<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0200030501.case.xml"><NO.CASE>C-436/08</NO.CASE><NO.CASE>C-437/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CJ0436</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-355</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-417</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>63</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110210">10.2.2011</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-436/08 U C-437/08</LEFT><RIGHT>HARIBO LAKRITZEN HANS RIEGEL U ÖSTERREICHISCHE SALINEN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-436/08 u C-437/08,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjonijiet tad-<DATE ISO="20080929">29 ta’ Settembru 2008</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20081003">3 ta’ Ottubru 2008</DATE>, u fformulati mill-ġdid mill-qorti msemmija, fit-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH</HT> (C-436/08),</P><P><HT TYPE="BOLD">Österreichische Salinen AG</HT> (C-437/08)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Linz,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts (Relatur), President tal-Awla, D. Šváby, R. Silva de Lapuerta, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-356"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100915">15 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH, minn R. Leitner, Wirtschaftsprüfer und Steuerberater, u G. Gahleitner, Steuerberater, kif ukoll minn B. Prechtl,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Bauer u C. Pesendorfer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn J. Langer kif ukoll C. Wissels, M. Noort u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-357"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, inizjalment minn V. Jackson, sussegwentement minn S. Hathaway u L. Seeboruth, bħala aġenti, assistiti minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u W. Mölls, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ kawżi bejn Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Haribo<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija b’responsabbiltà limitata taħt id-dritt Awstrijak, kif ukoll Österreichische Salinen AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Salinen<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata taħt id-dritt Awstrijak, u l-Finanzamt Linz (Amministrazzjoni Fiskali ta’ Linz) fir-rigward tal-intaxxar fl-Awstrija ta’ dividendi rċevuti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra kif ukoll fi Stati terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-358"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ prevenzjoni mit-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi mqassma minn kumpannija residenti jew mhux residenti u rċevuti minn kumpannija residenti, il-leġiżlazzjoni fiskali Awstrijaka tipprovdi, f’ċerti ċirkustanzi, li dawn huma suġġetti jew għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>metodu ta’ eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, ħaġa li timplika li d-dividendi rċevuti mill-kumpannija benefiċjarja jiġu eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji, jew għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>metodu ta’ imputazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, ħaġa li timplika li t-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fuq il-benefiċċji sottostanti għad-dividendi mqassma tiġi imputata fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta fl-Awstrija mill-kumpannija benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Ligi tal-1988 dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftsteuergesetz 1988, BGBl. 401/1988), kif emendat bil-Liġi tal-Finanzi tal-2009 (BGBl. I, 52/2009, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>KStG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), u li japplika, b’mod konformi mal-Artikolu 26C(16)(b) tal-KStG, għall-proċeduri ta’ tassazzjoni kurrenti kollha, jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prodott tal-ishma huwa eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji. Il-prodott tal-ishma huwa ddefinit b’dan il-mod.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>l-ishma tad-dħul ta’ kull tip provenjenti minn sehem f’kumpanniji b’kapital azzjonarju residenti jew f’kooperativi kummerċjali residenti taħt forma ta’ ishma f’kumpannija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="I-359"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>l-ishma tad-dħul […] provenjenti minn sehem f’kumpannija mhux residenti li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 tal-Liġi tal-1988 dwar it-taxxa fuq id-dħul, tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [tal-Kunsill] 90/435/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta’ Lulju 1990</DATE> [, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147)] u li ma tidħolx fl-ambitu tal-punt 7.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>l-ishma tad-dħul […] provenjenti minn sehem f’kumpannija ta’ Stat [terz] li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, [tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 19, p. 146, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>)] […] u li l-Istat fejn din hija stabbilita jkun ikkonkluda ftehim sħiħ ta’ assistenza reċiproka fil-qasam aministrattiv u ta’ rkupru, jekk din ma tidħolx fl-ambitu tal-punt 7.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>l-ishma tad-dħul ta’ kull tip provenjenti minn sehem ta’ affiljazzjoni internazzjonali (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>sehem internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>) skont il-paragrafu (2) [iktar ’il quddiem].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Ikun hemm sehem internazzjonali meta jiġi pprovat li xi persuni taxxabbli […] jkollhom matul perijodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena, taħt forma ta’ ishma f’kumpannija, sehem ta’ mill-inqas parti minn għaxra tal-kapital [f’kumpannija mhux residenti].</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrafu (1)(7), l-ishma tad-dħul […] provenjenti minn ishma internazzjonali fis-sens tal-paragrafu 2 ma humiex eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji, fil-kundizzjonijiet imsemmija iktar ’il quddiem, meta jkunu jeżistu motivi li jiġġustifikaw li l-Ministru Federali tal-Finanzi jiddeċiedi hekk b’digriet sabiex jevita<?PAGE NO="I-360"?> l-frodi fiskali u l-abbużi (Artikolu 22 tal-Kodiċi Federali tat-Taxxi). B’mod partikolari, jista’ jiġi deċiż li jeżistu tali motivi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>meta l-attività prinċipali tal-kumpannija mhux residenti tikkonsisti direttament jew indirettament fil-ġbir ta’ dħul minn interessi, fit-trasferiment ta’ beni mobbli korporali jew inkorporali u fit-trasferiment ta’ ishma; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>meta d-dħul tal-kumpannija mhux residenti ma huwa suġġett għal ebda taxxa barranija li tkun paragunabbli, fuq il-livell tal-bażi taxxabbli jew tar-rati ta’ taxxa, għat-taxxa Awstrijaka fuq il-kumpanniji.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>5)</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrafu (1)(5) u (6), l-ishma tad-dħul ma humiex eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>meta l-kumpannija mhux residenti ma hijiex effettivament suġġetta f’pajjiż barrani la b’mod dirett u lanqas indirett għal taxxa paragunabbli għat-taxxa Awstrijaka fuq il-kumpanniji jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>meta d-dħul tal-kumpannija mhux residenti huwa suġġett f’pajjiż barrani għal taxxa paragunabbli għat-taxxa Awstrijaka fuq il-kumpanniji, iżda li r-rata ta’ taxxa applikabbli għaliha hija iktar minn 10 punti perċentwali inqas mit-taxxa Awstrijaka fuq il-kumpanniji […] jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-361"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>meta l-kumpannija mhux residenti tkun is-suġġett f’pajjiż barrani ta’ eżenzjoni fiskali sħiħa minħabba persunitha jew minħabba s-suġġett taxxabbli. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.006"><NO.PARAG>6)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi (4) u (5) fir-rigward tal-ishma tad-dħul, l-eżenzjoni ta’ waħda mit-taxxi barranin korrispondenti għat-taxxa [Awstrijaka] fuq il-kumpanniji ssir b’dan il-mod: it-taxxa barranija li għandha tiġi kkunsidrata bħala taxxa tal-input li tolqot it-tqassim [ta’ dħul] hija imputata fuq talba fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji nazzjonali applikabbli għall-ishma tad-dħul ta’ kull tip provenjenti mis-sehem internazzjonali. Waqt il-kalkolu tad-dħul, it-taxxa barranija imputabbli għandha tiżdied mal-ishma tad-dħul ta’ kull tip provenjenti minn sehem internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Bundesministerium für Finanzen (Ministeru Federali tal-Finanzi) ippubblika, wara d-deċiżjonijiet tal-Verwaltungsgerichtshof tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE> imsemmija fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, komunikazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 10(2) tal-KStG fil-verżjoni tiegħu qabel il-Liġi tal-Finanzi tal-2009 (BMF-010216/0090-VI/6/2008). Din id-dispożizzjoni kienet tipprovdi li l-prodott tal-ishma f’kumpannija residenti kien eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji, filwaqt li l-prodott tal-ishma f’kumpannija mhux residenti kien eżenti biss jekk is-sehem tal-benefiċjarju ta’ dawn il-prodotti fil-kapital azzjonarju tal-kumpannija distributriċi kien ta’ mill-inqas 25 %.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dividendi provenjenti minn ishma f’kumpanniji b’kapital azzjonarju mhux residenti li kienu inqas mil-livell ta’ 25 %, il-komunikazzjoni tat-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE> tipprevedi li għandhom jiġu imputati fuq it-taxxa fuq il-kumpanniji nazzjonali kemm it-taxxa fuq il-kumpanniji fuq id-dħul imqassam fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi kif ukoll it-taxxa f’ras il-għajn effettivament imħallsa f’dan l-istess Stat b’mod konformi mal-ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-362"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-imsemmija komunikazzjoni ssemmi li l-persuna taxxabbli għandha tipprovdi l-informazzjoni segwenti għall-finijiet li tibbenefika mill-imputazzjoni tat-taxxa barranija fuq it-taxxa dovuta fl-Awstrija:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-indikazzjoni preċiża tal-kumpannija distributriċi li fiha din il-persuna għandha sehem;</P></ITEM><ITEM><P>l-indikazzjoni preċiża tal-perċentwali tas-sehem miżmum;</P></ITEM><ITEM><P>l-indikazzjoni preċiża tar-rata tat-taxxa fuq il-kumpanniji li hija suġġetta għaliha l-kumpannija distributriċi fl-Istat ta’ residenza tagħha. Jekk din ma hijiex suġġetta għas-sistema fiskali tad-dritt komuni tal-Istat ta’ residenza tagħha (fis-sens li din tibbenefika, pereżempju, minn rata ta’ taxxa iktar favorevoli, minn eżenzjoni personali jew minn eżenzjonijiet kbar jew tnaqqis ta’ taxxa), għandha tiġi indikata r-rata ta’ taxxa effettivament applikabbli;</P></ITEM><ITEM><P>l-indikazzjoni tal-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji li taffettwa s-sehem tiegħu, b’kunsiderazzjoni tal-parametri msemmija iktar ’il fuq;</P></ITEM><ITEM><P>l-indikazzjoni preċiża tar-rata tat-taxxa f’ras il-għajn effettivament imħallsa, limitata għar-rata ta’ taxxa f’ras il-għajn prevista mill-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja rilevanti;</P></ITEM><ITEM><P>kalkolu tat-taxxa imputabbli.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-363"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-komunikazzjoni tat-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE> tibqa’ applikabbli minkejja l-emendi leġiżlattivi li seħħew matul l-2009.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul is-sena finanzjarja 2001, Haribo rċeviet dħul provenjenti minn sehem f’fondi ta’ investiment u li kien fihom dividendi mħallsa minn kumpanniji b’kapital azzjonarju stabbiliti fi Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija kif ukoll fi Stati terzi. Salinen irċeviet dħul simili matul is-sena finanzjarja 2002. Matul din l-istess sena finanzjarja, din l-aħħar kumpannija bagħtiet telf fl-operat.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara ċ-ċħid min-naħa tal-Finanzamt Linz tat-talbiet tagħhom intiżi sabiex id-dividendi maħruġa minn kumpanniji b’kapital azzjonarju mhux residenti jiġu eżentati mit-taxxa, Haribo u Salinen ippreżentaw rikors quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20050113">13 ta’ Jannar 2005</DATE>, il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li l-Artikolu 10(2) tal-KStG fil-verżjoni tiegħu qabel il-Liġi tal-Finanzi tal-2009 kien imur kontra l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital sa fejn kien jissuġġetta d-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti, inklużi dawk provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, għal taxxa inqas favorevoli minn dik applikabbli għad-dividendi provenjenti minn kumpanniji residenti, mingħajr ma din id-differenza fit-trattament ma kienet iġġustifikata. Meta applikat b’analoġija s-sistema ta’ taxxa prevista fl-Artikolu 10(1) tal-KStG għad-dividendi provenjenti minn kumpanniji b’kapital azzjonarju nazzjonali, il-qorti msemmija ttrattat id-dividendi rċevuti<?PAGE NO="I-364"?> mingħand kumpanniji b’kapital azzjonarju stabbiliti fi Stati Membri oħra jew fi Stati terzi bħala prodotti eżenti mit-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Finanzamt Linz ippreżenta appell minn dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (Qorti Amministrattiva) fejn osserva, b’mod partikolari, li l-ishma ta’ fondi ta’ investiment nazzjonali ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, il-qorti msemmija ddeċidiet, qabel kollox, li jidħlu fil-kap ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE l-ksib u ż-żamma, f’kumpanniji mhux residenti, ta’ ishma li ma jippermettux li tiġi eżerċitata influwenza kunsiderevoli fuq dawn il-kumpanniji, inkluż meta tali ishma huma miżmuma permezz ta’ fondi ta’ investiment.