<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑228/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0228</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:409">EU:C:2017:409</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170531">31.5.2017</DATE> – KAWŻA C-228/16 P</P><P>DEI vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li jingħata segwitu għall-eżami tal-ilment tal-appellanti</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ għajnuna fl-għeluq tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni purament konfermattiva</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ legalità tal-irtirar ta’ deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑228/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn E. Bourtzalas, avukat, A. Oikonomou, E. Salaka, C. Synodinos u C. Tagaras, dikigoroi, kif ukoll minn D. Waelbroeck, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-proċedura:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, E. Regan, J.‑C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev u C.G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, DEI vs Il-Kummissjoni (T‑639/14, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:77">EU:T:2016:77</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din iddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża fl-ittra COMP/E3/ON/AB/ark *2014/61460, tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li tiċħad l-ilmenti tagħha dwar għajnuna mill-Istat (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), li kien fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, kien jipprovdi, fl-Artikolu 4 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Abbozz preliminari tan-notifika u deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika malli tirċevieha. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-paragrafi 2, 3 jew 4.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li l-miżura notifikata ma tikkostitwixxix għajnuna, għandha tirreġistra dik is-sejba permezz ta’ deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li ma tqajjem l-ebda dubju f’dik li l-kompatibilità mas-suq komuni ta’ miżura notifikata, sa fejn taqa’ fi ħdan l-iskop ta’ l-Artikolu [107(1) TFUE], għandha tiddeċiedi li l-miżura hija kompatibbli mas-suq [intern] (minn hawn ’l quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema eċċezzjoni taħt it-Trattat kienet applikata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li tqajjmu dubji dwar il-kompatibilità mas-suq [intern] ta’ miżura notifikata, għandha tiddeċiedi jekk għandhomx jibdew proċeduri skond l-Artikolu [108(2) TFUE] (minn hawn ’l quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali għall-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> kien jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-eżami ta’ għajnuna llegali possibli għandu jirriżulta f’deċiżjoni skond l-Artikolu 4(2), (3) jew (4). […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>DEI hija produttur tal-elettriku fil-Ġreċja. Fost il-klijenti tagħha hemm, b’mod partikolari, Alouminion SA. Wara tilwima bejn dawn iż-żewġ impriżi dwar it-tariffa tal-elettriku pprovdut minn DEI, l-awtorità Griega għar-regolazzjoni tal-enerġija stabbilixxiet tariffa provviżorja. F’ilment indirizzat lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20120615">15 ta’ Ġunju 2012</DATE>, DEI sostniet li din it-tariffa tobbligaha tipprovdi l-elettriku lil Alouminion bi prezz irħas mill-prezz tas-suq u dan jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131031">31 ta’ Ottubru 2013</DATE>, it-tribunal tal-arbitraġġ stabbilit minn DEI u minn Alouminion iffissa t-tariffa, b’effett retroattiv, tal-elettriku pprovdut minn DEI f’livell saħansitra iktar baxx minn dak li kien ġie stabbilit b’mod provviżorju mill-awtorità Griega għar-regolazzjoni tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131223">23 ta’ Diċembru 2013</DATE>, DEI ressqet it-tieni lment quddiem il-Kummissjoni fejn sostniet li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet tikkostitwixxi, hija wkoll, għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140506">6 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lil DEI l-evalwazzjoni preliminari tagħha li skontha ma kienx hemm lok li jingħata segwitu għall-eżami tal-ilment tat-<DATE ISO="20131223">23 ta’ Diċembru 2013</DATE> minħabba li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma kinitx tikkostitwixxi miżura attribwibbli lill-Istat u ma kienet tagħti l-ebda vantaġġ lil Alouminion. Bħala tweġiba, DEI bagħtet osservazzjonijiet addizzjonali lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20140606">6 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li wasslet għand DEI fil-forma ta’ ittra, il-Kummissjoni informat, b’mod partikolari, lil din il-kumpannija li l-osservazzjonijiet li jinsabu fl-ittra tas-<DATE ISO="20140606">6 ta’ Ġunju 2014</DATE> ma kinux jikkonfutaw l-evalwazzjoni preliminari li tinsab fl-ittra tas-<DATE ISO="20140506">6 ta’ Mejju 2014</DATE> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[k]onsegwentement, id-dipartimenti tad-DĠ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> iddeċidew li din l-informazzjoni [ma kinitx] suffiċjenti sabiex tiġġustifika investigazzjoni ġdida ta[l]-ilment<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni libera].</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20140822">22 ta’ Awwissu 2014</DATE>, DEI talbet l-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, indirizzata lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, l-appellanti u l-Kummissjoni, flimkien, talbu għal sospensjoni tal-proċedura għal perijodu ta’ sitt xhur, jiġifieri sas-<DATE ISO="20150407">7 ta’ April 2015</DATE>, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina mill-ġdid il-kwistjonijiet imqajma fir-rikors. Din it-talba ntlaqgħet permezz ta’ digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20141024">24 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2015) 1942 finali dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.38101 (2015/NN) (ex 2013/CP) mogħtija lil Alouminion SA fil-forma ta’ tariffi tal-elettriku irħas mill-ispejjeż, wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ ittri tas-27 ta’ April u tad-<DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, indirizzati lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li, wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> ma kienx għad għandu skop u li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni. L-appellanti ppreżentat lill-Qorti Ġenerali l-osservazzjonijiet