Brussell, 9.10.2026

COM(2026) 950 final

2026/0314(BUD)

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU NRU 3
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2026

Aġġustamenti tan-nefqa, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra


Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,

‒Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

‒il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026, kif adottat fis-26 ta’ Novembru 2025 3 ,

–il-baġit emendatorju Nru 1/2026, adottat fis-7 ta’ Lulju 2026 4 ,

–il-baġit emendatorju Nru 2/2026, adottat fil-15 ta’ Settembru 2026 5 ,

–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-“Regolament dwar il-kondizzjonlaità”) 6 , u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

–Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 7 , u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

–Il-Proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tat-23 ta’ Settembru 2026 8 .

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-baġit tal-2026.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    Aġġornament ta’ partiti tan-nefqa    

2.1    Żieda fil-ħtiġijiet f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-koeżjoni u l-iżvilupp rurali    

2.2    Introduzzjoni mill-ġdid ta’ impenji sospiżi għall-Ungerija    

2.3    Aġġornament tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd    

2.4    Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija    

2.5    Tisħiħ tal-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku    

2.6    Ritorn ta’ riżerva – Nefqa ta’ appoġġ għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni    

2.7    Aġġustamenti addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati    

3.    Aġġornament tad-Dħul    

3.1    Multi u pagamenti ta’ penali    

3.2    Riżorsi Proprji Tradizzjonali – Surplus    

3.3    Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2026    

4.    Finanzjament    

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    



MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3 għas-sena 2026 jaġġorna kemm in-naħa tad-dħul kif ukoll dik tan-nefqa tal-baġit.

Fir-rigward tan-naħa tan-nefqa, l-ABE 3/2026 jinkludi l-elementi speċifiċi li ġejjin:

–tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 4,2 biljun, li minnhom EUR 2 biljun għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), EUR 2 biljun għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u EUR 0,2 biljun għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

–Introduzzjoni mill-ġdid fil-baġit tal-impenji baġitarji skont tliet programmi operazzjonali Ungeriżi fil-Politika ta’ Koeżjoni li għadhom sospiżi skont miżura stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, soġġetta għat-tneħħija mill-Kunsill ta’ dik il-miżura kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità;

–Aġġornament tal-ħtiġijiet għall-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs), filwaqt li jitqies li diversi ftehimiet u l-protokolli relatati mhux se jiġu konklużi fl-2026, u tal-ħtiġijiet għall-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd peress li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-2026 għall-baġits rispettivi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet hija ffinalizzata;

–Tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) biex jiġi żgurat ir-rimborż f’waqtu tan-nefqa lill-Istati Membri;

–Tisħiħ tal-miżuri ta’ emerġenza taħt il-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku biex ikunu kofinanzjati l-miżuri implimentati mill-Istati Membri wara tifqigħat ta’ mard tal-annimali inklużi l-Influwenza Avjarja b’Patoġeniċità Għolja u d-Deni tal-Ħnieżer Afrikan;

–Ritorn mir-riżerva għal-linja operazzjonali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tar-Regolament dwar ir-ritorn ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi;

–Aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-UE lil diversi aġenziji deċentralizzati, marbut mal-implimentazzjoni jew raġunijiet speċifiċi oħra, kif ġej:

–Ritorn f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-programm LIFE. Minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pakkett “Sustanza Waħda, Valutazzjoni Waħda” (OSOA), l-aġenzija mhux se jkollha bżonn l-approprjazzjonijiet korrispondenti;

–Ritorn f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-programm l-UE għas-Saħħa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), minħabba ħtiġijiet imnaqqsa għall-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-Att dwar il-Mediċini Kritiċi;

–Ritorn f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-programm tad-dwana mill-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea (EUCA), minħabba dewmien fl-istabbiliment tal-aġenzija;

–Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) u aġġustament tat-tabella tal-persunal tagħha wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea.

Kumplessivament, l-impatt nett ta’ dan l-ABE fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 2 180 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u żieda ta’ EUR 4 162 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Fuq in-naħa tad-dħul, dan l-ABE jinkorpora EUR 4 765 miljun addizzjonali ta’ multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sat-30 ta’ Settembru 2026 u EUR 1 100 miljun tas-surplus stmat tar-RPT. L-impatt kumplessiv fuq in-naħa tad-dħul huwa għalhekk tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 1 703 miljun.