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-istess bħall-qorti tar-rinviju, il-Verwaltungsgerichtshof ikkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) tal-KStG fil-verżjoni tiegħu qabel il-Liġi tal-Finanzi tal-2009 kienu jiksru l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital u konsegwentement, setgħu biss jiġu applikati b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni. Din qieset li, peress li jeżistu diversi approċċi li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi applikat dak li jippermetti li tiġi ppriżervata kemm jista’ jkun possibbli r-rieda tal-leġiżlatur nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Verwaltungsgerichtshof ikkunsidra li, sabiex jingħata rimedju għat-trattament fiskali inqas favorevoli li huma ssuġġettati għalih id-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti li fihom l-azzjonist iżomm inqas minn 25 % tal-kapital meta pparagunat ma’ dak li huma ssuġġettati għalih id-dividendi provenjenti minn kumpanniji residenti, għal din l-ewwel kategorija ta’ dividendi ma għandux jiġi applikat il-metodu ta’ eżenzjoni, iżda dak li jikkonsisti fl-imputazzjoni<?PAGE NO="I-365"?> fuq it-taxxa dovuta fl-Awstija ta’ dak li tħallas fuq id-dividendi fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Finalment, skont il-Verwaltungsgerichtshof, il-metodu ta’ imputazzjoni jikkorrispondi iktar mal-approċċ magħżul mil-leġiżlatur Awstrijak milli dak tal-eżenzjoni. Fil-fatt, meta l-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi jissuġġetta d-dividendi għal taxxa identika jew superjuri għal dik applikata mill-Istat tal-azzjonista, il-metodu ta’ imputazzjoni u dak tal-eżenzjoni jwasslu għall-istess riżultat. Madankollu, meta l-livell ta’ tassazzjoni applikabbli f’dan l-ewwel Stat ikun inqas minn dak fl-Istat tal-azzjonist, huwa biss il-metodu ta’ imputazzjoni li jwassal f’dan l-aħħar Stat għal tassazzjoni tal-istess ammont bħal dak applikabbli għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li l-applikazzjoni, b’analoġija, tal-metodu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 10(2) tal-KStG fil-verżjoni tiegħu preċedenti għall-Liġi tal-Finanzi tal-2009 irrendiet illegali d-deċiżjonijiet adottati mill-qorti tar-rinviju, il-Verwaltungsgerichtshof annullat dawn id-deċiżjonijiet u rrinvijat il-kawżi quddiem din l-istess qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’deċiżjonijiet li waslu għand il-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20081003">3 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni jistgħux jitqiesu bħala ekwivalenti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-KStG, fil-verżjoni oriġinali tagħha, ġie emendat, b’mod retroattiv, bil-Liġi tal-Finanzi tal-2009. Peress li din id-dispożizzjoni l-ġdida tipprevedi l-applikazzjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, tal-metodu ta’ eżenzjoni anki għad-dividendi li kumpannija residenti tirċievi minn kumpanniji mhux residenti, il-Qorti<?PAGE NO="I-366"?> tal-Ġustizzja bagħtet, fit-<DATE ISO="20091008">8 ta’ Ottubru 2009</DATE>, talba għal kjarifiki lill-qorti tar-rinviju abbażi tal-Artikolu 104(5) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. Din ġiet mistiedna sabiex tippreċiża l-impatt tal-bdil leġiżlattiv li sar fil-kliem tad-domandi preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tat-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE> għal din it-talba għal kjarifiki, il-qorti tar-rinviju rriformulat id-domandi li saru f’kull waħda mill-kawżi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-436/08, hija tispjega, qabel kollox, li l-KStG tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dividendi provenjenti minn ishma inferjuri għal 10 % tal-kapital soċjali ta’ kumpannija distributriċi, jiġifieri d-dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-Ftehim ŻEE għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru bejn ir-Repubblika Awstrijaka u l-Istat terz ikkonċernat. Tali kundizzjoni ma hijiex prevista għall-ishma internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 10(2) tal-KStG.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi portfolio mogħtija lill-kumpanniji mhux residenti stabbiliti fi Stati Membri differenti mill-Awstrija jew fi Stati terzi li huma parti fil-Ftehim ŻEE ma tapplikax, f’kull każ, fil-maġġor parti tal-każijiet minħabba l-informazzjoni li l-persuna taxxabbli hija marbuta li tipprovdi lill-amministrazzjoni fiskali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan il-benefiċċju fiskali. Fil-fatt, hija l-persuna taxxabbli li għandha tipproduċi l-prova li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(5) tal-KStG ma humiex sodisfatti. B’hekk, il-persuna taxxabbli għandha tipproċedi għal paragun tat-taxxi (Artikolu 10(5)(1) tal-KStG), tiddetermina r-rata ta’ taxxa li għandha tiġi applikata (Artikolu 10(5)(2) tal-KStG) kif ukoll l-eżenzjonijiet personali u materjali tal-persuna morali mhux residenti (Artikolu 10(5)(3) tal-KStG), tikseb id-dokumenti probatorji korrispondenti u tħallihom għad-dispożizzjoni<?PAGE NO="I-367"?> tal-amministrazzjoni fiskali fl-eventwalità ta’ kontroll. B’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-ishma f’fondi ta’ investiment, huwa prattikament impossibbli li jiġi pprovat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(5) tal-KStG ma humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni espressa mill-Verwaltungsgerichtshof, fid-deċiżjonijiet tagħha tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, li tgħid li l-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni għandhom dejjem jitqiesu bħala ekwivalenti ma hijiex aċċettata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Finalment, il-qorti tar-rinviju tosserva li fl-Artikolu 10 tal-KStG, il-leġiżlatur ma stabbilixxa ebda benefiċċju fiskali favur dividendi provenjenti minn ishma ta’ inqas minn 10 % fil-kapital ta’ persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi, peress li l-limitu li taħtu dan il-benefiċċju ma jingħatax kien preċedentement iffisat għal 25 %. Jekk din il-leġiżlazzjoni tikser id-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju jkollha normalment tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni, b’mod konformi mad-deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Kawża C-436/08, id-domandi preliminari segwenti, kif ifformulati mill-ġdid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi portfolio barranin provenjenti minn Stati li huma parti għall-Ftehim ŻEE tkun suġġetta għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru meta l-eżenzjoni tad-dividendi provenjenti minn ishma internazzjonali (inkluż fil-każ ta’ dividendi provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi u<?PAGE NO="I-368"?> anki f’każ tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni) ma tkunx suġġetta għal din il-kundizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi l-obbligu li jiġi applikat il-metodu ta’ imputazzjoni lid-dividendi portfolio barranin provenjenti minn Stati tal-Unjoni [Ewropea] jew minn Stati partijiet għall-Ftehim ŻEE meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni ma jkunux sodisfatti, peress li huwa diffiċli ħafna, kważi impossibbli, għall-azzjonist, kemm li jipprova li dawn il-kundizzjonijiet (tassazzjoni paragunabbli, livell ta’ rata ta’ taxxa barranija, nuqqas ta’ eżenzjonijiet personali jew materjali tal-persuna ġuridika mhux residenti) huma sodisfatti, kif ukoll li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji barranija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li l-liġi teskludi kemm l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji kif ukoll l-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa, għall-prodott tal-ishma f’persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi, meta s-sehem ikun inqas mil-limitu ta’ 10 % (25 %), filwaqt li l-prodott tal-ishma f’persuni ġuridiċi residenti huwa eżenti jkun liema jkun il-livell tas-sehem?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għat-tielet domanda, id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li amministrazzjoni nazzjonali tuża l-metodu ta’ imputazzjoni sabiex tevita li l-ishma fil-persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi ma jbgħatux minn diskriminazzjoni, peress li l-prova tat-taxxa tal-input (fuq il-kumpanniji) imħallsa f’pajjiż barrani, minħabba l-livell relattivament baxx ta’ dawn l-ishma, hija impossibbli li tingħata jew tista’ tingħata biss b’riżultat ta’ sforzi sproporzjonati, minħabba li din il-konsegwenza tikkorrispondi l-aħjar, skont<?PAGE NO="I-369"?> deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof, għar-rieda (ipotetika) tal-leġiżlatur, filwaqt li jekk ma jiġix applikat dan il-livell ta’ sehem ta’ 10 % (jew ta’ 25 %) li għandu effett diskriminatorju, tkun tirriżulta eżenzjoni fiskali għall-ishma f’persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għar-raba’ domanda (a), id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li l-eżenzjoni tiġi rrifjutata lill-prodott tal-ishma f’persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi meta s-sehem ikun inqas mil-livell ta’ 10 % (25 %) filwaqt li l-eżenzjoni tal-prodotti, fir-rigward tal-ishma superjuri għal dan il-livell, ma hijiex suġġetta għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda (a), id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li l-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji barranija tiġi eskluża għall-prodott tal-ishma provenjenti minn persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi sa fejn is-sehem ikun inqas mil-livell ta’ 10 % (25 %), meta l-imputazzjoni tat-taxxa – stabbilita f’ċerti każijiet determinati – f’każ ta’ prodott tal-ishma provenjenti minn persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati terzi, fir-rigward ta’ ishma superjuri għal dan il-livell, ma tkunx suġġetta għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-437/08, il-qorti tar-rinviju tosserva li d-deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE> tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk it-taxxa li għandha tiġi imputata tinkludix, minbarra t-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi, anki t-taxxa li dan l-istess Stat ikun intaxxa f’ras il-għajn b’mod konformi mal-ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-370"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta’ sena finanzjarja li matulu l-kumpannija residenti benefiċjarja tad-dividendi bagħtiet telf fl-operat, tqum il-kwistjoni dwar jekk, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni marbuta mat-trattament differenti tad-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti meta pparagunati ma’ dawk provenjenti minn kumpanniji residenti, l-amministrazzjoni fiskali għandhiex tinkludi l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’pajjiż barrani fis-snin finanzjarja ulterjuri.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Kawża C-437/08, id-domandi preliminari segwenti, kif ifformulati mill-ġdid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi l-obbligu li jiġi applikat il-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi provenjenti minn pajjiż barrani f’każ ta’ bdil tal-metodu meta, fl-istess ħin, la l-inklużjoni tal-imputazzjoni fl-eżerċizzji sussegwenti [fis-snin finanzjarji ulterjuri] u lanqas kreditu ta’ taxxa għas-sena li fiha kien hemm telf ma huma awtorizzati f’dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-kumpanniji li għandha tiġi imputata jew it-taxxa f’ras il-għajn li għandha tiġi imputata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi li jkollu jiġi applikat il-metodu ta’ imputazzjoni lid-dividendi provenjenti minn Stati terzi minħabba li din il-konsegwenza tikkorrispondi l-aħjar, skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof, għar-rieda (ipotetika) tal-leġiżlatur, meta, fl-istess ħin, la l-inklużjoni tal-imputazzjoni u lanqas kreditu ta’ taxxa għas-sena li fiha kien hemm telf ma huma awtorizzati?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20090116">16 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-kawżi C-436/08 u C-437/08 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċeduri bil-miktub u orali, kif ukoll għas-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-371"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi preliminari fir-risposta, tat-<DATE ISO="20091030">30 ta’ Ottubru 2009</DATE>, tal-qorti tar-rinviju wara t-talba għal kjarifiki li ġiet indirizzata lilha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fit-<DATE ISO="20091118">18 ta’ Novembru 2009</DATE>, li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura bil-miktub f’dawn il-kawżi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-libertà inkwistjoni fil-kawżi prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li d-domandi mressqa f’kull waħda mill-kawżi ma jindikaw ebda dispożizzjoni preċiża tat-Trattat FUE li l-interpretazzjoni tagħha hija neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-kawżi prinċipali. Id-domandi msemmija jirreferu biss, b’mod ġenerali, għad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha, fil-preżenza ta’ domandi fformulati b’mod mhux preċiż, tiġbor mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali u mill-proċess tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-suġġett tal-kawża (sentenzi tat-<DATE ISO="19991118">18 ta’ Novembru 1999</DATE>, Teckal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/98" PAGE.ECR="I-8121" YEAR="1999">C-107/98, Ġabra p. I-8121</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll tat-<DATE ISO="20030123">23 ta’ Jannar 2003</DATE>, Makedoniko Metro u Michaniki, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-57/01" PAGE.ECR="I-1091" YEAR="2003">C-57/01, Ġabra p. I-1091</REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><?PAGE NO="I-372"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-trattament fiskali ta’ dividendi jista’ jaqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u tal-Artikolu 63 TFUE dwar il-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk leġiżlazzjoni nazzjonali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda jew oħra mil-libertajiet koperti mill-prinċipju ta’ moviment liberu, minn ġurisprudenza fil-preżent ferm stabbilita jirriżulta li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni s-suġġett tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" PAGE.ECR="I-7995" YEAR="2006">C-196/04, Ġabra p. I-7995</REF.DOC.ECR>, punti 31 sa 33; tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Fidium Finanz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-452/04" PAGE.ECR="I-9521" YEAR="2006">C-452/04, Ġabra p. I-9521</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 44 sa 49; tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/04" PAGE.ECR="I-11673" YEAR="2006">C-374/04, Ġabra p. I-11673</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38; Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36, kif ukoll tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punti 26 sa 34).