Artikolu 4(2), li jkollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu fi Stat Membru ieħor, għandu jitqies li hu l-aġent ta' pagament minflok l-entità jew l-arranġament ġuridiku u għandu jimponi t-taxxa minn ras il-għajn fuq dak il-imgħax, dment li l-entità jew l-arranġment ġuridiku ma jkunx qabel formalment li l-isem tiegħu jekk ikun hemm, il-forma ġuridika tiegħu, il-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu u l-ammont totali ta' imgħax imħallas lilu jew attribwiti lilu jiġu kkomunikati f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 4(2).

▼B

Artikolu 12

It-tqassim tad-dħul

1.  Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn skond l-Artikolu 11(1) għandhom iżommu 25 % mid-dħul tagħhom u jittrasferixxu 75 % mid-dħul lill-Istat Membru tar-residenza ta' l-użufrutwarju ta' l-imgħaxx.

2.  Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn skond l-Artkolu 11(5) għandhom iżommu 25 % tad-dħul u jittrasferixxu 75 % lill-Istati Membri l-oħra b'mod proporzjonat mat-trasferimenti mwettqa skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  Dawn it-trasferimenti għandhom iseħħu mill-aktar tard f'perjodu ta' sitt xhur wara t-tmiem tas-sena tat-taxxa ta' l-Istat Membru ta' l-aġent ta' pagament fil-każ tal-paragrafu 1, jew dak ta' l-Istat Membru ta' l-operatur ekonomiku fil-każ tal-paragrafu 2.

4.  Stati Membri li jintaxxaw taxxa minn ras il-għajn għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw il-funzjonament xieraq tas-sistema tat-tqassim tad-dħul.

▼M4

Artikolu 13

Eċċezzjonijiet għall-proċedura ta' taxxa minn ras il-għajn

1.  L-Istati Membri li jieħdu taxxa minn ras il-għajn skont l-Artikolu 11 għandhom jipprevedu l-proċeduri li ġejjin sabiex ikun assigurat li s-sid benefiċjarju jista' jitolob li ma tinżamm l-ebda taxxa:

(a) proċedura li tħalli lis-sid benefiċjarju biex espressament jawtorizza lill-aġent ta' pagament biex jirrapporta informazzjoni skont il-Kapitolu II, b'awtorizzazzjoni bħal din li tkopri l-pagamenti ta' imgħax kollu attribwibbli lis-sid benfiċjarju minn dak l-aġent ta' pagament; f'każ bħal dan, għandu japplika l-Artikolu 9;

(b) procedura li tassigura li taxxa minn ras il-għajn m'għandhiex tiġi ntaxxata fejn is-sid benefiċjajru jippreżenta lill-aġent ta' pagament tiegħu ċertifikat magħmul f'ismu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal skopijiet ta' taxxa skont il-paragrafu 2.

2.  Fuq it-talba tas-sid benefiċjarju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal skopijiet ta' taxxa għandha toħroġ ċertifikat li jindika:

(a) l-isem, l-indirizz, in-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti, u d-data u l-post tat-twelid tas-sid benefiċjarju;

(b) l-isem u l-indirizz tal-aġent ta' pagament;

(c) in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fejn m'hemmx wieħed, l-identifikazzjoni tat-titolu.

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Għandu jinħareġ lil kwalunkwe sid benefiċjarju li jitolbu, f'xahrejn minn din it-talba.

▼B

Artikolu 14

Eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja

1.  L-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa ta' l-użufruttwarju għandu jassigura l-eliminazzjoni ta' kwalunkwe tassazzjoni doppja li tista' tirriżulta mill-imposizzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn imsejħa fl-Artikolu 11, skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2.   ►M4  Jekk pagament ta' imgħax attribwit lil sid benefiċjarju kien soġġett għal taxxa minn ras il-għajn fl-Istat Membru tal-aġent ta' pagament, l-Istat Membru tar-residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju għandu jagħtih kreditu tat-taxxa ugwali għall-ammont ta' taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu. ◄ Fejn dan l-ammont hu iżjed mill-ammont ta' taxxa dovuta skond il-liġi nazzjonali tiegħu, l-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa għandu jħallas lura l-ammont li jibqa' ta' taxxa miżmuma lill-użufruttwarju.

▼M4

3.  Jekk, minbarra t-taxxa minn ras il-għajn imsemmija fl-Artikolu 11, il-pagament ta' imgħax attribwit lil sid benefiċjarju kien soġġett għal kwalunkwe tip ieħor ta' taxxa minn ras il-għajn u l-Istat Membru tar-residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju jagħti kreditu tat-taxxa għal din it-taxxa minn ras il-għajn skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew konvenzjonijiet tat-tassazzjoni doppja, din it-taxxa minn ras il-għajn oħra għandha tiġi ikkreditata qabel ma tkun applikata l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.