2.Aġġornament ta’ partiti tan-nefqa

2.1    Żieda fil-ħtiġijiet f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-koeżjoni u l-iżvilupp rurali

It-“Trasferiment globali” huwa eżerċizzju annwali organizzat fil-Kummissjoni li għalih id-Direttorati Ġenerali u s-Servizzi kollha huma mitluba jirrieżaminaw sa kmieni f’Settembru l-implimentazzjoni tal-pagamenti rispettiva tagħhom tal-baġit kurrenti sal-aħħar tas-sena kkonċernata. Dan l-eżerċizzju għandu l-għan li jiddetermina l-ħtiġijiet eżatti u jiżgura l-implimentazzjoni massima tal-baġit f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fi tmiem is-sena billi jqabbel il-ħtiġijiet addizzjonali mas-sottoimplimentazzjoni mistennija. Talba għal trasferiment skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju tiġi ppreżentata kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala riżultat.

L-eżerċizzju ta’ “Trasferiment globali” wera li l-baġit ivvutat li jifdal u d-dħul assenjat disponibbli mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ pagament stmati sa tmiem is-sena għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ dawn il-programmi kif ġej: 

·FEŻR u FSE+

L-arretrat ta’ talbiet għal pagament għall-koeżjoni fi tmiem l-2025 kien ta’ EUR 18-il biljun. Fl-istennija ta’ aktar informazzjoni dwar il-ħtiġijiet finali għall-2026, il-Baġit Emendatorju 2/2026 diġà kien jinkludi tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-politika ta’ koeżjoni ta’ EUR 5,36 biljun.

Jidher b'mod ċar , li l-implimentazzjoni fil-prattika qed taċċellera: l-awtoritajiet tal-programm diġà għażlu proġetti li jkopru 74 % tal-pakkett tal-politika ta’ koeżjoni, meta mqabbla ma’ 50 % fl-istess żmien is-sena l-oħra. L-aħħar previżjonijiet tal-Istati Membri minn Lulju 2026 jindikaw ukoll il-ħtieġa għal tisħiħ ulterjuri. It-tisħiħ propost ta’ EUR 4 biljun għall-koeżjoni għandu l-għan li jnaqqas l-arretrat ta’ tmiem l-2026 għall-livell fi tmiem l-2025, li se jtaffi wkoll il-pressjoni fuq il-baġit tal-2027.

·FAEŻR

Aktar kmieni din is-sena, l-Istati Membri kienu diġà rrevedew ’il fuq il-previżjonijiet tagħhom għall-2026 għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-2023–2027 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li għalihom il-Baġit Emendatorju 2/2026 kien jinkludi l-ewwel żieda ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 2,2 biljun. Ix-xejra hija kkonfermata mill-aħħar previżjonijiet tal-Istati Membri għall-interventi għall-iżvilupp rurali skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK kif ippreżentati f’Awwissu 2026: huwa identifikat nuqqas ta’ EUR 435 miljun, li minnhom EUR 229 miljun huma inklużi fit-Trasferiment Globali u l-ammont li jifdal ta’ EUR 206 miljun huwa mitlub f’dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju.

Iż-żieda dettaljata fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba f’dan l-ABE 3/2026 tinsab hawn taħt:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

05 02 01

FEŻR – Nefqa operazzjonali

0

2 000 000 000

07 02 01

Fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża – Nefqa operazzjonali

0

2 000 000 000

08 03 01 01

Tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

0

206 005 299

Total    

0

4 206 005 299

2.2    Introduzzjoni mill-ġdid ta’ impenji sospiżi għall-Ungerija

Fil-15 ta’ Diċembru 2022, wara proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità 9 biex jissospendi 55 % tal-impenji baġitarji allokati lill-Ungerija taħt il-Programm Operazzjonali għall-Ambjent u l-Effiċjenza Enerġetika Plus, il-Programm Operazzjonali għat-Trasport Integrat Plus u l-Programm Operazzjonali għall-Iżvilupp Territorjali u tal-Abitat Plus 10 .