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, diġà ġie deċiż li leġiżlazzjoni nazzjonali li hija intiża sabiex tapplika biss għall-ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ kumpannija u li jiġu determinati l-attivitajiet tagħha, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment (ara s-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, u tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Idryma Typou, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/09" PAGE.ECR="I-10161" YEAR="2010">C-81/09, Ġabra p. I-10161</REF.DOC.ECR>, punt 47). Min-naħa l-oħra, dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw għal ishma adottati biss bl-intenzjoni li jsir investiment finanzjarju mingħajr l-intenzjoni li jkun hemm impatt fuq it-tmexxija u l-kontroll tal-impriża għandhom jiġu eżaminati b’mod esklużiv fid-dawl tal-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38, kif ukoll tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Glaxo Wellcome, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/08" PAGE.ECR="I-8591" YEAR="2009">C-182/08, Ġabra p. I-8591</REF.DOC.ECR>, punti 40 u 45 sa 52).</TXT></NP><?PAGE NO="I-373"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, min-naħa waħda, li ż-żewġ kawżi prinċipali jirrigwardaw l-impożizzjoni fl-Awstrija ta’ dividendi rċevuti minn kumpanniji residenti provenjenti minn ishma li dawn iżommu f’kumpanniji mhux residenti u li huma inqas minn 10 % tal-kapital ta’ dawn il-kumpanniji tal-aħħar. Issa, ishma ta’ tali daqs ma jagħtux il-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanniji kkonċernati u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tgħamel distinzjoni bejn l-oriġini nazzjonali jew le tad-dividendi meta dawn ikunu provenjenti minn ishma inferjuri għal 10 % tal-kapital tal-kumpannija distributriċi. Fil-fatt, id-dividendi portfolio huma dejjem eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji meta l-ishma kkonċernati jkunu miżmuma f’kumpanniji residenti skont l-Artikolu 10(1)(1) tal-KStG. Min-naħa l-oħra, id-dividendi portfolio la huma eżenti u lanqas ma jibbenefikaw minn imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dħul sottostanti għad-dividendi mqassma meta l-ishma kkonċernati huma miżmuma f’kumpanniji stabbiliti fi Stat terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE li miegħu ma jeżisti ebda ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(6) tal-KStG, jew f’kumpanniji stabbiliti fi Stat terz ieħor. Fir-rigward tad-dividendi portfolio provenjenti minn Stati Membri oħra jew minn Stati li huma parti għall-Ftehim ŻEE li magħhom ġie konkluż ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru, dawn huma suġġetti għall-metodu ta’ imputazzjoni u mhux għall-metodu ta’ eżenzjoni peress li, essenzjalment, id-dħul tal-kumpannija distributriċi ma ġiex effettivament issuġġettat, fl-Istat ta’ residenza ta’ din il-kumpannija, għal taxxa fuq il-kumpanniji paragunabbli ma’ dik eżistenti fl-Awstrija, b’mod konformi mal-Artikolu 10(5) tal-KStG.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidħol biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapitali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-374"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi fil-Kawża C-436/08</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel domanda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment tkun taf jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi portfolio, rċevuti mingħand kumpanniji stabbiliti fl-Istati partijiet għall-Ftehim ŻEE, għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru, filwaqt li għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ishma internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma hija imposta ebda kundizzjoni simili.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak iqis li d-domanda hija inammissibbli. Dan jenfasizza li, skont l-espożizzjoni tal-fatti fid-deċiżjoni tar-rinviju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandha ishma f’fondi ta’ investiment li l-assi tagħhom ma kinux komposti minn ishma f’kumpanniji li kienu stabbiliti fi Stat terz li kien parti għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-domanda ma għandha l-ebda rabta mal-kawżi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ proċedura taħt l-Artikolu 267 KE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, kull evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali. Bl-istess mod, hija biss il-qorti nazzjonali, li titressaq quddiemha l-kawża u<?PAGE NO="I-375"?> li għandha tassumi r-responsabbiltà għall-eventwali deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta li tiddeċiedi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Zurita García u Choque Cabrera, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/08+C-348/08" PAGE.ECR="I-10143" YEAR="2009">C-261/08 u C-348/08, Ġabra p. I-10143</REF.DOC.ECR>, punt 34 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rifjut li tingħata deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kontroversja fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, PreussenElektra, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/98" PAGE.ECR="I-2099" YEAR="2001">C-379/98, Ġabra p. I-2099</REF.DOC.ECR>, punt 39; tat-<DATE ISO="20020122">22 ta’ Jannar 2002</DATE>, Canal Satélite Digital, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-390/99" PAGE.ECR="I-607" YEAR="2002">C-390/99, Ġabra p. I-607</REF.DOC.ECR>, punt 19, u tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, kif ukoll Zurita García u Choque Cabrera, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju hemm spjegat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali rċeviet, matul is-sena finanzjarja rilevanti, dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji b’kapital azzjonarju stabbiliti fi Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija u fi Stati terzi. Issa, jista’ jitqies li, meta l-qorti tar-rinviju għamlet riferiment għall-ishma miżmuma f’kumpanniji stabbiliti fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Stati terzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, hija użat din l-espressjoni biex tiddistingwi mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riferiment għall-Istati terzi għandu jitqies li jinkludi wkoll lill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-kompatibbilità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għad-dividendi portfolio provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji stabbiliti fi Stati li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE, min-naħa waħda, u peress li d-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha l-ebda ħjiel dwar il-fatt li r-rikorrenti<?PAGE NO="I-376"?> fil-kawża prinċipali ma għandhiex ishma f’tali kumpanniji, min-naħa l-oħra, ma jidhirx b’mod ċar li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni hija irrilevanti fir-rigward tad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju hija mitluba li tieħu.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel domanda preliminari għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 63(1) TFUE jimplementa l-liberalizzazzjoni tal-kapital bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, dan jipprovdi li fil-kuntest tal-kapitolu tat-Trattat FUE intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-Kapital u l-Pagament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, huma pprojbiti r-restrizzjonijiet ta’ movimenti ta’ kapitali bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE għall-finijiet li tevalwa l-kompatibbilità mal-imsemmija dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lid-dividendi provenjenti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ishma internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jiġifieri mill-ishma ta’ mill-inqas 10 % fil-kapital ta’ kumpanniji mhux residenti, trattament fiskali iktar favorevoli minn dak irriżervat lid-dividendi portfolio rċevuti mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-377"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, kif josservaw il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Ġermanja u tal-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, għandu jsir paragun bejn, min-naħa waħda, it-trattament fiskali mogħti lid-dividendi portfolio rċevuti minn kumpanniji residenti u, min-naħa l-oħra, dak mogħti lid-dividendi portfolio rċevuti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE. Fil-fatt, l-Artikolu 63 TFUE jipprekludi, bħala prinċipju, it-trattament differenzjat, fi Stat Membru, tad-dividendi provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz fil-konfront ta’ dawk provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fl-imsemmi Stat Membru (ara d-Digriet tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, KBC Bank u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/07+C-499/07" PAGE.ECR="I-4409" YEAR="2009">C-439/07 u C-499/07, Ġabra p. I-4409</REF.DOC.ECR>, punt 71). Min-naħa l-oħra, it-trattament differenzjat bejn id-dħul provenjenti minn Stat terz fil-konfront tad-dħul provenjenti minn Stat terz ieħor, ma huwiex ikkonċernat, bħala tali, mid-dispożizzjoni msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kuntest ta’ din il-kwistjoni, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 63 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dividendi portfolio provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji residenti huma dejjem eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(1) tal-KStG, filwaqt li, abbażi tal-Artikolu 10(1)(6) tal-KStG, id-dividendi portfolio provenjenti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni ħlief jekk ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Istat terz ikkonċernat ikunu kkonkludew ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-movimenti tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 63(1) TFUE, bħala restrizzjonijiet għall-movimenti tal-kapital, jinkludu wkoll dawk li huma ta’ natura li jiddisswadu lil dawk li ma humiex residenti milli jinvestu fi Stat Membru<?PAGE NO="I-378"?> jew li jiddisswadu lir-residenti fl-imsemmi Stat Membru milli jinvestu fi Stati Membri oħra (sentenzi tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Festersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/05" PAGE.ECR="I-1129" YEAR="2007">C-370/05, Ġabra p. I-1129</REF.DOC.ECR>, punt 24, u tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, A, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/05" PAGE.ECR="I-11531" YEAR="2007">C-101/05, Ġabra. p. I-11531</REF.DOC.ECR>A, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix restrizzjoni għall-movimenti tal-kapital, għandu jiġi kkonstatat li, sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji, il-kumpanniji residenti li jirċievu dividendi portfolio provenjenti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE huma, diversament mill-kumpanniji residenti li jirċievu dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji residenti, suġġetti għal kundizzjoni supplimentari, jiġifieri dik marbuta mal-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Istat terz ikkonċernat. Issa, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li huma biss l-Istati kkonċernati li għandhom jiddeċiedu li jintrabtu permezz ta’ ftehim, jirriżulta li l-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru tista’ twassal <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, għal sistema permanenti ta’ nuqqas ta’ eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Établissements Rimbaud, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/09" PAGE.ECR="I-10659" YEAR="2010">C-72/09, Ġabra p. I-10659</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Isegwi li, minħabba l-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali sabiex id-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE u rċevuti mill-kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija jkunu jistgħu jiġu eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Awstrija, l-investiment fl-ewwel kumpanniji li jista’ jsir mit-tieni kumpanniji huwa inqas attraenti mill-investiment li jista’ jsir f’kumpannija stabbilita fl-Awstrija jew fi Stat Membru ieħor. Tali differenza fit-trattament tista’ tiddiswadi lill-kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija milli jipproċedu għall-akkwist ta’ ishma f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-379"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlazzjoni msemmija tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital bejn Stat Membru u ċerti Stati terzi, li bħala prinċipju hija pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk din ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tistax tkun iġġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>Fuq l-eventwali ġustifikazzjonijiet tal-miżura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(1)(a) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[l]-Artikolu 63 [TFUE] ma jippreġudikax id-dritt li għandhom l-Istati Membri […] li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom li jistabbilixxu distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni f’dak li jirrigwarda r-residenza tagħhom jew il-post fejn ikun investit il-kapital tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, peress li tidderoga mill-prinċipju fundamentali ta’ moviment liberu tal-kapital, għandha tingħata interpretazzjoni stretta. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata fis-sens li kull leġiżlazzjoni fiskali li tagħmel distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli skont il-post fejn ikunu residenti jew skont l-Istat fejn jinvestu l-kapital tagħhom hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/07" PAGE.ECR="I-6845" YEAR="2008">C-11/07, Ġabra p. I-6845</REF.DOC.ECR>, punt 57, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Mattner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-510/08" PAGE.ECR="I-3553" YEAR="2010">C-510/08, Ġabra p. I-3553</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><?PAGE NO="I-380"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-deroga prevista fl-imsemmija dispożizzjoni hija hi stess limitata mill-Artikolu 65(3) TFUE li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Id-differenzi fit-trattament awtorizzati mill-Artikolu 65(1)(a) TFUE għandhom b’hekk jiġu distinti minn diskriminazzjonijiet ipprojbiti mill-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu. Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, hemm bżonn li d-differenza fit-trattament li din tipprevedi, bejn dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji residenti u dawk provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, tkun tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma jkunux oġġettivament paragunabbli jew tkun ġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20000606">6 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Verkooijen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" PAGE.ECR="I-4071" YEAR="2000">C-35/98, Ġabra p. I-4071</REF.DOC.ECR>, punt 43; tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Manninen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" PAGE.ECR="I-7477" YEAR="2004">C-319/02, Ġabra p. I-7477</REF.DOC.ECR>, punt 29; tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, Blanckaert, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-512/03" PAGE.ECR="I-7685" YEAR="2005">C-512/03, Ġabra p. I-7685</REF.DOC.ECR>, punt 42, u tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/07" PAGE.ECR="I-10983" YEAR="2009">C-540/07, Ġabra p. I-10983</REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fir-rigward ta’ liġi fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża sabiex tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tad-dħul distribwit, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali sa fejn, fiż-żewġ każijiet, id-dħul li sar jista’, bħala prinċipju, jkun suġġett għal sensiela ta’ taxxi (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 63 TFUE jimponi lil Stat Membru li għandu sistema ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji residenti oħra, li jagħti trattament ekwivalenti<?PAGE NO="I-381"?> lid-dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tipprevedix tali trattament ekwivalenti. Fil-fatt, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni tipprevjeni b’mod sistematiku t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi portfolio ta’ oriġini nazzjonali rċevuti minn kumpannija residenti, din la telimina u lanqas ma tnaqqas tali taxxa doppja meta kumpannija residenti tirċievi dividendi portfolio provenjenti mingħand kumpannija stabbilita fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE li miegħu r-Repubblika tal-Awstrija ma kkonkludietx ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru. F’din l-aħħar ipoteżi, l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali la tipprevedi l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi rċevuti u lanqas l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fl-Istat terz ikkonċernat fuq id-dħul distribwit b’dan il-mod, filwaqt li n-neċessità li tiġi pprevenuta t-taxxa doppja ekonomika hija l-istess fost il-kumpanniji residenti, kemm jekk jirċievu dividendi mingħand kumpanniji residenti jew mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Isegwi li d-differenza fit-trattament, abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, bejn id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u dawk provenjenti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE ma tistax tiġi ġġustifikata minn differenza ta’ sitwazzjoni marbuta mal-post fejn il-kapital ġie investit.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għad irid jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjoni li tirriżulta minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ELISA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/05" PAGE.ECR="I-8251" YEAR="2007">C-451/05, Ġabra p. I-8251</REF.DOC.ECR>, punt 79).</TXT></NP><?PAGE NO="I-382"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit jispjegaw li, fin-nuqqas ta’ kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, bħal dak li jirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta’ Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Direttiva 77/799<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), Stat Membru jista’ jissuġġetta l-eżenzjoni ta’ dividendi portfolio rċevuti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka mal-Istat terz ikkonċernat. Il-verifika tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi timplika, fil-fatt, skambju ta’ informazzjoni mal-amministrazzjoni fiskali tal-Istat li fih tkun stabbilita l-imsemmija kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-ġurisprudenza dwar ir-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni ma tistax tiġi kompletament trasposta għall-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, peress li dawn il-movimenti jaqgħu f’kuntest legali differenti (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq A, punt 60, u Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rilevat li l-qafas ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stabbilit mid-Direttiva 77/799 ma jeżistix bejn dawn u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz meta dan tal-aħħar ma jkun adotta ebda impenn ta’ assistenza reċiproka (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 70, u Établissements Rimbaud, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom jista’ jiġi vverifikat biss billi tinkiseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, huwa, bħala prinċipju, leġittimu li dan l-Istat Membru jirrifjuta l-għoti ta’ dan il-vantaġġ jekk, b’mod partikolari, minħabba n-nuqqas ta’ obbligu fi ftehim ta’ dan l-Istat<?PAGE NO="I-383"?> terz li jipprovdi informazzjoni, ikun impossibbli għalih li jikseb din l-informazzjoni mingħand dan tal-aħħar (sentenza Établissements Rimbaud, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li l-Artikolu 10(5) tal-KStG jeskludi l-eżenzjoni tad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE meta, essenzjalment, id-dħul tal-kumpannija distributriċi ma jkunx ġie effettivament issuġġettat, fl-Istat terz ikkonċernat, għal taxxa fuq il-kumpanniji paragunabbli ma’ dik li teżisti fl-Awstrija. Għalhekk, jista’ jitqies li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni fiskali ma jistgħux jiġu vverifikati mill-Istat Membru kkonċernat fin-nuqqas ta’ obbligu li jirriżulta minn ftehim tal-Istat terz li jipprovdi ċerta informazzjoni lill-awtoritajiet fiskali tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Isegwi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dividendi rċevuti mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka mal-Istat terz ikkonċernat, tista’ tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mal-effettività tal-kontrolli fiskali u mal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, ir-restrizzjoni għal moviment liberu, anki jekk hija xierqa għall-għan imfittex, ma tistax tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan il-għan (ara s-sentenza ELISA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 82 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjoni li tirriżulta minn leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrispettax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa bħala prinċipju mixtieq li Stat Membru jissuġġetta l-eżenzjoni<?PAGE NO="I-384"?> tad-dividendi provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka konkluż ma’ dan l-Istat. B’hekk, il-proporzjonalità ta’ tali leġiżlazzjoni ma titpoġġiex indiskussjoni mis-sempliċi fatt li Stat Membru ma jipprevedix tali ħtieġa għall-eżenzjoni tad-dividendi provenjenti minn ishma ta’ mill-inqas 10 % tal-kapital tal-kumpannija distributriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE għall-eżistenza, ma’ dan l-Istat, ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka mhux biss fuq livell amministrattiv, iżda anki dwar l-irkupru.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, is-sempliċi eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv tista’ titqies bħala neċessarja għall-finijiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jivverifika l-livell ta’ tassazzjoni effettiva tal-kumpannija mhux residenti li tiddistribwixxi d-dividendi. Fil-fatt, il-liġi nazzjonali inkwistjoni tikkonċerna l-impożizzjoni fl-Awstrija, abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, ta’ dħul li kumpanniji residenti jirċievu fl-Awstrija. L-irkupru ta’ tali taxxi mill-awtoritajiet Awstrijaċi ma jistax jeħtieġ l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ Stat terz.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>L-argument imressaq mill-Gvern Awstrijak waqt is-seduta, li jgħid li l-assistenza dwar l-irkupru hija neċessarja fil-każ tat-tluq tal-persuna taxxabbli, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, hekk kif tosserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 90 tal-konklużjonijiet tagħha, it-tluq huwa ipoteżi mġebbda ħafna sabiex tkun tista’ tiġġustifika mingħajr eċċezzjoni li t-tneħħija tat-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi portfolio provenjenti minn Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE tkun suġġetta għal ftehim ta’ assistenza dwar l-irkupru.</TXT></NP><?PAGE NO="I-385"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji għad-dividendi portfolio provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji residenti u li tissuġġetta tali eżenzjoni għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru bejn l-Istat Membru u l-Istat terz ikkonċernat, sa fejn hija biss l-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv li hija neċessarja għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq it-tieni domanda</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tfakkar li, abbażi tal-Artikolu 10 tal-KStG, fil-każ li jkun jeżisti ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka, id-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji residenti, minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra u minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali. Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, l-eżenzjoni fiskali tad-dividendi rċevuti minn kumpanniji mhux residenti ma tapplikax fil-parti l-kbira tal-każijiet minħabba l-informazzjoni li l-kumpannija benefiċjarja hija marbuta li tipprovdi lill-amministrazzjoni fiskali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan il-benefiċċju. Għalhekk, il-metodu ta’ imputazzjoni huwa ġeneralment applikabbli għad-dividendi provenjenti mill-kumpanniji mhux residenti. Skont il-qorti tar-rinviju, ikun biss b’diffikultá li l-persuna taxxabbli tkun tista’ tipproduċi l-provi dwar it-taxxa barranija imputabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-386"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>B’hekk, bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi portfolio distribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE meta ma jkunx stabbilit li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni fiskali, meta jkun diffiċli ħafna, kważi impossibbli, għall-azzjonist, kemm li jipprova li dawn il-kundizzjonijiet huma sodisfatti, jiġifieri l-impożizzjoni paragunabbli, il-livell tar-rata tat-taxxa barranija u n-nuqqas ta’ eżenzjonijiet personali jew materjali tal-persuna ġuridika mhux residenti, kif ukoll li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tippermetti lill-qorti tar-rinviju li tevalwa l-kompatibbiltà mal-Artikolu 63 TFUE, l-ewwel nett, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>passaġġ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> mill-metodu ta’ eżenzjoni għall-metodu ta’ imputazzjoni previst mill-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta l-benefiċjarju tad-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti ma jkollhomx ċerti provi u, it-tieni nett, tal-applikazzjoni ta’ metodu ta’ imputazzjoni li jimponi fuq l-imsemmi benefiċjarju spejjeż amministrattivi kunsiderevoli, jew eċċessivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-movimenti tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 10(1)(1) tal-KStG jeżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji id-dividendi portfolio rċevuti mingħand kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija. B’mod konfromi mal-Artikolu 10(1)(5) u (6) u mal-Artikolu 10(5) tal-KStG, it-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi rċevuti minn kumpanniji stabbiliti fl-Istati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija jew fl-Istati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE hija evitata biss, permezz tal-eżenzjoni fiskali jew tal-metodu ta’ imputazzjoni, meta l-benefiċjarju tal-imsemmija dividendi jkollu provi dwar il-livell ta’ taxxa li<?PAGE NO="I-387"?> huma suġġetti għaliha l-kumpanniji distributriċi ta’ tali dividendi fl-Istat fejn huma stabbiliti.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, id-differenza ta’ trattament li huma suġġetti għaliha d-dividendi portfolio għandha l-effett li tiddiswadi lill-kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija milli jinvestu kapital f’kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE. Fil-fatt, peress li fl-Awstrija, id-dividendi rċevuti mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE huma fiskalment trattati b’mod inqas favorevoli minn dawk irċevuti mingħand kumpannija stabbilita fl-Awstrija, l-ishma tal-ewwel kumpanniji huma inqas attraenti għall-investituri residenti fl-Awstrija minn dawk ta’ kumpanniji stabbiliti f’dan l-aħħar Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għaldaqstant, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinvolvi restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 63(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk din ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tistax tkun iġġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq l-eventwali ġustifikazzjonijiet tal-miżura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 58 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, biex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital,<?PAGE NO="I-388"?> huwa meħtieġ li d-differenza fit-trattament tkun tali li tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew li tkun iġġustifikata abbażi ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabel kollox, li, fil-kuntest ta’ regola fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża sabiex tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika ta’ profitti mqassma, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali sa fejn, fiż-żewġ każijiet, il-profitti magħmula jistgħu, bħala prinċipju, jiġu suġġetti għal sensiela ta’ taxxi (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 63 TFUE jimponi fuq Stat Membru, li għandu sistema ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil persuni residenti minn kumpanniji residenti, li jagħti trattament ekwivalenti lid-dividendi mħallsa lil persuni residenti minn kumpanniji mhux residenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Issa, ġie deċiż li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lil Stat Membru milli jipprevjeni sensiela ta’ taxxi fuq dividendi rċevuti minn kumpannija residenti b’applikazzjoni tar-regoli li jeżentaw dawn id-dividendi mill-impożizzjoni meta dawn jitħallsu minn kumpannija residenti, filwaqt li jevita, permezz ta’ metodu ta’ imputazzjoni, sensiela ta’ taxxi fuq l-imsemmija dividendi meta dawn jitħallsu minn kumpannija mhux residenti, madankollu sakemm ir-rata ta’ taxxa fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija ma tkunx superjuri għar-rata ta’ impożizzjoni applikata fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u sakemm il-kreditu tat-taxxa jkun mill-inqas ugwali għall-ammont imħallas fl-Istat tal-kumpannija distributriċi sal-livell tal-ammont ta’ impożizzjoni applikat fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punti 48 u 57; kif ukoll id-Digriet tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/05" PAGE.ECR="I-2875" YEAR="2008">C-201/05, Ġabra p. I-2875</REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><?PAGE NO="I-389"?