▼B

4.  L-Istat Membru tar-residenza għal skopijiet ta' taxxa ta' l-użufruttwarju jista' jbiddel il-mekkaniżmu ta' kreditu tat-taxxa msejjaħ fil-paragrafi 2 u 3 b'rifond tat-taxxa minn ras il-għajn imsejħa fl-Artikolu 11.

Artikolu 15

Titoli ta' debitu negozjabbli

1.  Matul il-perjodu transitorju msejjaħ fl-Artikolu 10, imma sal-31 ta' Diċembru 2010 mill-aktar tard, bonds domestiċi u internazzjonali u titoli ta' debitu negozzjabbli oħra li ntħarġu għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Marzu 2001 jew għal liema l-prospetti oriġinali tal-ħruġ ġew approvati qabel dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE ( 8 ) jew mill-awtoritajiet responsabbli f'pajjiżi terzi m'għandhomx jiġu kkonsidrati bħala pretensjonijiet ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 6(1)(a), previst li l-ebda ħarġiet ġodda ta' dawn it-titoli ta' debitu negozjabbli huma magħmulin fl-1 ta' Marzu jew wara l-1 ta' Marzu 2002. Madankollu, jekk il-perjodu transitorju msejjaħ fl-Artikolu 10 ikompli 'il quddiem mill-31 ta' Diċembru 2010, id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw biss fir-rigward ta' dawk it-titoli ta' debitu negozjabbli:

— li jkunu jinsabu fihom klawżoli gross-up u ta' redenzjoni kmieni u

— fejn l-aġent ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4 hu stabbilit fi Stat Membru li japplika t-taxxa minn ras il-għajn imsejħa fl-Artikolu 11 u dak il-aġent ta' pagament iħalles imgħaxx lil, jew jiggarantixxi il-pagament ta' imgħaxx għall-vantaġġ immedjat ta', użufruttwarju residenti fi Stat Membru ieħor.

Jekk ħarġa oħra hi magħmula fl-1 ta' Marzu jew wara l-1 ta' Marzu 2002 ta' titolu ta' debitu negozjabbli msemmi hawn qabel maħruġ minn Gvern jew entità relatata li taġixxi bħala awtorità pubblika jew ir-rwol ta' liema hu rikonoxxut minn trattat internazzjonali, kif definit fl- ►M4  Anness III ◄ , il-ħarġa intiera ta' dan it-titolu, li jikkonsisti fil-ħarġa oriġinali u kwalunkwe ħarġa oħra, għandha tiġi kkonsidrata bħala pretensjoni ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 6(1)(a).

Jekk ħarġa oħra hi magħmula fl-1 ta' Marzu jew wara l-1 ta' Marzu 2002 ta' titolu ta' debiu negozjabbli msemmi hawn qabel maħruġ minn kwalunkwe korp ieħor li joħroġ mhux kopert mit-tieni subparagrafu, din il-ħarġa l-oħra għandha tiġi kkonsidrata bħala pretensjoni ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 6(1)(a).

2.  Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jipprevjeni Stati Membri milli jimponu taxxa fuq id-dħul mit-titoli ta' debitu negozjabbli msejħa fil-paragrafu 1 skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom.



KAPITOLU IV

MIXXELLANJU U DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Taxxi minn ras il-għajn oħa

Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi Stati Membri milli jintaxxaw tipi oħra ta' taxxa minn ras il-għajn minn dik imsejħa fl-Artikolu 11 skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom jew konvenzjonijiet tat-tassazzjoni doppja.

Artikolu 17

Trasposizzjoni

1.  Qabel l-1 ta' Jannar 2004 Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.

2.  Stati Membri għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill- ►M2  1 ta' Lulju 2005 ◄ previst li:

(i) il-Konfederazzjoni Svizzera, il-Prinċipalità ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipalità ta' Monako u l-Prinċipalità ta' Andorra japplikaw mill-istess data miżuri ekwivalenti għal dawk li jinsabu f'din id-Direttiva, skond ftehim magħmul minnhom mal-Komunità Ewropea, wara deċiżjonijiet unanimi tal-Kunsill;

(ii) il-ftehim kollu jew arranġamenti oħra qegħdin f'posthom, li jipprovdu li t-territorji dipendenti jew assoċjati rilevanti kollha (il-Gżejjer Channel, il-Gżira ta' Man u t-territorji dipendenti jew assoċjati fil-) japplikaw mill-istess data ta' l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fl-istess manjiera kif previst fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva, (jew, matul il-perjodu transitorju definit fl-Artikolu 10, japplikaw taxxa minn ras il-għajn bl-istess termini li jinsabu fl-Artikoli 11 u 12).

3.  Il-Kunsill għandu jiddeċidi, unanimament, mill-inqas sitt xhur qabel l-1 ta' Jannar 2005, jekk il-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ser tintlaħaq, waqt li jikkonsidra d-dati ta' dħul fis-seħħ tal-miżuri rilevanti fil-pajjiżi terzi u territorji dipendenti jew assoċjati in kwistjoni. Jekk il-Kunsill ma jiddeċidix li l-kondizzjoni ser tintlaħaq, għandu, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mil-Kummissjoni, jadotta data ġdida għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.