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, fid-9 ta’ Settembru 2026 l-Ungerija bagħtet notifika bil-miktub lill-Kummissjoni fejn talbet it-tneħħija tal-miżuri adottati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-2022. Fit-23 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni adottat il-proposta 11 tagħha lill-Kunsill, li sabet li l-Ungerija kienet indirizzat b’mod adegwat it-tħassib li wassal għall-adozzjoni ta’ miżuri protettivi u b’hekk irrakkomandat li dawn jitneħħew.

F’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, meta jitneħħew il-miżuri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-impenji, l-ammonti li jikkorrispondu għall-impenji sospiżi għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni, soġġett għall-Artikolu 6 tar-Regolament QFP. Barra minn hekk, skont l-istess artikolu, l-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit wara s-sena n+2. B’riżultat ta’ dan, l-impenji sospiżi għas-snin 2022 u 2023 diġà ġew ikkanċellati b’mod definittiv.

Jekk il-Kunsill issa jiddeċiedi – abbażi tal-proposta mill-Kummissjoni – li s-sospensjoni tal-impenji trid titneħħa, l-impenji sospiżi taħt il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għas-snin 2024 u 2025 jeħtieġ li jerġgħu jkunu rikostitwiti fil-baġit. Immedjatament wara d-deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni se tadotta aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex jiżdiedu l-limiti massimi tal-QFP, sabiex ir-rikostituzzjonijiet ta’ hawn fuq ikunu jistgħu jseħħu.

Abbażi ta’ dan, dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju jipproponi li l-ammonti sospiżi għall-2024 u l-2025 jerġgħu jkunu rikostitwiti fil-baġit għall-2026, bil-kondizzjoni li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni tiegħu li jneħħi l-miżura ta’ sospensjoni, u li jagħmel dan f’perjodu ta’ żmien li xorta jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw dan il-baġit emendatorju qabel tmiem is-sena.

Għaldaqstant, l-impatt kumplessiv fuq in-nefqa – kondizzjonali fuq dak li ntqal hawn fuq – huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

05 02 01

FEŻR – Nefqa operazzjonali

1 581 014 834

0

05 03 01

Fond ta’ Koeżjoni (FK) – Nefqa operazzjonali

493 160 347

0

07 02 01

Fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża – Nefqa operazzjonali

105 527 341

0

09 03 01

Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) – Nefqa operazzjonali

21 462 250

0

Total    

2 201 164 772

0

2.3    Aġġornament tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd

Il-Kummissjoni eżaminat l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar Sajd Sostenibbli (SFPAs) u rrieżaminat il-ħtiġijiet mistennija għall-2026 abbażi tal-iżviluppi fin-negozjati mal-pajjiżi terzi involuti. Abbażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni ma tistenniex li l-protokolli mal-Gabon, mal-Mauritania u mal-Marokk jiġu ffirmati fl-2026 kif kien previst inizjalment. B’riżultat ta’ dan, il-ħtiġijiet fl-2026 se jitnaqqsu b’EUR 107,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 82,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Fl-istess ħin, ġie identifikat surplus ta’ EUR 0,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 0,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-linja baġitarja tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Dan jirriżulta minn ħtiġijiet aktar baxxi milli kien previst inizjalment, wara l-adozzjoni tal-baġits tal-2026 mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd rispettivi.

Ir-riżultat nett iżid il-marġni ta’ impenn taħt il-limitu massimu fl-Intestatura 3 b’EUR 108,4 miljun. Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 08 05 01)

-107 682 600

-82 882 600

08 05 02

Promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli għall-ġestjoni tas-sajd u l-governanza marittima bi qbil mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) (kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-korpi internazzjonali)

-755 016

-169 238

Total    

-108 437 616

-83 051 838

2.4    Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

Il-previżjonijiet tal-Istati Membri sa tmiem is-sena għan-nefqa tal-FAEG jindikaw livell għoli ħafna ta’ eżekuzzjoni tal-finanzjament disponibbli bħalissa. L-estimi riveduti juru li n-nefqa relatata mas-suq, b’mod partikolari fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, se tkun ogħla minn dik ibbaġitjata. Fl-istess ħin, abbażi ta’ analiżi dettaljata tal-ammonti residwi dovuti għal kull Stat Membru flimkien mal-possibbiltajiet ta’ tpaċija, huwa mistenni li jinġabar ammont kumplessiv aktar baxx ta’ dħul assenjat fl-2026. In-nuqqas li jirriżulta huwa parzjalment ikkumpensat minn estimi aktar baxxi għall-pagamenti diretti u l-korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri, wara deċiżjonijiet favorevoli, iżda għad hemm diskrepanza netta ta’ EUR 40 miljun.