><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta l-profitti li fuqhom huma bbażati d-dividendi ta’ oriġini barranija huma suġġetti fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, għal taxxa inferjuri għat-taxxa miġbura mill-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja, dan tal-aħħar għandu jagħti kreditu ta’ taxxa totali li jikkorrispondi għat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta dawn il-profitti huma suġġetti fl-Istat tal-kumpannija distributriċi għal taxxa ogħla mit-taxxa miġbura mill-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja, dan tal-aħħar huwa obbligat jagħti kreditu ta’ taxxa biss sa l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mill-kumpannija benefiċjarja. Dan ma huwiex marbut li jirrimborsa d-differenza, jiġifieri l-ammont imħallas fl-Istat tal-kumpannija distributriċi li jeċċedi l-ammont tat-taxxa dovuta fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Il-metodu ta’ imputazzjoni jippermetti, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li d-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti jingħataw trattament ekwivalenti għal dak mogħti, mill-metodu ta’ eżenzjoni, lid-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti. L-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni lid-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti tippermetti, fil-fatt, li jiġi żgurat li d-dividendi portfolio ta’ oriġini barranija u dawk ta’ oriġini nazzjonali jkollhom l-istess piż fiskali, b’mod partikolari meta l-Istat li minnu jipprovjenu d-dividendi japplika, fil-kuntest tat-taxxa fuq il-kumpanniji, rata ta’ taxxa iżgħar minn dik applikabbli fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi. F’tali każ, l-eżenzjoni tad-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti tiffavorixxi lill-persuni taxxabbli li investew fl-ishma barranin meta mqabbla ma’ dawk li investew fl-ishma nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ekwivalenza bejn il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni, id-diffikultajiet li l-persuna taxxabbli tista’ tiltaqa’ magħhom għall-finijiet li tipprova li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni fiskali tad-dividendi rċevuti mingħand kumpanniji mhux residenti huma, bħala prinċipju, irrilevanti sabiex jiġi evalwat jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni<?PAGE NO="I-390"?> fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, dawn id-diffikultajiet, jew l-impossibbiltà għall-persuna taxxabbli li tipproduċi l-provi mitluba, għandhom biss il-konsegwenza li l-metodu ta’ imputazzjoni, ekwivalenti għal dak tal-eżenzjoni, jiġi applikat għad-dividendi li din tirċievi mingħand kumpanniji mhux residenti.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi imposti fuq il-persuna taxxabbli sabiex din tkun tista’ tibbenefika mill-metodu ta’ imputazzjoni, diġà ġie deċiż li s-sempliċi fatt li, pparagunata ma’ sistema ta’ eżenzjoni, sistema ta’ imputazzjoni timponi fuq il-persuni taxxabbli spejjeż amministrattivi addizzjonali, ma jistax jitqies bħala differenza fit-trattament li tmur kontra l-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, l-ispiża amministrattiva imposta b’dan il-mod fuq il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi portfolio mill-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tirriżulta eċċessiva.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Haribo tispjega li, kuntrarjament għad-dividendi portfolio mħallsa minn kumpanniji residenti li huma eżenti, id-dividendi portfolio mħallsa fl-Awstrija mingħand kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE u rċevuti permezz ta’ fond ta’ investiment huma normalment suġġetti, fl-Awstrija, għal taxxa fuq il-kumpanniji ta’ 25 % minħabba l-ispiża amministrattiva eċċessiva imposta fuq il-persuna taxxabbli. Skont Haribo, il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni huma ekwivalenti biss fil-każijiet fejn tkun tista’ tiġi prodotta l-prova tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa f’pajjiż barrani jew fejn tkun tista’ tiġi prodotta mingħajr sforzi sproporzjonati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-391"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li l-ispiża amministrattiva imposta fuq il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi portfolio ma hijiex eċċessiva. F’dan ir-rigward, il-Gvern Awstrijak jinsisti fuq il-fatt li l-komunikazzjoni tat-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE> issemplifikat b’mod sostanzjali l-provi meħtieġa sabiex tinkiseb l-imputazzjoni tat-taxxa barranija.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru għandhom id-dritt li jeħtieġu mingħand il-persuna taxxabbli l-provi li dawn iqisu bħala neċessarji sabiex jevalwaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għal benefiċċju fiskali previst mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u, konsegwentement, jekk hemmx lok jew le li jingħata l-benefiċċju msemmi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20021003">3 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Danner, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/00" PAGE.ECR="I-8147" YEAR="2002">C-136/00, Ġabra p. I-8147</REF.DOC.ECR>, punt 50; tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Skandia u Ramstedt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-422/01" PAGE.ECR="I-6817" YEAR="2003">C-422/01, Ġabra p. I-6817</REF.DOC.ECR>, punt 43, kif ukoll tas-<DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, Persche, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/07" PAGE.ECR="I-359" YEAR="2009">C-318/07, Ġabra p. I-359</REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Ċertament, jekk jirriżulta li l-kumpanniji benefiċjarji ta’ dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija u fi Stati terzi li huma parti għall-Ftehim ŻEE jkunu jinsabu, minħabba spiża amministrattiva eċċessiva, fl-impossibbiltà effettiva li jibbenefikaw mill-metodu ta’ imputazzjoni, tali leġiżlazzjoni ma tkunx tippermetti l-prevenzjoni, u lanqas it-tnaqqis, tat-taxxa doppja ekonomika ta’ tali dividendi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jkunx jista’ jitqies li l-metodu ta’ imputazzjoni u dak tal-eżenzjoni li jippermetti li jiġu evitati sensiela ta’ taxxi fuq id-dividendi ddistribwiti, iwasslu għal riżultat ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Madankollu, peress li Stat Membru huwa, bħala prinċipju, liberu li jevita s-sensiela ta’ taxxi fuq dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija residenti billi jagħżel il-metodu ta’ eżenzjoni meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti u l-metodu ta’ imputazzjoni meta jitħallsu minn kumpannija mhux residenti stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali li huma imposti fuq il-kumpannija residenti, b’mod partikolari l-fatt li<?PAGE NO="I-392"?> l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali teħtieġ informazzjoni dwar it-taxxa li tkun effettivament ġiet imposta fuq id-dħul tal-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi fl-Istat ta’ residenza tagħha, huma inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma jistgħux jitqiesu bħala eċċessivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punti 48 u 53). Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi ta’ oriġini barranija ma humiex, bħala prinċipju, f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi li għandu jiġi imputat fuq l-ammont tat-taxxa dovut mill-kumpannija benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi ma jkollhiex hija stess l-informazzjoni kollha dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li tkun tħallset fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, tali informazzjoni hija magħrufa, f’kull każ, minn din l-aħħar kumpannija. Issa, f’dawn iċ-ċirkustanzi, kull diffikultà għall-kumpannija benefiċjarja li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar it-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi tad-dividendi hija marbuta mhux mal-kumplessità intrinsika tagħhom, iżda mal-eventwali nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-kumpannija li jkollha din l-informazzjoni. Hekk kif tenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tagħha, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni li jesperjenza l-investitur ma huwiex problema li taffettwa lill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif jirrileva l-Gvern Awstrijak, il-komunikazzjoni tat-<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE> issemplifikat il-provi meħtieġa sabiex tinkiseb l-imputazzjoni tat-taxxa barranija fis-sens li, sabiex tiġi kkalkolata t-taxxa mħallsa f’pajjiż barrani, tittieħed inkunsiderazzjoni l-formula segwenti. Id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi għandu jiġi moltiplikat bir-rata nominali tat-taxxa fuq il-kumpanniji applikabbli fl-Istat fejn hija stabbilita din il-kumpannija u bis-sehem miżmum mill-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija distributriċi. Issa, tali kalkolu jeħtieġ biss kooperazzjoni limitata min-naħa tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi jew tal-fond ta’ investiment meta s-sehem ikkonċernat ikun miżmum permezz ta’ tali fond.</TXT></NP><?PAGE NO="I-393"?><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Finalment, hekk kif jenfasizzaw il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Ġermanja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni, il-fatt li, għad-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti mir-Repubblika tal-Awstrija, l-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat Membru tista’ tirrikorri għall-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka previst mid-Direttiva 77/799 ma jimplikax li din hija marbuta li teħles lill-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi milli tipproduċi l-prova tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li d-Direttiva 77/799 tipprevedi l-fakoltà għall-amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali li jitolbu informazzjoni li ma jistgħux jiksbu huma stess, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li r-riferiment, fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/799, għall-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa tali li jindika li, għalkemm l-imsemmija awtoritajiet għandhom il-possibbiltà li jitolbu informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, talba bħal din bl-ebda mod ma tammonta għal obbligu. Kull Stat Membru huwa kompetenti sabiex jevalwa l-każijiet speċifiċi li fihom ma hemmx informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tiegħu u sabiex jiddeċiedi jekk dawn il-każijiet jiġġustifikawx li ssir talba għal informazzjoni lil Stat Membru ieħor (sentenzi tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Twoh International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/05" PAGE.ECR="I-7897" YEAR="2007">C-184/05, Ġabra p. I-7897</REF.DOC.ECR>, punt 32, u Persche, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-Direttiva 77/799 ma teħtieġx li l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi jirrikorri għall-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka li din tipprevedi meta l-informazzjoni pprovduta minn din il-kumpannija ma tkunx suffiċjenti sabiex jiġi vverifikat jekk din tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, l-eżistenza eventwali ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, li jipprevedi l-fakultà għal dan l-Istat Membru li jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat terz ikkonċernat informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, ma timplikax li<?PAGE NO="I-394"?> l-ispiża amministrattiva imposta fuq il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar il-prova tat-taxxa mħallsa fl-Istat terz inkwistjoni hija eċċessiva.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għat-tieni domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija residenti oħra, filwaqt li din tissuġġetta għal din it-taxxa d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE, madankollu sakemm it-taxxa mħallsa fl-Istat ta’ residenza ta’ din l-aħħar kumpannija hija imputata fuq it-taxxa dovuta fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja u sakemm l-ispejjeż amministrattivi imposti fuq il-kumpannija benefiċjarja sabiex tkun tista’ tibbenefika minn tali imputazzjoni ma jkunux eċċessivi. Informazzjoni mitluba mill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat ta’ residenza ta’ din tal-aħħar hija inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma tistax titqies bħala spiża amministrattiva eċċessiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq it-tielet domanda</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi kemm l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji kif ukoll l-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa f’pajjiż barrani, għad-dividendi provenjenti minn<?PAGE NO="I-395"?> ishma miżmuma f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, meta s-sehem tal-kumpannija benefiċjarja jkun inqas minn 10 %, preċedentement 25 %, tal-kapital tal-kumpannija distributriċi, filwaqt li d-dividendi provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji residenti huma eżentati jkun xi jkun il-livell tas-sehem.