4.  Meta Stati Membri jadottaw id-disposizzjonijiet meħtieġa għal ħarsien ma' din id-Direttiva, għandha tkun tinsab fihom referenza għal din id-Direttiva jew tiġi akkumpanjata minn din ir-referenza fuq l-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-refernza għandha tiġi magħmula.

5.  Stati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni ta' dan u jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet ewlenin ta' liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u tabella ta' korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 18

Reviżjoni

►M4  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar l-operat ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness IV, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni. ◄ Fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tipproponi lill-Kunsill kwalunkwe emendamenti lid-Direttiva li jidhru li huma meħtieġa sabiex tkun assigurata aħjar it-tassazzjoni effettiva ta' ►C1  dħul minn tfaddil ◄ u biex tneħħi l-isfrattar mhux mixtieq tal-kompetizzjoni.

▼M4

Artikolu 18a

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18b(2), tadotta miżuri għall-għanijiet li ġejjin:

(a) l-ispeċifikar tal-fornituri tad-data li jistgħu jintużaw minn aġenti ta' pagament għall-ksib tal-informazzjoni neċessarja għat-trattament adatt, għall-finijiet tal-punti (b), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(b) l-istabbiliment ta' formats u arranġamenti prattiċi komuni meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9;

(c) it-tfassil ta' mudelli komuni għaċ-ċertifikati u dokumenti oħra li jiffaċilitaw l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari għad-dokumenti maħruġa fl-Istati Membri li jimponu t-taxxa minn ras il-għajn, li jintużaw għall-finijiet tal-Artikolu 14 mill-Istat Membru ta' residenza għall-finijiet tat-taxxa tas-sid benefiċjarju.

2.  Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista stipulata fl-Anness III fuq it-talba tal-Istati Membri direttament ikkonċernati;

Artikolu 18b

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Koperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni(“il-Kumitat”).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (EU) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin il-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

L-Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 2(3)

1. Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li l-post tal-istabbiliment jew il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġurisdizzjoni li jaqa' barra mill-ambitu territorjali ta' din id-Direttiva kif iddefinit fl-Artikolu 7 u li jkun differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 17(2):



Pajjiżi u ġurisdizzjonijiet

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Antigwa u Barbuda

International business company

Anjouan (il-Komoros)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Baħamas

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Foundation

International business company

Il-Baħrejn

Financial trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Barbados

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

International Society with Restricted Liability

Il-Beliże

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Bermuda

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

Il-Brunej

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

International trust

International Limited Partnership

Il-Gżejjer Cook

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International trust

International company (Kumpannija internazzjonali)

International partnership

Il-Kosta Rika

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija

Ġibuti

Kumpannija eżentata

Trust, irregolat b'liġi barranija

Dominika

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Fiġi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Polineżja Franċiża

Société (Kumpannija)

Société de personnes (Sħubija)

Société en participation (Joint venture)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Grenada

International business company

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Gwam

Company (Kumpannija)

Proprjetarju uniku

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gwatemala

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fundación (Fondazzjoni)

Ħong Kong

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija Privata Limitata

Kiribati

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Labuan (il-Malasja)

Kumpannija offshore

Malaysian offshore bank,

Offshore limited partnership

Offshore trust

Il-Libanu

Kumpanniji li jibbenefikaw mir-reġim tal-Kumpanniji Offshore

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Liberja

Kumpannija mhix residenti

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Macau

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fundação (Fondazzjoni)

Il-Maldivi

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

Foreign sales corporation (Korporazzjoni ta' bejgħ barrani)

Offshore banking corporation

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Gżejjer Marshall

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Mawrizju

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Global business company kategoriji 1 u 2

Il-Mikronesja

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi barranija

Nauru

Trust/nominee company

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Proprjetarju uniku

Wirt barrani

Proprjetà barranija

Forma oħra ta' kummerċ innegozjata mal-Gvern

Il-Kaledonja Ġdida

Société (Kumpannija)

Société civile (Kumpannija ċivili)

Société de personnes (Sħubija)

Joint venture

Suċċessjoni

Trust, irregolat b'liġi barranija

In-New Zealand

Trust, irregolat b'liġi barranija

In-Niue

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Il-Panama

Fideicomiso (Trust, irregolat b'liġi lokali) u trust irregolata b'liġi barranija

Fundación de interés privado (Fondazzjoni)

International business company

Il-Palau

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Proprjetarju uniku

Uffiċċju rappreżentattiv

Credit union (kooperattiva finanzjarja)

Kooperattiva

Trust, irregolat b'liġi barranija

Il-Filippini

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Puerto Rico

Estate

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International banking entity