Biex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ approprjazzjonijiet u jiġi żgurat rimborż f’waqtu tan-nefqa tal-FAEG lill-Istati Membri, qed jintalab tisħiħ ta’ EUR 40 miljun mill-marġni taħt is-sublimitu tal-FAEG fl-intestatura 3.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

08 02 02 01

Settur tal-frott u l-ħxejjex

40 000 000

40 000 000

Total    

40 000 000

40 000 000

2.5    Tisħiħ tal-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku

Il-fergħa tal-Katina Alimentari tal-Programm tas-Suq Uniku tappoġġa l-miżuri ta’ emerġenza tal-Istati Membri għat-tifqigħat tal-mard tal-annimali.

L-Unjoni qed tiffaċċja pressjoni sostnuta u bla preċedent minn tifqigħat kbar ta’ mard tal-annimali, b’mod partikolari l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, id-deni tal-ħnieżer Afrikan, il-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-infafet fil-ġilda. Matul il-perjodu 2021–2026, l-għadd ta’ tifqigħat tal-Influwenza Avjarja b’Patoġeniċità Għolja mmultiplika b’sitta meta mqabbel mal-QFP preċedenti 2014–2020, u l-għadd ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan kważi rdoppja. Il-Kummissjoni tappoġġa l-miżuri essenzjali ta’ emerġenza meħtieġa biex jitrażżnu dawn it-tifqigħat u jiġu limitati l-impatti sanitarji, ekonomiċi u kummerċjali tagħhom, permezz ta’ rimborżi ex post. Dawn il-miżuri jillimitaw ir-riskju ta’ aktar tixrid u kostijiet ogħla fi stadju aktar tard, li jkollhom konsegwenzi sinifikanti għall-funzjonament tas-Suq Uniku, għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u saħansitra għas-saħħa tal-bniedem.

Mill-2021, diġà ġew mobilizzati EUR 482 miljun taħt il-Programm tas-Suq Uniku għal dan l-għan. Madankollu, iż-żieda qawwija fil-frekwenza, l-iskala u l-kost tat-tifqigħat qabżet bil-kbir ir-riżorsi disponibbli taħt il-fergħa tal-Katina Alimentari. B’riżultat ta’ dan, ir-rati ta’ kofinanzjament diġà kellhom jitnaqqsu minn 50–75 % fil-passat għal 20–30 % għat-tifqigħat mill-2023 ’il quddiem. Minkejja dan it-tnaqqis, l-obbligi pendenti għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati u futuri huma stmati għal madwar EUR 430 miljun, li għalihom madwar EUR 305 miljun biss f’approprjazzjonijiet huma attwalment disponibbli fl-2026 u l-2027. Filwaqt li tifqigħat li jmorru lura għas-sena 2024 jistgħu jiġu koperti mid-disponibbiltajiet eżistenti, huwa meħtieġ ammont addizzjonali ta’ EUR 125 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2026 u fl-2027 biex ikopri r-rimborżi għal tifqigħat li seħħew fl-2025.

Għalhekk, huma meħtieġa approprjazzjonijiet addizzjonali b’mod urġenti biex l-Unjoni tkun tista’ tibda l-proċess tal-ftehim ta’ għotja dwar it-tifqigħat ta’ mard tal-annimali fl-2025 u biex tiġi appoġġata l-kapaċità ta’ rispons ta’ emerġenza tal-Istati Membri. Huwa propost li jiġi pprovdut tisħiħ ta’ EUR 47 miljun f’dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju, billi jintuża bis-sħiħ il-marġni li jifdal taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-Intestatura 1. L-ammont li jifdal ta’ EUR 78 miljun huwa propost li jiġi ffinanzjat permezz ta’ tisħiħ fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2027. Il-ftehimiet ta’ għotja se jiġu ffirmati progressivament, u l-biċċa l-kbira tal-pagamenti għall-kofinanzjament se jiġu implimentati fl-2027, u huwa għalhekk li ma ntalbet l-ebda approprjazzjoni ta’ pagament addizzjonali fl-2026.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