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-livell ta’ 25 % li tirreferi għalih il-qorti tar-rinviju fid-domanda tagħha jikkonċerna lill-Artikolu 10 tal-KStG kif kien imfassal qabel l-emenda leġiżlattiva li seħħet matul l-2009. Madankollu, mill-proċess imressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 10(1)(7) u l-Artikolu 10 (2) u (4) tal-KStG, applikabbli b’mod retroattiv għall-kawżi prinċipali, jipprevedi li d-dividendi provenjenti minn sehem miżmum f’kumpannija stabbilita fi Stat terz jiġu jew eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Awstrija, jew jibbenefikaw mill-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’pajjiż barrani meta s-sehem inkwistjoni jirrappreżenta mill-inqas 10 % tal-kapital ta’ din l-aħħar kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ishma li ma jilħqux dan il-livell, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmel distinzjoni, għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, bejn l-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE u l-Istati terzi l-oħra. Filwaqt li d-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE li miegħu r-Repubblika tal-Awstrija kkonkludiet ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru huma eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji jew jibbenefikaw mill-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fl-Istat terz parti għall-Ftehim ŻEE kkonċernat li fih hija stabbilita l-kumpannija distributriċi tad-dividendi, l-istess ma japplikax għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Peress li t-trattament fiskali ta’ dividendi provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE huwa s-suġġett tal-ewwel domanda li saret, għandu jitqies li, permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju trid tkun taf jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża<?PAGE NO="I-396"?> prinċipali, li tipprevedi li d-dividendi portfolio provenjenti minn ishma f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE la huma eżentati u lanqas ma huma suġġetti għal sistema ta’ imputazzjoni tat-taxxa barranija mħallsa, filwaqt li d-dividendi provenjenti minn ishma simili miżmuma f’kumpanniji residenti huma, min-naħa tagħhom, dejjem eżenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-effett li tiddiswadi lill-kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija milli jinvestu l-kapital tagħhom f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE. Fil-fatt, sa fejn id-dividendi li dawn l-aħħar kumpanniji jħallsu lill-kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija huma fiskalment ittrattati b’mod inqas favorevoli minn dawk distribwiti minn kumpanniji stabbiliti f’dan l-Istat Membru, l-ishma tal-kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi huma inqas attraenti għall-investitur residenti fl-Awstrija minn dawk ta’ kumpanniji stabbiliti fl-Awstrija (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Test Claimants in the FII Group Litigation, punt 166, u A, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinvolvi restrizzjoni fuq il-movimenti tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi kkonċernati li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 63(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk din ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tistax tkun iġġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-397"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq l-eventwali ġustifikazzjonijiet tal-miżura</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Hekk kif ġie mfakkar fil-punti 58 u 83 ta’ din is-sentenza, sabiex leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun tista’ titqies bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, id-differenza fit-trattament trid tkun tali li tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni fiskali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża sabiex tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tad-dħul iddistribwit, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi provenjenti minn Stati terzi hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija azzjonista li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali sa fejn, fiż-żewġ każijiet, id-dħul li jsir jista’, bħala prinċipju, ikun is-suġġett ta’ sensiela ta’ taxxi (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 63 TFUE jimponi fuq Stat Membru li jimplementa sistema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji residenti oħra, li jagħti trattament ekwivalenti lid-dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Issa, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tipprevedix tali trattament ekwivalenti. Fil-fatt, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni tipprevjeni b’mod sistematiku t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi portfolio ta’ oriġini nazzjonali rċevuti minn kumpannija residenti, din ma teliminax, u lanqas ma tnaqqas, tali taxxa doppja meta kumpannija residenti tirċievi dividendi portfolio provenjenti mingħand kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-398"?><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Isegwi li d-differenza fit-trattament, abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, tad-dividendi rċevuti minn kumpanniji residenti, skont l-oriġini ta’ dawn tal-aħħar, ma tistax tkun iġġustifikata minn differenza fis-sitwazzjoni marbuta mal-post fejn il-kapital huwa investit.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Għad irid jiġi evalwat jekk ir-restrizzjoni li tirriżulta minn leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (ara s-sentenza ELISA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 79).</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Skont il-Gvernijiet tal-Awstrija, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Finlandja u tal-Pajjiżi l-Baxxi, għalkemm restrizzjoni għall-movimenti tal-kapital provenjenti minn Stati terzi tista’ tkun ġustifikata, l-istess ma japplikax meta din ir-restrizzjoni tkun tikkonċerna l-movimenti tal-kapital bejn l-Istati Membri (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Test Claimants in the FII Group Litigation, punt 171, u A, punt 37). Dawn il-Gvernijiet iqisu li l-ħtieġa li jiġi żgurat tqassim ekwilibrat tas-setgħa ta’ tassazzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li teħles lill-Istati Membri mill-obbligu li jissuġġettaw id-dividendi li joriġinaw mill-imsemmija Stati terzi għall-istess trattament fiskali bħad-dividendi provenjenti minn kumpanniji residenti. Dawn jispjegaw li, filwaqt li l-Istati Membri huma marbuta li jagħtu lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor l-istess benefiċċji fiskali bħal dawk li huma jagħtu lill-kumpanniji stabbiliti fit-territorju tagħhom, tali obbligu ma jeżistix bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Istati terzi fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom. Kieku l-Artikolu 63 TFUE kellu jitqies bħala li jimponi l-obbligu, fuq Stat Membru, li jittratta d-dividendi provenjenti minn Stati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE bl-istess mod bħad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti, is-setgħa ta’ negozjar tal-Istati Membri sabiex jinnegozjaw il-ftehim fiskali u jiżguraw b’hekk tqassim bilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati terzi ssir fil-prattika ineżistenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-399"?><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ġurisprudenza dwar ir-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni ma tistax tiġi kompletament trasposta għall-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, peress li dawn il-movimenti jinsabu f’kuntest legali differenti (sentenza Établissements Rimbaud, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li Stat Membru jista’ juri li restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital lejn jew minn Stati terzi hija ġġustifikata minn raġuni partikolari f’ċirkustanzi fejn din ir-raġuni ma hijiex ta’ natura li tikkostitwixxi ġustifikazzjoni valida għal restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri (sentenza A, iċċitata iktar ’il fuq, punti 36 u 37, kif ukoll id-digrieti ċċitati iktar ’il fuq Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation, punt 93, u KBC Bank u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Diġà ġie rikonoxxut li restrizzjoni fuq l-eżerċizzju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni tista’ tkun iġġustifikat sabiex jiġi ppriżervat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" PAGE.ECR="I-10837" YEAR="2005">C-446/03, Ġabra p. I-10837</REF.DOC.ECR>, punt 45; tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Oy AA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/05" PAGE.ECR="I-6373" YEAR="2007">C-231/05, Ġabra p. I-6373</REF.DOC.ECR>, punt 51, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, Lidl Belgium, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/06" PAGE.ECR="I-3601" YEAR="2008">C-414/06, Ġabra p. I-3601</REF.DOC.ECR>, punt 42). Tali ġustifikazzjoni, li tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, tista’ għalhekk, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, tiġi rrikonoxxuta fir-relazzjonijiet tal-Istati Membri mal-Istati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex id-differenza fit-trattament bejn id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u d-dividendi provenjenti minn Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE tkun tista’ tiġi ġġustifikata minn tali raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, din id-differenza għandha tkun xierqa sabiex tiżgura t-twettiq tal-għan invokat u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tiegħu (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, Futura Participations u Singer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/95" PAGE.ECR="I-2471" YEAR="1997">C-250/95, Ġabra p. I-2471</REF.DOC.ECR>, punt 26; tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, de Lasteyrie du Saillant, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-9/02" PAGE.ECR="I-2409" YEAR="2004">C-9/02, Ġabra p. I-2409</REF.DOC.ECR>, punt 49, kif ukoll Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><?PAGE NO="I-400"?><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li l-issuġġettar għall-istess trattament ta’ dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija residenti, kemm jekk provenjenti minn kumpannija residenti oħra jew minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE, ma jkollux il-konsegwenza li dħul normalment taxxabbli fl-Istat Membru ta’ residenza tal-kumpannija benefiċjarja jiġi ttrasferit lejn l-Istat terz ikkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Glaxo Wellcome, iċċitata iktar ’il fuq, punt 87). Hekk kif tenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 120 tal-Konklużjonijiet tagħha, il-kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tirrigwardax is-setgħa ta’ tassazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi fuq it-territorju nazzjonali, iżda t-tassazzjoni tad-dħul barrani.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-differenza fit-trattament bejn id-dividendi portfolio skont l-oriġini nazzjonali jew barranija tagħhom ma tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi ppriżervat it-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Ċertament, l-eżenzjoni tad-dividendi portfolio distribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE, jew l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’dan l-aħħar Stat, tinvolvi, għar-Repubblika tal-Awstrija, tnaqqis fid-dħul fiskali tagħha abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li t-tnaqqis fid-dħul fiskali ma għandux jitqies bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġi invokata sabiex tiġġustifika miżura li, bħala prinċipju, tmur kontra liberta fundamentali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Manninen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49, u tal-<DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" PAGE.ECR="I-8203" YEAR="2006">C-386/04, Ġabra p. I-8203</REF.DOC.ECR>, punt 59).</TXT></NP><?PAGE NO="I-401"?><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ reċiproċità fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, għandu jitfakkar li, meta l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital ġie estiż, mill-Artikolu 56(1) KE, li sar l-Artikolu 63(1) TFUE, għall-movimenti tal-kapital bejn l-Istati terzi u l-Istati Membri, dawn tal-aħħar għażlu li jistabbilixxu dan il-prinċipju fl-istess artikolu u fl-istess termini għall-movimenti tal-kapital li jseħħu ġewwa l-Unjoni u dawk li jikkonċernaw relazzjonijiet ma’ Stati terzi (sentenza A, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, nuqqas ta’ reċiproċità fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE ma jistax jiġġustifika restrizzjoni fuq il-movimenti tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-imsemmija Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Gvern Awstrijak isostni li s-sistema fiskali tiegħu hija ġġustifikata mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli fiskali peress li l-ftehim rilevanti għall-ħelsien mit-taxxa doppja mal-Istati terzi ma jiżgurawx l-istess livell ta’ skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kkonċernati bħal dak li huwa previst, mid-Direttiva 77/799, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stabbilit mid-Direttiva 77/799 ma jeżistix bejn dawn u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz meta dan tal-aħħar ma jkun ħa ebda impenn ta’ assistenza reċiproka (ara, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 70, u Établissements Rimbaud, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju ta’ vantaġġ fiskali għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom jista’ jiġi vverifikat biss billi tinkiseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat terz differenti minn<?PAGE NO="I-402"?