St. Kittis-Nevis

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Foundation

Kumpannija eżentata

Sħubija b'Responsabbiltà Limitata Eżentata

Santa Lucija

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Saint Vincent u l-Grenadini

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

São Tomé u Príncipe

International business company

Trust, irregolat b'liġi barranija

Samoa

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International trust

International company (Kumpannija internazzjonali)

Offshore bank

Offshore insurance company

International partnership

Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Is-Seychelles

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Singapor

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Il-Gżejjer Solomon

Company (Kumpannija)

Partnership (Sħubija)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

L-Afrika t'Isfel

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Tonga

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Tuvalu

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Provident fund

L-Emirati Għarab Magħquda

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija offshore

L-Istat ta' Delaware (Stati Uniti tal-Amerka)

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata

L-Istat ta' Wyoming (Stati Uniti tal-Amerka)

Kumpannija b'Responsabbiltà Limitata

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

L-Urugwaj

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Sociedad Anónima Financiera de Inversión

Il-Vanwatu

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

International company (Kumpannija internazzjonali)

2. Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li l-post tal-istabbiliment jew il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom jinsab f'pajjiż jew ġurisdizzjoni elenkata fl-Artikolu 17(2), li għalihom japplika l-Artikolu 2(3) sakemm il-pajjiż jew il-ġurisdizzjoni jadotta/tadotta dipożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fl-Artikolu 4(2):



Pajjiżi u ġurisdizzjonijiet

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Andorra

Trust, irregolat b'liġi barranija

Angwilla

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

Aruba

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Stichting Particulier Fonds (Fondazzjoni privata)

Il-Gżejjed Verġni Brittaniċi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Il-Gżejjer Cayman

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Kumpannija eżentata

Guernsey

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Foundation

Isle of Man

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Jersey

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Company (Kumpannija)

Foundation

Il-Liechtenstein

Anstalt (Trust, irregolat b'liġi lokali) u trust irregolata b'liġi barranija

Stiftung (Fondazzjoni)

Monako

Trust, irregolat b'liġi barranija

Fondation (Fondazzjoni)

Montserrat

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

International business company

L-Antilli Olandiżi

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Stichting Particulier Fonds (Fondazzjoni privata)

San Marino

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Fondazione (Fondazzjoni)

Svizzera

Trust, irregolat b'liġi barranija

Foundation

Il-Gżejjer Turks u Caicos

Kumpannija eżentata

Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Trust, irregolat b'liġi lokali jew barranija




ANNESS II

Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 4(2)



Pajjiżi

Kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi

Kummenti

L-Istati Membri kollha tal-UE

Grupp Ewropew ta' Interess Ekonomiku (GEIE)

 

Belġju

— Société de droit commun/maatschap (Kumpannija ta' liġi ċivili jew kumpannija kummerċjali mingħajr ebda status ġuridiku)

— Société momentanée/tijdelijke handelsvennootschap (Kumpannija mingħajr ebda status ġuridiku li l-għan tagħha huwa li tittratta operazzjoni kummerċjali speċifika waħda jew diversi.)

— Société interne/stille handelsvennootschap (Kumpannija mingħajr status ġuridiku li permezz tagħha persuna waħda jew aktar ikollha interess f'operazzjonijiet li persuna waħda oħra jew aktar tamministra f'isimhom)

Inkluża biss jekk l-operatur ekonomiku upstream li jagħmlilha l-pagament tal-imgħax, jew li jattribwilha l-pagament, ma jkunx stabbilixxi l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji tagħha kollha, inkella taqa' fil-punt (d) tal-Artikolu 4(2).

Dawn il-“kumpanniji” (li isimhom jingħata bil-Franċiż u l-Olandiż) m'għandhomx status ġuridiku, u mil-lat ta' tassazzjoni, huwa applikabbli metodu ta' trasparenza.

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Bulgarija

— Дружество със специална инвестиционна цел (Kumpannija ta' investiment bi skop speċjali)

— Инвестиционно дружество (Kumpannija ta' investiment, mhux koperta mill-Artikolu 6)

Eżenzjoni ta' entità mit-taxxa tal-kumpanniji

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

Ħlief jekk it-trustee jista' juri bil-provi li t-trust ikun attwalment soġġetti għat-tassazzjoni fuq id-dħul Bulgara

Repubblika Ċeka

— Veřejná obchodní společnost (veř. obch. spol. or v.o.s.) (Sħubija)

— Sdružení (Assoċjazzjoni)

— Komanditní společnost

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Danimarka

— Interessentskab (Sħubija ġenerali)

— Kommanditselskab (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

— Kommanditaktieselskab/Partnerselskab

— Partrederi

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Ġermanja

— Gesellschaft bürgerlichen Rechts (Kumpannija tal-liġi ċivili)

— Kommanditgesellschaft — KG, offene Handelsgesellschaft — OHG (Sħubija kummerċjali)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Estonja

— Seltsing (Sħubija)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Irlanda

—  Partnership and investment club

Trustee residenti Irlandiż ġeneralment huwa taxxabbli fuq dħul li jirriżulta mit-trust. Madankollu, meta l-benefiċjarju jew it-trustee jkun resident mhux Irlandiż, dħul mis-sors Irlandiż li jinħoloq f'dawn il-każijiet biss huwa taxxabbli.