03 02 06

Kontribut għal livell għoli ta’ saħħa u benessri tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti

47 006 803

0

Total    

47 006 803

0

2.6    Ritorn ta’ riżerva – Nefqa ta’ appoġġ għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

Fil-baġit tal-2026, ammont ta’ EUR 900 000 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament tqiegħed f’riżerva għall-benefiċċju tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), biex jiffinanzja r-reklutaġġ ta’ ħames aġenti kuntrattwali ladarba jiġi adottat ir-Regolament dwar ir-ritorn ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi 12 . Minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tar-Regolament, issa qed jiġi propost li dawn l-approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti għal-linja operazzjonali tal-AMIF, u b’hekk tissaħħaħ il-Faċilità Tematika.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

10 02 01

Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)

900 000

900 000

30 01 01

Riżerva amministrattiva (Riżerva għall-artikolu baġitarju 10 01 01)

-900 000

-900 000

Total    

0

0

2.7    Aġġustamenti addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati

2.7.1 Ritorn ta’ approprjazzjonijiet mhux użati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) 

Minħabba dewmien u restrizzjonijiet li jaffettwaw l-iskeda ta’ żmien tal-implimentazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv “Sustanza Waħda, Valutazzjoni Waħda” 13 u l-leġiżlazzjoni riveduta dwar l-ilma 14 , l-ECHA ma setgħetx twettaq l-attivitajiet ippjanati tagħha fl-2026. Parti mill-approprjazzjonijiet inizjalment ippjanati għall-2026, li jammontaw għal EUR 4,1 miljun, għalhekk mhux se jibqgħu meħtieġa mill-ECHA.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tirritorna għall-programm LIFE dawk l-approprjazzjonijiet li għadhom disponibbli fil-linja baġitarja għall-kontribuzzjoni tal-UE lill-ECHA, għal ammont ta’ EUR 2,4 miljun. Qed jiġi propost li jiġu rkuprati l-EUR 1,7 miljun li jifdal – li diġà tħallsu lill-Aġenzija – bħala dħul assenjat intern. Dan l-ammont tal-aħħar huwa ppjanat li jiġi riportat għall-baġit tal-aġenzija għall-2027, biex ikopri parzjalment il-ħtiġijiet akbar għan-nefqa tal-IT li tirriżulta mill-iskeda ta’ implimentazzjoni riveduta.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

09 10 01

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – Direttivi u Konvenzjonijiet internazzjonali ambjentali

-2 426 722

-2 426 722

09 02 01

Natura u bijodiversità

0

2 426 722

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

2 426 722

0

Total    

0

0

2.7.2 Ritorn ta’ riżerva – Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Fil-baġit tal-2026, EUR 651 000 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament tqiegħdu f’riżerva biex l-EMA tkun tista’ timplimenta kompiti skont l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi (CMA) 15 . Wara r-reviżjoni tal-proposta tas-CMA f’Mejju 2026, u minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tal-proposta, il-ħtiġijiet għall-EMA naqsu għal EUR 100 000. Għalhekk, huwa propost li jiġi rritornat ammont ta’ EUR 551 000 mir-riżerva għall-programm l-UE għas-Saħħa.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-partita baġitarja 06 10 03 01)

-551 000

-551 000

06 06 01

Programm l-UE għas-Saħħa

551 000

551 000

Total    

0

0



2.7.3 Ritorn ta’ riżerva – Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea (EUCA)

Fil-baġit tal-2026, EUR 928 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament tqiegħdu f’riżerva għall-bidu tal-EUCA. Madankollu, wara dewmien fl-istabbiliment tal-aġenzija deċentralizzata, il-ħtiġijiet għall-EUCA naqsu b’EUR 98 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u b’EUR 581 000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Għalhekk, huwa propost li ammont ta’ EUR 98 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn jiġi rritornat mir-riżerva għall-programm tad-dwana, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament jiġu rritornati lill-baġit.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

30 02 02

Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 06)

-98 000

-581 000

03 05 01

Kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (Dwana)

98 000

0

Total    

0

-581 000

2.7.4 Trasferiment mill-FNE-Trasport għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)

Il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji hija proposta li tiżdied b’EUR 400 000 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-użu tal-Kapaċità tal-Infrastruttura Ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea 16 . Din iż-żieda hija proposta li tiġi ffinanzjata permezz ta’ riallokazzjoni mill-pakkett baġitarju eżistenti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – il-fergħa tat-Trasport.

Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:

EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Trasport

-400 000

-400 000

02 10 03

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)

400 000

400 000

Total    

0

0

L-adozzjoni tal-kompiti l-ġodda teħtieġ ukoll żewġ pożizzjonijiet addizzjonali fit-tabella tal-persunal u żewġ aġenti kuntrattwali fl-2026. It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.

2.7.5 Aġġustamenti għat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Il-Kummissjoni tipproponi tabella tal-persunal aġġornata għall-EMSA (li tittrasforma kariga waħda AST9 f’kariga waħda AD6, mingħajr impatt baġitarju). Dan isegwi talba mill-aġenzija wara l-irtirar ta’ kollega AST u valutazzjoni interna tal-ammont ta’ xogħol.

It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.

3.Aġġornament tad-Dħul

L-ABE 3/2026 jipproponi li fil-baġit tal-2026 jiġi inkorporat ammont ta’ EUR 6 065 miljun f’multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2026 (żieda ta’ EUR 4 765 miljun meta mqabbel mal-ABE 2/2026) u ammont ta’ EUR 1 100 miljun f’RPT addizzjonali minħabba dħul ogħla minn dak previst fil-baġit.

3.1    Multi u pagamenti ta’ penali

Meta jitqiesu l-multi definittivi u l-pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2026, huwa propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2026:

a)EUR 4 125 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.

b)EUR 234 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.

c)EUR 406 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.

d)EUR 0,3 miljun ta’ redditi negattivi fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa.

Għalhekk qed jiġi propost li jiżdiedu l-ammonti rrapportati fl-AB 2/2026 ta’ EUR 1 300 miljun b’EUR 4 765 miljun, u b’hekk jammontaw għal EUR 6 065 miljun. Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.

EUR

Linja tad-dħul

Isem

AB 2/2026

ABE 3/2026

Ammont ġdid

4 2 0

Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni

955 327 953

4 125 310 876

5 080 638 829

4 2 1

Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru

268 063 119

234 172 707

502 235 826

4 2 4

Imgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali

98 536 784

406 191 443

504 728 227

4 2 5

Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa

-22 715 250

-310 876

-23 026 126

4 2 9

Multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn

865 504

0

865 504

Total    

1 300 078 110

4 765 364 150

6 065 442 260

3.2    Riżorsi Proprji Tradizzjonali – Surplus

Il-Baġit Emendatorju 2/2026 inkluda l-previżjonijiet riveduti għall-2026 għan-naħa tad-dħul tal-baġit, kif miftiehem fil-197 laqgħa tal-KKRP fid-29 ta’ Mejju 2026. Madankollu, abbażi ta’ ammont ogħla ta’ dazji doganali li saru disponibbli aktar milli kien previst matul il-perjodu Jannar-Settembru huwa xieraq li jiżdiedu l-estimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) għal ammont totali ta’ EUR 1 100 miljun.

3.3    Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2026

Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta mqabbla mal-AB 2/2026 huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Stat Membru

ABE 2/2026

ABE 3/2026

Ammont ġdid

 

(1)

(2)

(3) = (1) +(2)

 

 

 

 