> Stat parti għall-Ftehim ŻEE, huwa, bħala prinċipju, leġittimu li dan l-Istat Membru jirrifjuta l-għoti ta’ dan il-vantaġġ jekk, b’mod partikolari, minħabba n-nuqqas ta’ obbligu fi ftehim ta’ dan l-Istat terz li jipprovdi informazzjoni, ikun impossibbli għalih li jikseb din l-informazzjoni mingħand dan tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenza Établissements Rimbaud, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissuġġettax eventwali eżenzjoni ta’ dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE, jew eventwali imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’tali Stat terz, għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka bejn l-Istat Membru u l-Istat terz ikkonċernat. Fil-fatt, abbażi tal-Artikolu 10 tal-KStG, id-dividendi portfolio provenjenti minn Stati terzi differenti mill-Istati parti għall-Ftehim ŻEE għadhom suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Awstrija mingħajr ma l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tipprevedi ebda benefiċċju fiskali favur tali dividendi bil-għan li tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-differenza li teżisti, fil-livell tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali, bejn is-sitwazzjonijiet prevalenti bejn l-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, min-naħa waħda, u bejn l-Istati Membri u l-Istati terzi, min-naħa l-oħra, ma tistax tiġġustifika differenza fit-trattament fiskali bejn id-dividendi portfolio ta’ oriġini nazzjonali u dawk provenjenti minn Stati terzi differenti mill-Istati li huma parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Finalment, il-Gvern Awstrijak josserva li, jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikser il-moviment liberu tal-kapital, ikollu jiġi vverifikat jekk l-ishma f’kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi għandhomx jiġu kkwalifikati bħala investimenti diretti fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE, peress li, f’tali każ, is-sistema nazzjonali tkun tista’ titqies li kienet diġà teżisti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE>. Konsegwentement, f’dan il-każ, din is-sistema tkun tista’ titqies bħala ġustifikata mill-klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li tinsab fl-imsemmi artikolu tat-Trattat FUE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-403"?><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, b’mod konformi mal-Artikolu 64(1) TFUE, l-Artikolu 63 TFUE ma jiksirx l-applikazzjoni, għall-Istati terzi, tar-restrizzjonijiet li kienu jeżistu fil-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE> abbażi tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-movimenti ta’ kapital lejn jew minn Stati terzi meta dawn jinvolvu investimenti diretti.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Isegwi li, meta, qabel il-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE>, Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni li jkun fiha restrizzjonijiet għall-movimenti ta’ kapital lejn jew minn Stati terzi pprojbiti mill-Artikolu 63 TFUE u, wara din id-data, ikun adotta miżuri li, filwaqt li xorta jkunu jikkostitwixxu restrizzjonijiet fuq il-movimenti msemmija, ikunu, essenzjalment, identiċi għal-leġiżlazzjoni preċedenti jew jillimitaw ruħhom sabiex inaqqsu jew ineħħu ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-Unjoni msemmija fil-leġiżlazzjoni preċedenti, l-Artikolu 63 TFUE ma jipprekludix l-applikazzjoni għall-Istati terzi ta’ dawn l-aħħar miżuri meta dawn ikunu japplikaw għal movimenti ta’ kapital li jinvolvu investimenti diretti (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 196).</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Diġà ġie deċiż li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala investimenti diretti l-ishma f’kumpannija li ma jiġux akkwistati bl-għan li jinħolqu jew jinżammu rabtiet ekonomiċi fit-tul u diretti bejn l-azzjonist u din il-kumpannija u li ma jippermettux lill-azzjonist jipparteċipa effettivament fit-tmexxija ta’ din il-kumpannija jew fil-kontroll tagħha (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 196). Peress li l-leġiżlazzjoni eżaminata fil-kuntest ta’ din id-domanda tirrigwarda biss ishma inferjuri għal 10 % tal-kapital tal-kumpannija distributriċi, għandu jitqies li din ma tifformax parti mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Artikolu 64(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tielet domanda li saret għandha tkun li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan li tipprevjeni taxxa doppja ekonomika, teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio<?PAGE NO="I-404"?> rċevuti minn kumpannija residenti u ddistribwiti minn kumpannija residenti oħra u li, għad-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE, ma tipprevedi la l-eżenzjoni tad-dividendi u lanqas sistema ta’ imputazzjoni tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi fl-Istat ta’ residenza tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fuq ir-raba’ domanda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Bir-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq, essenzjalment, tkun taf jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix li amministrazzjoni nazzjonali tuża, għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat terz parti għall-Ftehim ŻEE li miegħu r-Repubblika tal-Awstrija ma kkonkludietx ftehim komplet fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru jew fi Stat terz ieħor, il-metodu ta’ imputazzjoni minkejja l-fatt li dan iwassal għal spiża amministrattiva allegatament eċċessiva għall-benefiċjarji tad-dividendi, minħabba li l-użu tal-metodu ta’ imputazzjoni jikkorrispondi l-aħjar, skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof, għar-rieda tal-leġiżlatur, filwaqt li n-nuqqas ta’ applikabbilità tal-livell ta’ sehem ta’ 10 % iwassal għal eżenzjoni fiskali u, għaldaqstant għall-ħelsien awtomatiku tat-taxxa doppja ekonomika għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fl-Istati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Verwaltungsgerichtshof ikkunsidrat li, sabiex jingħata rimedju għat-trattament fiskali inqas favorevoli li huma suġġetti għalih id-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti meta mqabbla ma’ dawk provenjenti minn kumpanniji residenti, għandu jiġi applikat għal din l-ewwel kategorija ta’ dividendi mhux il-metodu ta’ eżenzjoni, iżda dak li jikkonsisti fl-imputazzjoni fit-taxxa dovuta fl-Awstrija ta’ dik it-taxxa li tħallset fuq id-dividendi fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-405"?><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Hekk kif ġie mfakkar fil-punt 86 ta’ din is-sentenza, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lil Stat Membru milli jipprevjeni sensiela ta’ taxxi fuq dividendi rċevuti minn kumpannija residenti billi japplika regoli li jeżentaw dawn id-dividendi mit-taxxa meta dawn jitħallsu minn kumpannija residenti, filwaqt li jevita, permezz ta’ sistema ta’ imputazzjoni, is-sensiela ta’ taxxi tal-imsemmija dividendi meta dawn jitħallsu minn kumpannija mhux residenti, madankollu sakemm ir-rata tat-taxxa fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija ma tkunx superjuri għar-rata ta’ taxxa applikata fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali u sakemm il-kreditu ta’ taxxa jkun mill-inqas ugwali għall-ammont imħallas fl-Istat tal-kumpannija distributriċi sal-livell tal-ammont tat-taxxa applikat fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħala prinċipju huwa l-kompitu tal-Istat Membri, meta jintroduċu mekkaniżmi intiżi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi fuq profitti mqassma, li jiddeterminaw il-kategorija ta’ persuni taxxabbli li jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-mekkaniżmi u li jistabbilixxu, għal dan il-għan, il-limiti bbażati fuq il-holding li dawn il-persuni taxxabbli jżommu fil-kumpanniji distributriċi kkonċernati (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 63 TFUE ma jipprekludix il-prattika ta’ awtorità fiskali nazzjonali li, għad-dividendi provenjenti minn ċerti Stati terzi, tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni meta s-sehem tal-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija distributriċi jkun taħt ċertu livell u l-metodu ta’ eżenzjoni meta s-sehem ikun ’il fuq mill-imsemmi livell, filwaqt li tapplika b’mod sistematiku l-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, madankollu sakemm il-mekkaniżmi kkonċernati intiżi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dħul iddistribwit iwasslu għal riżultat ekwivalenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-406"?><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>L-ispiża amministrattiva allegatament eċċessiva li tinvolvi l-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni diġà ġiet eżaminata fil-punti 92 sa 99 u 104 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, permezz tal-paragrafi (b) u (ċ) tar-raba’ domanda tagħha, tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li, għad-dividendi portfolio ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim ŻEE tissuġġetta l-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka mal-Istat terz ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Madankollu, tali kwistjoni hija waħda purament ipotetika u għalhekk inammissibbli (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Melki u Abdeli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/10+C-189/10" PAGE.ECR="I-5665" YEAR="2010">C-188/10 u C-189/10, Ġabra p. I-5665</REF.DOC.ECR>, punt 27 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda hija li l-Artikolu 63 TFUE ma jipprekludix il-prattika ta’ awtorità fiskali nazzjonali li, għad-dividendi provenjenti minn ċerti Stati terzi, tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni meta s-sehem tal-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija distributriċi jkun taħt ċertu livell, u l-metodu ta’ eżenzjoni meta s-sehem ikun ’il fuq mill-imsemmi livell, filwaqt li tapplika b’mod sistematiku l-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, madankollu sakemm il-mekkaniżmi intiżi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dħul iddistribwit iwasslu għal riżultat ekwivalenti. Il-fatt li l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali teħtieġ informazzjoni mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat terz ta’ residenza ta’ din tal-aħħar huwa inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma jaffettwax, bħala tali, l-ekwivalenza bejn il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-407"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi fil-Kawża C-437/08</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha fil-Kawża C-437/08, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, l-ewwel nett, jekk l-Artikolu 63 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi provenjenti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, filwaqt li d-dividendi ta’ oriġini nazzjonali jibqgħu eżenti mit-taxxa fuq il-kumpanniji, u li, għas-snin finanzjarji li matulhom il-kumpannija benefiċjarja tkun irreġistrat telf fl-operat, ma tipprevedi ebda inklużjoni tal-imputazzjoni fis-snin finanzjarji ulterjuri.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 63 TFUE jobbligax lil Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi ta’ oriġini barranija, mhux biss it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat fejn il-kumpannija distributriċi tad-dividendi tkun stabbilita, iżda anki t-taxxa tal-input imħallsa f’dan l-aħħar Stat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak jqis li d-domandi ma humiex relatati mal-kawża prinċipali peress li din tirrigwarda biss is-sena finanzjarja 2002, jiġifieri s-sena li matulu ġie subit it-telf fl-operat. L-eventwali inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’pajjiż barrani tista’ tirrigwarda biss is-snin finanzjarji ulterjuri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-408"?><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk il-kawża prinċipali tirrigwarda biss it-tassazzjoni abbażi tas-sena finanzjarja 2002, jiġifieri s-sena li matulha Salinen bagħtiet telf, il-qorti tar-rinviju trid tkun taf, bid-domandi tagħha, jekk l-applikazzjoni, għal din is-sena finanzjarja, tal-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi li din il-kumpannija tirċievi mingħand kumpannija mhux residenti tistax titqies bħala ekwivalenti għal eżenzjoni fiskali tal-imsemmija dividendi. Din tistaqsi wkoll jekk din l-applikazzjoni hijiex kompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE, fil-każ fejn il-metodu msemmi ma jippermettix lill-kumpannija benefiċjarja li tinkludi mas-snin sussegwenti t-taxxa mħallsa fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-domandi magħmula fil-Kawża C-437/08 huma ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-domandi mressqa mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi eżaminat, l-ewwel nett, jekk l-Artikolu 63 TFUE jobbligax lil Stat Membru, li japplika l-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi distribwiti minn kumpanniji mhux residenti u l-metodu ta’ eżenzjoni fuq id-dividendi provenjenti minn kumpanniji residenti, li jipprevedi l-inklużjoni tat-taxxa mħallsa, meta, għas-sena finanzjarja li matulha l-kumpannija benefiċjarja tirċievi d-dividendi, din tkun irreġistrat telf fl-operat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-409"?><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak iqis li l-Artikolu 63 TFUE ma jimponix fuqu l-obbligu li jipprevedi tali inklużjoni. Fil-fatt, jekk id-dħul jiġi ssuġġettat, fl-Istat ta’ residenza tal-kumpannija distributriċi, għal taxxa ogħla mit-taxxa mħallsa lill-Istat tal-kumpannija benefiċjarja, dan l-aħħar Stat ma jkunx marbut li jagħti kreditu ta’ taxxa ħlief sal-limitu tal-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mill-kumpannija benefiċjarja (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52). Bl-istess mod, meta, minħabba telf subit mill-kumpannija benefiċjarja matul is-sena ta’ distribuzzjoni, l-ebda taxxa nazzjonali ma titħallas fuq id-dividendi rċevuti, l-Istat tal-kumpannija benefiċjarja ma huwiex marbut li jagħti kreditu ta’ taxxa, la għas-sena finanzjarja li tikkorrispondi għal dik is-sena u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, għas-snin finanzjarji ulterjuri.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 63 TFUE jimponi fuq Stat Membru, li jadotta sistema ta’ ħelsien mit-taxxa doppja ekonomika fil-każ ta’ dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji residenti oħra, li jagħti trattament ekwivalenti għad-dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti minn kumpanniji mhux residenti (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 10(6) tal-KStG jirriżulta li, fil-kuntest tas-sistema ta’ imputazzjoni kkonċernata, id-dividendi ddistribwiti mill-kumpanniji mhux residenti huma integrati fil-bażi ta’ taxxa tal-kumpannija benefiċjarja, u b’hekk joqos, meta jiġi rreġistrat telf għas-sena finanzjarja kkonċernata, l-ammont tagħha sal-livell tad-dividendi rċevuti. L-ammont tat-telf li jista’ jiġi inkluż fis-snin finanzjarji sussegwenti huwa għalhekk, bl-istess mod, imnaqqas. Min-naħa l-oħra, id-dividendi provenjenti minn kumpanniji residenti, li huma eżentati, ma għandhom ebda effett fuq il-bażi ta’ taxxa tal-kumpannija benefiċjarja, u lanqas, għalhekk, fuq it-telf li jista’ eventwalment jiġi inkluż minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Isegwi li, anki jekk fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpannija mhux residenti u rċevuti minn kumpannija residenti ma titħallasx it-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Istat Membru fejn din l-aħħar kumpannija hija stabbilita abbażi tas-sena finanzjarja li matulha ġew irċevuti dawn id-dividendi, it-tnaqqis tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja<?PAGE NO="I-410"?