Greċja

— Ομόρρυθμος εταιρεία (OE) (Sħubija ġenerali)

— Ετερόρρυθμος εταιρεία (EE) (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Is-sħubiji huma soġġetti għal taxxa tal-kumpanniji. Madankollu, sa 50 % tal-profitti tas-sħubiji huma taxxabbli fl-idejn tas-sieħba individwali bir-rata ta' taxxa personali tagħhom

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Spanja

— Entitajiet soġġetti għas-sistema ta' taxxa fuq id-distribuzzjoni tal-profitti:

— 

— Sociedad civil con o sin personalidad jurídica (Soċjetà ta' liġi ċivili b'personalità ġuridika jew mingħajrha),

— Herencias yacentes (Suċċessjoni),

— Comunidad de bienes (Sjieda konġunta).

— Entitajiet oħra mingħajr personalità ġuridika li jikkostitwixxu unità ekonomika separata jew grupp separat ta' assi (l-Artikolu 35(4) tal-Ley General Tributaria).

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Franza

— Société en participation (Kumpannija joint venture)

— Société ou association de fait (Kumpannija de facto)

— Indivision (Sjieda konġunta)

— Fiducie

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Italja

—  Is-sħubiji tal-liġi Ċivili u l-entitajiet assimilati kollha

Il-kategorija tas-sħubiji tal-liġi Ċivili tinkludi: “società in accomandita semplice”, “società semplici”, associazioni (assoċjazzjonijiet) fost artisti jew professjonisti għall-prattika tal-arti jew il-professjoni tagħhom, mingħajr personalità legali “società in nome collettivo”, “società di fatto” (sħubiji irregolari jew “de facto”) u “società di armamento”

—  Kumpanniji b'numru limitat ta' azzjonisti li jagħżlu t-trasparenza fiskali

Ir-reġim ta' trasparenza fiskali' jista' jiġi adottat minn kumpanniji b'responsabbiltà limitata jew soċjetajiet kooperattivi li l-membri tagħhom huma individwi (Artikolu 116 tat-TUIR).

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

Ħlief jekk it-trustee jista' jipprovdi dokumentazzjoni li turi li t-trust huwa resident fisakalment u soġġett għal taxxa tal-kumpanniji effettiva fl-Italja.

Ċipru

— Συνεταιρισμός (Sħubija)

— Σύνδεσμος jew σωματείο (Assoċjazzjoni)

 

—  Συνεργατικές (Kooperattiva)

Transazzjonijiet ma' membri biss.

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Trusts maħluqa taħt il-ġurisdizzjoni Ċiprijotta huma kkunsidrati bħala entitajiet trasparenti taħt il-liġi nazzjonali.

Latvja

— Pilnsabiedrība (Sħubija ġenerali)

— Komandītsabiedrība (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

— Biedrība un nodibinājums (Assoċjazzjoni u fondazzjoni);

— Lauksaimniecības kooperatīvs (Kooperattiva Agrikola)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Litwanja

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Lussemburgu

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Ungerija

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

L-Ungerija tirrikonoxxi trusts bħala “entitajiet” taħt ir-regoli nazzjonali

Malta

— Soċjetà In Akkomandita (Partnership “en commandite”), li l-kapital tagħha mhuwiex diviż f'ishma

— Arrangement in participation (Association “en participation”)

— Soċjetà Kooperattiva

Sħubiji “en commandite” li l-kapital tagħhom huwa diviż f'ishma huma soġġetti għas-CIT ġenerali.

Olanda

— Vennootschap onder firma (Sħubija ġenerali)

— Commanditaire vennootschap (Sħubija b'responsabbiltà limitata magħluqa)

Sħubiji ġenerali, sħubiji magħluqa u GIEE huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.

— Vereniging (Assoċjazzjoni)

— Stichting (Fondazzjoni)

Verenigingen (Assoċjazzjonijiet) u stichtingen (fondazzjonijiet) huma eżenti mit-taxxa sakemm huma ma jwettqux il-kummerċ jew in-negozju.