Il-Belġju

4 693 986 838

-58 833 077

4 635 153 761

Il-Bulgarija

813 039 302

-10 190 400

802 848 902

Ir-Repubblika Ċeka

2 472 230 511

-30 986 225

2 441 244 286

Id-Danimarka

3 013 904 972

-37 775 415

2 976 129 557

Il-Ġermanja

33 352 554 956

-418 031 304

32 934 523 652

L-Estonja

302 727 362

-3 794 297

298 933 065

L-Irlanda

3 194 445 667

-40 038 260

3 154 407 407

Il-Greċja

1 790 219 777

-22 438 099

1 767 781 678

Spanja

12 378 597 515

-155 149 770

12 223 447 745

Franza

21 706 071 811

-272 057 643

21 434 014 168

Il-Kroazja

699 088 360

-8 762 171

690 326 189

L-Italja

16 169 928 367

-202 669 218

15 967 259 149

Ċipru

238 534 370

-2 989 721

235 544 649

Il-Latvja

313 780 960

-3 932 840

309 848 120

Il-Litwanja

608 755 161

-7 629 962

601 125 199

Il-Lussemburgu

445 514 868

-5 583 955

439 930 913

L-Ungerija

1 630 247 097

-20 433 047

1 609 814 050

Malta

161 840 785

-2 028 466

159 812 319

In-Netherlands

8 470 992 289

-106 172 974

8 364 819 315

L-Awstrija

3 694 461 727

-46 305 318

3 648 156 409

Il-Polonja

6 650 508 505

-83 355 555

6 567 152 950

Il-Portugall

2 210 092 366

-27 700 660

2 182 391 706

Ir-Rumanija

2 736 011 890

-34 292 384

2 701 719 506

Is-Slovenja

515 206 725

-6 457 453

508 749 272

Ir-Repubblika Slovakka

977 028 233

-12 245 790

964 782 443

Il-Finlandja

2 031 076 883

-25 456 932

2 005 619 951

L-Iżvezja

4 602 048 814

-57 680 753

4 544 368 061

 

Total

135 872 896 111

-1 702 991 689

134 169 904 422

4.    Finanzjament

B’mod ġenerali, l-impatt nett ta’ dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 2 179,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 4 162,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. In-naħa tad-dħul tal-baġit hija proposta li tiġi aġġustata kif stabbilit f’dan l-ABE 3/2026.

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2026 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2023 sa 2026 huma stmati għal EUR 2 286,0 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:

Strumenti ta’ Flessibbiltà - profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR) 

Sena ta’ mobilizzazzjoni 

2026  

2027  

Wara l-QFP 2021-2027

Total

2023 

83,2

0,0

0,0

83,2

2024 

83,7

46,3

0,0

129,9

2025 

15,8

9,4

5,7

30,9

2026

2 038,7

1,7

1,6

2 041,9

Total 

2 221,4

57,3

7,2

2 286,0



5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

 

 

 

 

 

 

 

F’EUR

 

Baġit 2026 (inkl. AB 1–2/2026)

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 3/2026

Baġit 2026 (inkluż ABE 1-3/2026)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

22 162 993 197

23 336 627 126

47 006 803

-581 000

22 210 000 000

23 336 046 126

 

Limitu

22 210 000 000

 

 

 

22 210 000 000

 

 

Marġni

47 006 803

 

-47 006 803

 

 

 

2

Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

71 650 838 425

78 527 657 166

2 179 702 522

4 000 000 000

73 830 540 947

82 527 657 166

 

Limitu

67 523 000 000

 

2 180 000 000

 

69 703 000 000

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

2 015 115 425

 

 

 

2 015 115 425

 

 

Li minnhom taħt l-EURI

2 112 723 000

 

 

 

2 112 723 000

 

 

Marġni

 

 

297 478

 

297 478

 

2a.

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

56 594 001 997

63 658 110 625

2 179 702 522

4 000 000 000

58 773 704 519

67 658 110 625

 

Limitu

56 593 000 000

 

2 180 000 000

 

58 773 000 000

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 001 997

 

 

 

1 001 997

 

 

Marġni

 

 

297 478

 

297 478

 

2b.

Reżiljenza u valuri

15 056 836 428

14 869 546 541

15 056 836 428

14 869 546 541

 

Limitu

10 930 000 000

 

 

 

10 930 000 000

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

2 014 113 428

 

 

 

2 014 113 428

 

 

Li minnhom taħt l-EURI

2 112 723 000

 

 

 

2 112 723 000

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

3

Riżorsi Naturali u Ambjent

56 969 415 080

55 217 345 231

-46 975 366

162 953 461

56 922 439 714

55 380 298 692

 

Limitu

57 100 000 000

 

22 000 000

 

57 122 000 000

 

 

Marġni

130 584 920

 

68 975 366

 

199 560 286

 

 

Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

40 451 259 481

40 398 066 815

40 000 000

40 000 000

40 491 259 481

40 438 066 815

 

Sublimitu tal-FAEG

41 764 000 000

 

 

 

41 764 000 000

 

 