tagħha dwar din it-talba permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150703">3 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-appellanti talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>. Dan ir-rikors huwa s-suġġett tal-kawża DEI vs Il-Kummissjoni (T‑352/15), pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, peress li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> kienet ħassritha u ssostitwixxietha formalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-Qorti Ġenerali, l-argumenti tal-appellanti ma kinux jippermettu li din il-konklużjoni tiġi kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din iddeċidiet li hija ma kinitx obbligata tiddeċiedi dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> li tgawdi mill-preżunzjoni ta’ legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet, sakemm din ma tkunx ġiet irtirata. Għalhekk, hija ċaħdet l-argument li jsostni li din id-deċiżjoni hija illegali b’tali mod li r-rikors fil-Kawża T‑639/14 iżomm l-iskop tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali rrifjutat l-allegazzjoni tal-appellanti li skontha hija għandha interess ġuridiku sabiex tevita li l-illegalità invokata terġa’ sseħħ. Skont il-Qorti Ġenerali, il-motiv allegatament illegali, jiġifieri l-assenza ta’ imputabbiltà tal-miżura inkwistjoni lill-Istat, ma jinsabx fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Fi kwalunkwe każ, il-kwistjoni dwar jekk l-appellanti kinitx ipproduċiet il-prova tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat hija s-suġġett tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li lanqas ma kien hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal dak li jirrigwarda l-ilment tal-<DATE ISO="20120615">15 ta’ Ġunju 2012</DATE>, peress li, permezz tad-deċiżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-ilment b’mod impliċitu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, DEI titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>tordna li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, sabiex din tiddeċiedi dwar it-talbiet tagħha, li permezz tagħhom hija titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punt 36 tad-digriet appellat, li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> kienet issostitwixxiet formalment id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Hija, minn naħa, naqset milli tivverifika l-legalità u l-validità ta’ din l-allegata sostituzzjoni u, min-naħa l-oħra, milli teżamina l-bażi legali u l-proċedura legali li għandha tiġi segwita għall-finijiet ta’ tali sostituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod żbaljat, li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ma kinitx għadha [tappartjeni] għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u li, konsegwentement, il-Kawża T‑639/14 ma kienx għad għandha skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, iċ-ċaħda tal-ewwel aggravju jkun ifisser li l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali jikseb l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, fatt li jinfluwenza direttament ir-rikors tagħha fil-Kawża T‑352/15. Fil-fatt, f’din il-kawża, fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti kkontestat li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> setgħet legalment tissostitwixxi dik tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Għalhekk, il-konferma tad-digriet appellat tkun timplika ċ-ċaħda awtomatika tal-ewwel motiv ta’ annullament fil-Kawża T‑352/15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minbarra dan, fl-assenza ta’ kull motivazzjoni dwar din l-allegata sostituzzjoni, id-digriet appellat huwa wkoll ivvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li l-punti 36 u 37 tad-digriet appellat huma debitament immotivati, peress li, minn naħa, mill-appell jirriżulta li l-appellanti kienet f’pożizzjoni li tifhem perfettament ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, il-kunsiderazzjonijiet ta’ din tal-aħħar jippermettu li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha. Fil-fatt, l-appellanti ma taqbilx mal-motivazzjoni tad-digriet appellat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali, b’mod korrett, ma wettqitx eżami tal-legalità tas-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> bid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> peress li din tal-aħħar ma hijiex inkwistjoni fil-Kawża T‑639/14. Il-legalità tagħha tikkostitwixxi s-suġġett tar-rikors fil-Kawża T‑352/15. Sakemm id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> ma tiġix annullata, din għandha tgawdi mill-preżunzjoni ta’ validità marbuta mal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tipproduċi l-effetti legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> ma jista’ jwassal għal ebda vantaġġ għall-appellanti fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti tagħha, peress li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni effettivament antiċipat il-possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tannullaha minħabba li tkun ivvizzjata minn difett ta’ forma proċedurali. Fil-fatt, din id-deċiżjoni hija sempliċi ittra ffirmata minn uffiċjal u ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deċiżjoni uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-Kummissjoni, ippubblikata bħala tali. Għalhekk, l-annullament tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> xorta waħda kien jobbliga lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni uffiċjali, bħad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-awtorità ta’ r<HT TYPE="ITALIC">es judicata</HT> tad-digriet appellat ma tistax taffettwa l-motivi ta’ annullament imqajma fil-Kawża T‑352/15.