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Awstrija

— Offene Gesellschaft (OG) (sħubija ġenerali)

— Offene Handelsgesellschaft (OHG) (sħubija kummerċjali)

— Kommanditgesellschaft (KG) (sħubija b'responsabbiltà limitata)

— Gesellschaft nach bürgerlichem Recht (sħubija tal-liġi ċivili)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Polonja

— Spólka jawna (Sp. j.) (Sħubija ġenerali)

— Spólka komandytowa (Sp. k.) (sħubija b'responsabbiltà limitata)

— Spólka komandytowo-akcyjna (S.K.A.) (sħubija b'responsabbiltà limitata bi stokk konġunt)

— Spólka partnerska (Sp. p.) (sħubija professjonali)

— Spolka cywilna (s.c.) (kumpannija tal-liġi ċivili)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Portugall

— Sħubiji tal-liġi ċivili li mhumiex inkorporati f'forma kummerċjali

— Ditti inkorporati impenjati f'attivitajiet professjonali kkwotati li fihom is-sieħba kollha jkunu individwi kwalifikati fl-istess professjoni

— Kumpanniji li huma sempliċiment fil-pussess ta' assi li huma jew ikkontrollati minn grupp tal-familja jew li s-sidien tagħhom huma ħames membri jew inqas;

 

—  Kumpanniji b'liċenzja biex joperaw fl-International Business Centre ta' Madeira li huma eliġibbli għal eżenzjoni mill-IRC (l-Artikolu 33 tal-EBF)

L-Artikolu 33 tal-EBF, applikabbli għal kumpanniji b'liċenzja sal-31 ta' Diċembru 2000, jipprevedi eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji sal-31 ta' Diċembru 2011.

—  Assoċjazzjonijiet mhux inkorporati

 

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

L-uniċi trusts permessi taħt il-liġi Portugiża huma dawk stabbiliti taħt il-liġi barranija minn persuni ġuridiċi fl-International Business Centre ta' Madeira.

Rumanija

— Assoċjazzjoni (sħubija)

— Cooperative (Kooperattiva)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Slovenja

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Repubblika Slovakka

— Verejná obchodná spoločnosť (Sħubija ġenerali)

— Komanditná spoločnosť (Sħubija limitata)

— Združenie (Assoċjazzjoni)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Finlandja

— avoin yhtiö/öppet bolag (Sħubija)

— kommandiittiyhtiö/kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Svezja

— handelsbolag (Sħubija ġenerali)

— kommanditbolag (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

— enkelt bolag (Sħubija sempliċi)

— “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi barranija

 

Renju Unit

— General partnership (Sħubija ġenerali)

— Limited partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

— Limited liability partnership (Sħubija b'responsabbiltà limitata)

Sħubiji ġenerali, sħubiji b'responsabbiltà limitata; sħubiji b'responsabbiltà limitata huma trasparenti għall-finijiet ta' taxxa.

—  Investment club (Klabb ta' investiment) (fejn il-membri huma intitolati għal sehem speċifiku tal-assi)

 

Ġibiltà (1)

—  “Trust” jew arranġament ġuridiku simili ieħor, irregolat b'liġi lokali jew barranija

Dħul minn trust huwa eżenti mit-taxxa skont ir-Regoli tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1992 jekk:

(a)  it-trust jinħoloq minn jew f'isem persuna non-residenti; u

(b)  id-dħul

— huwa akkumulat jew derivat barra minn Ġibiltà, jew

— huwa riċevut minn trust u jekk ikun ġie riċevut direttament mill-benefiċjarju, huwa ma jkollux iħallas it-taxxa skont l-Ordinanza dwar it-Taxxa fuq id-Dħul.

Dan ma japplikax jekk it-trust kien maħluq qabel l-1 ta' Lulju 1983 u t-termini tat-trust jeskludu espressament ir-residenti ta' Ġibiltà bħala benefiċjarji.

(1)   Ir-Renju Unit huwa l-Istat Membru responsabbli għar-relazzjonijiet esterni ta' Ġibiltà, skont it-termini tal-Artikolu 355(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.




▼M4

ANNESS III

▼B

LISTA TA' ENTITAJIET RELATATI MSEJĦA FL-ARTIKOLU 15

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 15, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu kkonsidrati li huma “entità relatata li taġixxi bħala awtorità pubblika jew ir-rwol ta' liema hu rikonoxxut minn trattat internazzjonali”:

— entitajiet fl-Unjoni Ewropea:

— 



Il-Belġju

Vlaams Gewest (Ir-Reġjun tal-Flemish)

Région wallonne (Ir-Reġjun ta' Walloon)

Région bruxelloise/Brussels Gewest (Ir-Reġjun ta' Brussels)

Communauté française (Il-Komunità Franċiża)

Vlaamse Gemeenschap (Il-Komunità Flemish)

Deutschsprachige Gemeinschaft (Il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż)

▼M3

Il-Bulgarija

Общините (muniċipalitajiet)

Социалноосигурителни фондове (Fondi tas-SigurtàSoċjali)

▼B

L-Ispanja

Xunta de Galicia (L-Esekuttiv Reġjunali ta' Galicia)

Junta de Andalucía (L-Esekuttiv Reġjunali ta' Andalusia)

Junta de Extremadura (L-Esekuttiv Reġjunali ta' Extremadura)

Junta de Castilla-La Mancha (L-Esekuttiv Reġjunali ta' Castilla-La Mancha)

Junta de Castilla-León (L-Esekuttiv Reġjunali ta' Castilla-León)