Differenza dovuta għall-ittondjar eskluża mill-kalkolu tas-submarġni

773 000

 

 

 

773 000

 

 

Trasferimenti netti bejn il-FAEG u l-FAEŻR

-1 222 773 000

 

 

 

-1 222 773 000

 

 

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sublimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)

40 542 000 000

 

 

 

40 542 000 000

 

 

Submarġni tal-FAEG

89 967 519

 

-40 000 000

 

49 967 519

 

4

Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

5 018 866 515

3 887 896 129

5 018 866 515

3 887 896 129

 

Limitu

5 103 000 000

 

5 103 000 000

 

 

Marġni

84 133 485

 

84 133 485

 

5

Sigurtà u Difiża

2 813 506 939

2 253 300 408

2 813 506 939

2 253 300 408

 

Limitu

2 810 000 000

 

2 810 000 000

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

3 506 939

 

3 506 939

 

 

Marġni

 

 

 

 

6

Il-Viċinat u d-Dinja

15 600 020 092

16 569 670 072

15 600 020 092

16 569 670 072

 

Limitu

15 614 000 000

 

15 614 000 000

 

 

Marġni

13 979 908

 

13 979 908

 

7

Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

13 280 675 287

13 280 675 287

13 280 675 287

13 280 675 287

 

Limitu

12 506 000 000

 

12 506 000 000

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

23 306 848

 

23 306 848

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)

751 368 439

 

751 368 439

 

 

Marġni

 

 

 

 

 

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

10 002 910 735

10 002 910 735

10 002 910 735

10 002 910 735

 

Sublimitu

9 464 000 000

 

9 464 000 000

 

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)

538 910 735

 

538 910 735

 

 

Submarġni

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet għall-intestaturi

187 496 315 535

193 073 171 419

2 179 733 959

4 162 372 461

189 676 049 494

197 235 543 880

 

Limitu

182 866 000 000

201 170 000 000

2 202 000 000

 

185 068 000 000

201 170 000 000

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

2 041 929 212

2 221 417 865

2 041 929 212

2 221 417 865

 

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)

751 368 439

 

751 368 439

 

 

Li minnhom taħt l-EURI

2 112 723 000

2 112 723 000

 

 

2 112 723 000

2 112 723 000

 

Marġni

275 705 116

12 430 969 446

22 266 041

-4 162 372 461

297 971 157

8 268 596 985

 

Strumenti speċjali tematiċi

5 715 921 020

5 022 549 248

5 715 921 020

5 022 549 248

Approprjazzjonijiet totali

193 212 236 555

198 095 720 667

2 179 733 959

4 162 372 461

195 391 970 514

202 258 093 128

* Iċ-ċifri kollha jassumu l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tneħħi s-sospensjoni tal-impenji tal-politika ta’ Koeżjoni għall-Ungerija, u l-adozzjoni konsegwenti mill-Kummissjoni ta’ aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex jiżdiedu l-limiti massimi rilevanti kif xieraq.

(1)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).
(2)      ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(3)      ĠU L, 2026/72, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2026/72/oj.
(4)      ĠU L, 2026/1855, 3.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget_suppl_amend/2026/1855/oj.
(5)      COM(2026) 460, 9.6.2026.
(6)      ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 1–10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.
(7)      ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 11–22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.
(8)      COM(2026) 516, 23.9.2026
(9)      Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 1.
(10)      Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, ĠU L 325, 20.12.2022, p. 94.
(11)      COM(2026) 516, 23.9.2026.
(12)      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema komuni għar-ritorn ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali fl-Unjoni, u li jħassar id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE.
(13)      Ir-Regolament (UE) 2025/2457 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 401/2009, (UE) 2017/745 u (UE) 2019/1021 fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi u t-titjib tal-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-sustanzi kimiċi (ĠU L, 2025/2457, 12.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2457/oj).
(14)      Id-Direttiva (UE) 2026/805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2026 li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L, 2026/805, 20.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2026/805/oj).
(15)      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tisħiħ tad-disponibbiltà u s-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti mediċinali kritiċi kif ukoll id-disponibbiltà ta’ prodotti mediċinali ta’ interess komuni u l-aċċessibbiltà tagħhom, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/795.
(16)      ĠU L, 2026/1184, 10.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1184/oj