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jimponi fuq il-Kummissjoni, ladarba l-osservazzjonijiet addizzjonali jkunu ppreżentati mill-persuni kkonċernati, jew it-terminu raġonevoli jkun skada, l-obbligu li tagħlaq il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni bl-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2), (3) jew (4) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri jew deċiżjoni li tikkonstata l-ineżistenza tal-għajnuna, jew dik li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, jew dik li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 15 sa 18 tad-digriet appellat, permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni li permezz tagħha ddeċidiet li ttemm il-proċedura ta’ eżami preliminari mibdija bl-ilment tal-appellanti, ikkonstatat li l-investigazzjoni mibdija ma kinitx ippermettiet li jiġi konkluż li teżisti għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE u hija, għaldaqstant, irrifjutat li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Kummissjoni adottat pożizzjoni definittiva fuq it-talba tal-appellanti li tikkonstata ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE. Barra minn hekk, peress li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> ipprekludiet lill-appellanti milli tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fil-kuntest ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, din ipproduċiet effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tagħha. Għaldaqstant, din id-deċiżjoni tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Kummissjoni tista’ tirtira deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ ilment dwar allegata għajnuna illegali, bl-għan li tirrimedja illegalità li taffettwa l-imsemmija deċiżjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-adozzjoni ta’ deċiżjoni purament konfermattiva ma tistax tiġi kkunsidrata bħala tali rtirar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li att huwa purament konfermattiv ta’ att preċedenti meta ma fih l-ebda element ġdid meta mqabbel ma’ dan tal-aħħar (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi u ING Groep</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:213">EU:C:2014:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ma hijiex konfermattiva ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda preċedenti dik li permezz tagħha jiġi kkonfermat, kompletament jew parzjalment, l-ilment tal-persuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800528">28 ta’ Mejju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Kuhner vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/79 u 75/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:139">EU:C:1980:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, rikors kontra deċiżjoni konfermattiva huwa inammissibbli biss jekk id-deċiżjoni konfermattiva tkun saret definittiva fir-rigward tal-persuna kkonċernata, sakemm ma tkunx is-suġġett ta’ rikors kontenzjuż imressaq fit-terminu stabbilit. Fil-każ kuntrarju, il-persuna kkonċernata tista’ tikkontesta jew id-deċiżjoni kkonfermata, jew id-deċiżjoni konfermattiva, jew kemm waħda kif ukoll l-oħra minn dawn id-deċiżjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Weißenfels vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:812">EU:C:2007:812</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> sempliċement tikkonferma d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> peress li, wara eżami mill-ġdid tal-elementi li kienu ġew ippreżentati quddiemha, il-Kummissjoni sempliċement ikkonfermat ir-rifjut tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali mingħajr, barra minn hekk, ma żiedet l-ebda element ġdid. Konsegwentement, id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> ma ġietx irtirata permezz ta’ dik tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, rikonoxximent li, f’każ bħal dan, l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni ġdida twassal għal deċiżjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni inizjali tkun ta’ natura li tostakola l-effettività tal-azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, ikun biżżejjed li l-Kummissjoni ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq minn persuna kkonċernata, u li, wara l-introduzzjoni ta’ rikors minn din il-parti, tirtira d-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni, terġa tiftaħ il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni u tirrepeti dawn il-proċeduri kemm il-darba jkun hemm bżonn sabiex taħrab minn kwalunkwe stħarriġ ġudizzjarju tal-azzjoni tagħha (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-istess japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni, matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali wara rikors għal annullament ta’ deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni, titlob li din il-proċedura tiġi sospiża sabiex isir eżami mill-ġdid tal-każ, imbagħad tikkonferma purament u sempliċement id-deċiżjoni inizjali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-konklużjoni tista’ tkun differenti biss jekk il-Kummissjoni tissostitwixxi deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ ilment biex tirrimedja illegalità li taffettwaha, filwaqt li tindika n-natura tal-illegalità li din id-deċiżjoni kienet ivvizzjata biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑362/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:783">EU:C:2010:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, fi kwalunkwe każ, mid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> ma jirriżultax li, bl-adozzjoni tagħha, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tirtira d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> sabiex tirrimedja illegalità li din kienet ivvizzjata biha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali setgħet, f’dan il-każ, sabiex tiżgura amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, b’mod partikolari, tistaqsi lill-appellanti jekk, wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, hija kellhiex l-intenzjoni tadatta t-talbiet tagħha u tressaqhom ukoll kontra din id-deċiżjoni tal-aħħar, hekk kif rikorrenti jista’ jitlob dan taħt l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-każ fejn l-att li kontrih ikun ġie ppreżentat rikors għal annullament jiġi ssostitwit jew emendat b’att ieħor li jkollu l-istess suġġett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 36 u 37 tad-digriet appellat, li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> kienet issostitwixxiet formalment id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE> u li, għaldaqstant, it-tilwima ma kienx għad għandha skop, b’tali mod li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar l-imsemmija tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-appell għandu jiġi milqugħ u d-digriet appellat għandu jiġi annullat, mingħajr ma hemm lok li jiġu eżaminati l-aggravji u l-argumenti l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ fil-kawża ineżami, peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni mingħajr ma eżaminat l-ammissibbiltà tar-rikors jew il-mertu tal-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża u li hemm lok li tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll li tirriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>DEI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:77">EU:T:2016:77</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>