Gobierno Foral de Navarra (Il-Gvern Reġjunali ta' Navarre)

Govern de les Illes Balears (Il-Gvern tal-Gżejjer Balears)

Generalitat de Catalunya (Il-Gvern Awtonomu ta' Catalonia)

Generalitat de Valencia (Il-Gvern Awtonomu ta' Valencia)

Diputación General de Aragón (Il-Kunsill Reġjunali ta' Aragon)

Gobierno de las Islas Canarias (Il-Gvern tal-Gżejjer Canary)

Gobierno de Murcia (Il-Gvern ta' Murcia)

Gobierno de Madrid (Il-Gvern ta' Madrid)

Gobierno de la Comunidad Autónoma del País Vasco/Euzkadi (Il-Gvern tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż tal-Basque)

Diputación Foral de Guipúzcoa (Il-Kunsill Reġjunali ta' Guipúzcoa)

Diputación Foral de Vizcaya/Bizkaia (Il-Kunsill Reġjunali ta' Vizcaya)

Diputación Foral de Alava (Il-Kunsill Reġjunali ta' Alava)

Ayuntamiento de Madrid (Il-Kunsill Muniċipali ta' Madrid)

Ayuntamiento de Barcelona (Il-Kunsill Muniċipali ta' Barcelona)

Cabildo Insular de Gran Canaria (Il-Kunsill tal-Gżira ta' Gran Canaria)

Cabildo Insular de Tenerife (Il-Kunsill tal-Gżira ta' Tenerife)

Instituto de Crédito Oficial (Istituzzjoni tal-Kreditu Pubbliku)

Instituto Catalán de Finanzas (Istituzzjoni tal-Finanzi ta' Catalonia)

Instituto Valenciano de Finanzas (Istituzzjoni tal-Finanzi ta' Valencia)

Il-Greċja

Οργανισμός Τηλεπικοινωνιών Ελλάδος (Organizzazzjoni tat-Telekomunikazzjonijiet Nazzjonali)

Οργανισμός Σιδηροδρόμων Ελλάδος (Organizzazzjoni tal-Ferroviji Nazzjonali)

Δημόσια Επιχείρηση Ηλεκτρισμού (Kumpannija ta' l-Eletrikku Pubblika)

Il-Franza

La Caisse d'amortissement de la dette sociale (CADES) (Fond għall-Fidi tad-Dejn Soċjali)

L'Agence française de développement (AFD) (Aġenzija għall-Iżvilupp Franċiż)

Réseau Ferré de France (RFF) (Network tal-Ferroviji Franċiża)

Caisse Nationale des Autoroutes (CNA) (Fond Nazzjonali ta' l-Awtostradi)

Assistance publique Hôpitaux de Paris (APHP) (Assistenza Pubblika ta' l-Isptarijiet ta' Pariġi)

Charbonnages de France (CDF) (Il-Bord tal-Faħam Franċiż)

Entreprise minière et chimique (EMC) (Kumpannija tal-Minjieri u l-Kimiċi)

L-Italja

Reġjuni

Provinċi

Muniċipalitajiet

Cassa Depositi e Prestiti (Fond tad-Depożiti u s-Self)

▼M1

il-Latvja

Pašvaldības (Local governments)

il-Polonja

gminy (communes)

powiaty (districts)

województwa (provinces)

związki gmin (associations of communes)

powiatów (association of districts)

województw (association of provinces)

miasto stołeczne Warszawa (capital city of Warsaw)

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa (Agency for Restructuring and Modernisation of Agriculture)

Agencja Nieruchomości Rolnych (Agricultural Property Agency)

▼B

Il-Portugall

Região Autónoma da Madeira (Ir-Reġjun Awtonomu ta' Madeira)

Região Autónoma dos Açores (Ir-Reġjun Awtomomu ta' Azores)

Muniċipalitajiet

▼M3

Ir-Rumanija

autoritățile administrației publice locale (awtoritajiet ta' l-amministrazzjoni pubblika lokali)

▼M1

is-Slovakkja

mestá a obce (municipalities)

Železnice Slovenskej republiky (Slovak Railway Company)

Štátny fond cestného hospodárstva (State Road Management Fund)

Slovenské elektrárne (Slovak Power Plants)

Vodohospodárska výstavba (Water Economy Building Company).