> jista’ jwassal, għal din il-kumpannija, jekk din ma tibbenefikax minn inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi, għal taxxa doppja ekonomika fuq dawn id-dividendi matul is-snin finanzjarji sussegwenti, meta r-riżultati tagħha jkunu pożittivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Cobelfret, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-138/07" PAGE.ECR="I-731" YEAR="2009">C-138/07, Ġabra. p. I-731</REF.DOC.ECR>, punti 39 u 40, kif ukoll id-digriet KBC Bank u Beleggen, Risicokapitaal, Beheer, iċċitat iktar ’il fuq, punti 39 u 40). Min-naħa l-oħra, ma hemm l-ebda riskju ta’ taxxa doppja ekonomika fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, minħabba l-applikazzjoni fir-rigward tagħhom tal-metodu ta’ eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Meta leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tipprevedix l-inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija distributriċi tad-dividendi, id-dividendi ta’ oriġini barranija jkunu suġġetti, f’sistema bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal impożizzjoni superjuri għal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punt 156 ta’ din is-sentenza, għandu jitqies li l-Artikolu 63 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni bħal din.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Awstrijak, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tkun iġġustfikata mill-fatt li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, Stat Membru huwa marbut li jagħti kreditu ta’ taxxa biss sal-limitu tal-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mill-kumpanniji benefiċjarji (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punti 50 u 52).</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Ċertament, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-ekwivalenza bejn il-metodu ta’ eżenzjoni u l-metodu ta’ imputazzjoni ma teħtieġx li, fil-kuntest ta’ dan l-aħħar metodu, jingħata<?PAGE NO="I-411"?> kreditu ta’ taxxa għad-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti li jkun superjuri għal-livell ta’ taxxa nazzjonali (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punti 50 u 52). Fil-fatt, l-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa fil-limitu tal-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovut mill-kumpanniji benefiċjarji huwa biżżejjed sabiex jelimina t- taxxa doppja ekonomika tad-dividendi ddistribwiti.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-punt 158 ta’ din is-sentenza, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix, għad-dividendi provenjenti minn kumpanniji mhux residenti, l-inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa f’pajjiż barrani, filwaqt li tkun teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ma tipprevenix it-taxxa doppja ekonomika fir-rigward tad-dividendi ta’ oriġini barranija.</TXT></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Issa, peress li, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni fiskali intiża sabiex tipprevjeni jew tnaqqas it-taxxa doppja tad-dħul iddistribwit, is-sitwazzjoni ta’ kumpannija li tirċievi dividendi ta’ oriġini barranija hija paragunabbli ma’ dik ta’ kumpannija li tirċievi dividendi ta’ oriġini nazzjonali sa fejn, fiż-żewġ każijiet, id-dħul li jsir jista’, bħala prinċipju, jkun is-suġġett ta’ sensiela ta’ taxxi (ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62), differenza ta’ trattament bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bejn id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, min-naħa waħda, u d-dividendi ta’ oriġini barranija, min-naħa l-oħra, ma tistax tkun iġġustifikata minn differenza ta’ sitwazzjoni marbuta mal-post fejn il-kapitali huma investiti.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Finalment, u kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Taljan, id-differenza ta’ trattament inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tkun iġġustifikata min-neċessità li jiġi evitat li, fi ħdan grupp ta’ kumpanniji li jappartjenu għalih il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi u l-kumpannija mhux residenti distributriċi tagħhom, jiġu organizzati finzjonijiet artifiċjali sabiex tiġi mibdula l-oriġini tad-dividendi għall-finijiet li jinkisbu benefiċċji fiskali. Għal dan il-għan, biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrestrinġi l-moviment liberu tal-kapital, ma tirrigwardax b’mod speċifiku l-finzjonijiet purament artifiċjali, nieqsa<?PAGE NO="I-412"?> minn kull realtà ekonomika, li l-uniku skop tagħhom huwa l-ksib ta’ benefiċċju fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Glaxo Wellcome, iċċitata iktar ’il fuq, punt 89 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, hekk kif tenfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 160 tal-Konklużjonijiet tagħha, l-eżistenza ta’ funzjonijiet purament artifiċjali fi ħdan grupp ta’ kumpanniji jidher li huwa eskluż f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, peress li Salinen irċeviet dividendi minn ishma inferjuri għal 10 % tal-kapital tal-kumpannija distributriċi u miżmuma f’koproprjetà ma’ investituri oħra permezz ta’ fond ta’ investiment nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-punt jekk, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni t-taxxa fuq l-input imħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, għandu jitfakkar li tali taxxa toħloq, fin-nuqqas tal-imputazzjoni tagħha fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija li tirċievi d-dividendi kkonċernati, il-kundizzjonijiet ta’ taxxa doppja legali.</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kull Stat Membru huwa marbut li jorganizza, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, is-sistema tiegħu ta’ tassazzjoni tad-dħul iddistribwit u li jiddefinixxi, f’dan il-kuntest, il-bażi taxxabbli kif ukoll ir-rata ta’ taxxa li tapplika fil-konfront tal-azzjonist benefiċjarju (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50; Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47, u tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE>, Orange European Smallcap Fund, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-194/06" PAGE.ECR="I-3747" YEAR="2008">C-194/06, Ġabra p. I-3747</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Isegwi, l-ewwel nett, li d-dividendi mħallsa minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil azzjonist residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jkunu suġġetti għal taxxa doppja legali meta ż-żewġ Stati Membri jagħżlu li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni fiskali tagħhom u li jissuġġettaw l-imsemmija dividendi għat-taxxa fil-konfront tal-azzjonist (sentenza tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Damseaux, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/08" PAGE.ECR="I-6823" YEAR="2009">C-128/08, Ġabra p. I-6823</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><?PAGE NO="I-413"?><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-iżvantaġġi li jistgħu jirriżultaw mill-eżerċizzju parallel ta’ kompetenzi fiskali ta’ Stati Membri differenti, sakemm dan l-eżerċizzju ma jkunx diskriminatorju, ma humiex restrizzjonijiet ipprojbiti mit-Trattat (sentenza tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/08" PAGE.ECR="I-4843" YEAR="2010">C-487/08, Ġabra p. I-4843</REF.DOC.ECR>, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Peress li d-dritt tal-Unjoni, fl-istat preżenti tiegħu, ma jistabbilixxix kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni tat-taxxa doppja ġewwa l-Unjoni, il-fatt li kemm l-Istat Membru tas-sors tad-dividendi kif ukoll l-Istat Membru ta’ residenza tal-azzjonist jistgħu jintaxxaw id-dividendi msemmija ma jimplikax li l-Istat Membru ta’ residenza huwa marbut, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, li jipprevjeni l-iżvantaġġi li jistgħu jirriżultaw mill-eżerċizzju tal-kompetenza hekk kif imqassma miż-żewġ Stati Membri (ara s-sentenzi Damseaux, iċċitata iktar ’il fuq, punti 30 u 34, kif ukoll tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, CIBA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-96/08" PAGE.ECR="I-2911" YEAR="2010">C-96/08, Ġabra p. I-2911</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 28).</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 63 TFUE ma jistax jiġi interpretat bħala li jobbliga lil Stat Membru li jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dividendi permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn fi Stat Membru ieħor bil-għan li jipprevjeni t-taxxa doppja legali tad-dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-ewwel Stat Membru, taxxa li tirriżulta mill-eżerċizzju parallel, mill-Istati Membri kkonċernati, tal-ġurisdizzjoni fiskali rispettiva tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20061114">14 ta’ Novembru 2006</DATE>, Kerckhaert u Morres, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-513/04" PAGE.ECR="I-10967" YEAR="2006">C-513/04, Ġabra p. I-10967</REF.DOC.ECR>, punti 22 sa 24).</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>L-istess konstatazzjoni hija meħtieġa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta t-taxxa doppja legali tkun tirriżulta mill-eżerċizzju parallel min-naħa ta’ Stat Membru u min-naħa ta’ Stat terz tal-ġurisdizzjoni fiskali rispettiva tagħhom, hekk kif jirriżulta mill-punti 119 u 120 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-414"?><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi li saru hija li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-kumpanniji residenti l-possibbiltà li jinkludu telf subit matul sena finanzjarja fis-snin finanzjarji sussegwenti u li tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, filwaqt li din tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tippermettix, f’każ ta’ applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, l-inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija distributriċi tad-dividendi għas-snin sussegwenti jekk, għas-sena li matulha l-kumpannija benefiċjarja rċeviet dividendi ta’ oriġini barranija, din il-kumpannija rreġistrat telf fl-operat, u</P></ITEM><ITEM><P>dan ma jobbligax lil Stat Membru li jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dividendi permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, bil-għan li jipprevjeni t-taxxa doppja legali tad-dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-ewwel Stat Membru, tassazzjoni li tirriżulta mill-eżerċizzju parallel mill-Istati kkonċernati tal-ġurisdizzjoni fiskali rispettiva tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-415"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji għad-dividendi portfolio provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji residenti u li tissuġġetta tali eżenzjoni għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru bejn l-Istat Membru u l-Istat terz ikkonċernat, sa fejn hija biss l-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv li hija neċessarja għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija residenti oħra, filwaqt li din tissuġġetta għal din it-taxxa d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, madankollu sakemm it-taxxa mħallsa fl-Istat ta’ residenza ta’ din l-aħħar kumpannija tiġi imputata fuq it-taxxa dovuta fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja u sakemm l-ispejjeż amministrattivi imposti fuq il-kumpannija benefiċjarja sabiex tkun tista’ tibbenefika minn tali imputazzjoni ma jkunux eċċessivi. Informazzjoni mitluba mill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat ta’ residenza ta’ din tal-aħħar hija inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma tistax titqies bħala spiża amministrattiva eċċessiva.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-416"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan li tipprevjeni taxxa doppja ekonomika, teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija residenti u ddistribwiti minn kumpannija residenti oħra u li, għad-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, ma tipprevedi la l-eżenzjoni tad-dividendi u lanqas sistema ta’ imputazzjoni tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi fl-Istat ta’ residenza tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE ma jipprekludix il-prattika ta’ awtorità fiskali nazzjonali li, għad-dividendi provenjenti minn ċerti Stati terzi, tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni meta s-sehem tal-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija distributriċi jkun taħt ċertu livell, u l-metodu ta’ eżenzjoni meta s-sehem ikun ’il fuq mill-imsemmi livell, filwaqt li tapplika b’mod sistematiku l-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, madankollu sakemm il-mekkaniżmi kkonċernati intiżi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dħul iddistribwit iwasslu għal riżultat ekwivalenti. Il-fatt li l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali teħtieġ informazzjoni mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat terz ta’ residenza ta’ din tal-aħħar huwa inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma jaffettwax, bħala tali, l-ekwivalenza bejn il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-kumpanniji residenti l-possibbiltà li jinkludu telf subit matul sena finanzjarja fis-snin finanzjarji sussegwenti u li tipprevjeni t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni fuq id-dividendi ta’ oriġini nazzjonali, filwaqt li din tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni<?PAGE NO="I-417"?> fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tippermettix, f’każ ta’ applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, l-inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija distributriċi tad-dividendi għas-snin sussegwenti jekk, għas-sena li matulha l-kumpannija benefiċjarja rċeviet dividendi ta’ oriġini barranija, din il-kumpannija rreġistrat telf fl-operat, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dan ma jobbligax lil Stat Membru li jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dividendi permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, bil-għan li jipprevjeni t-taxxa doppja legali tad-dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-ewwel Stat Membru, tassazzjoni li tirriżulta mill-eżerċizzju parallel mill-Istati kkonċernati tal-ġurisdizzjoni fiskali rispettiva tagħhom.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>