▼B

— entitajiet internazzjonali:

— 

Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

Il-Bank ta' l-Iżvilupp ta' l-Asia

Il-Bank ta' l-Iżvilupp Afrikan

Il-Bank Dinji/IBRD/IMF

Il-Korporazzjoni Internazzjonali tal-Finanzi

Il-Bank ta' l-Iżvilupp Inter-Amerikan

Il-Fond ta' l-Iżvilupp Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa

Il-Euratom

Il-Komunità Ewropea

Corporación Andina de Fomento (CAF) (Il-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp ta' l-Andea)

Il-Eurofima

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

Il-Bank Nordiku ta' l-Investiment

Il-Bank Karibbew ta' l-Iżvilupp

— Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligazzjonijiet internazzjonali li Stati Membri setgħu daħlu għalihom fir-rigward ta' l-entitajiet internazzjonali msemmija hawn fuq

— entitajiet f'pajjiżi terzi:

— Dawk l-entitajiet li jilħqu l-kriterji li ġejjin:

— 

1. l-entità hi kkonsidrata bħala entità pubblika b'mod ċar skond il-kriterji nazzjonali;

2. dik l-entità pubblika mhijiex produttriċi għas-suq li tamministra u tiffinanzja grupp ta' attivitajiet, prinċipalment billi tipprovdi merkanzija u servizzi mhux għas-suq, maħsuba għall-benfiċċju tal-komunità u li huma kkontrollati effettivament minn gvern ġenerali;

3. dik l-entità pubblika hi waħda li toħroġ id-debitu b'mod kbir u regolari;

4. l-Istat in kwistjoni hu kapaċ jiggarantixxi li dik l-entità pubblika m'hijiex ser teserċita fidi kmieni fil-każ ta' klawżoli gross-up.

▼M4




ANNESS IV

LISTA TA' ELEMENTI GĦALL-FINIJIET TA' STATISTIKA LI GĦANDHOM IKUNU PPROVDUTI ANNWALMENT MILL-ISTATI MEMBRI LILL-KUMMISSJONI

1.    Elementi ekonomiċi

1.1.   It-taxxa minn ras il-għajn:

Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni stipulati fil-Kapitolu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsum skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitlu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mal-Istati Membri l-oħra mit-taxxa minn ras il-għajn miġbura skont l-Artikolu 11(5).

Data dwar l-ammonti totali miġbura mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tintbagħat ukoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-bilanċ tal-pagamenti.

1.2.   Ammont ta' pagamenti ta' imgħax/dħul mill-bejgħ:

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax fit-territorju tagħhom li huwa soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ fit-territorju tagħhom li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji.

Għal Stati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu l-mekkaniżmu ta' żvelar volonatrju, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax soġġett għal skambju ta' informazzjoni, maqsum skont it-tip ta' pagamenti ta' imgħax skont il-kategoriji stipulati fl-Artikolu 8(2).

Id-data marbuta mal-ammonti totali ta' pagamenti ta' imgħax u dħul mill-bejgħ, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti.

1.3.   Sid benefiċjarju:

Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' sidien benefiċjarji residenti fi Stati Membri oħra u Territorji Dipendenti u Assoċjati, maqsuma skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza.

1.4.   Aġenti ta' pagament:

Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' aġenti ta' pagament (għal kull Stat Membru li jibgħat) involuti fl-iskambju ta' informazzjoni jew taxxa minn ras il-għajn għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

1.5.   Aġenti ta' pagament b'riċevuta:

Għall-Istati Membri, l-għadd ta' aġenti ta' pagament b'riċevuta li jkunu rċevew pagamenti ta' imgħax skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4). Dan jikkonċerna kemm lill-Istati Membri li jibagħtu, li fihom ikunu saru l-pagamenti ta' imgħax lil aġenti ta' pagament b'riċevuta li l-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun fi Stati Membri oħra, kif ukoll lill-Istati Membri li jirċievu, li jkollhom entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi bħal dawn fit-territorju tagħhom.

2.    Elementi tekniċi

2.1.   Rekords:

Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju tal-Artikolu 13, l-għadd ta' rekords mibgħuta u riċevuti. Rekord wieħed ifisser pagament wieħed għal sid benefiċjarju wieħed.

2.2.   Rekords ipproċessati/ikkoreġuti:

Għadd u perċentwal ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li jistgħu jkunu pproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords invalidi b'mod sintattiku li ma jistgħux ikunu pproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords mhux ipproċessati;

Għadd u perċentwal ta' rekords ikkoreġuti wara talba għal dan;

Għadd u perċentwal ta' rekords ikkoreġuti spontanjament;

Għadd u perċentwal ta' rekords ipproċessati b'suċċess;

3.    Elementi mhux obbligatorji:

3.1. Għall-Istati Membri, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax lil entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2), maqsum skont l-Istat Membru tal-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità.

3.2. Għall-Istati Membri, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ lil entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 4(2), maqsum skont l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-entità.

3.3. L-ishma rispettivi tat-taxxa totali annwali miġbura minn residenti li jħallsu t-taxxa fuq pagamenti ta' imgħax li sarulhom minn aġenti ta' pagament domestiċi u minn aġenti ta' pagament barranin.



( 1 ) ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 259.

( 2 ) ĠU C 47 E, tas-27.2.2003, p. 553.

( 3 ) ĠU C 48, tal-21.2.2002, p. 55.

( 4 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

( 5 ) ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

( 6 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

( 7 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 8 ) ĠU L 100, tas-17.4.1980, p. 1. Id-Direttiva mħassra mid-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1).