<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-566/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0566</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:321">EU:C:2018:321</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180517">17.5.2018</DATE> – Kawża C-566/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vámos</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 282 sa 292</KEYWORD><KEYWORD>Skema speċjali għal impriżi żgħar</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tingħażel l-applikazzjoni tal-iskema speċjali matul is-sena kalendarja ta’ riferiment</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑566/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Nyíregyháza, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161025">25 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dávid Vámos</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u E. E. Sebestyén, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u B. Béres, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Dávid Vámos u n-Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (id-Direttorat tal-Appelli tat-Taxxa Nazzjonali u Amministrazzjoni tad-Dwana, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttorat tal-Appelli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dejn ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovut minn D. Vámos u li tobbligah iħallas multa fiskali u interessi moratorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-VAT jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 213(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kull persuna taxxabbli għandha tiddikjara meta tibda, tbiddel jew twaqqaf l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jippermettu, u jistgħu jeħtieġu, li d-dikjarazzjoni ssir b’mezzi elettroniċi, skond kondizzjonijiet li jistabbilixxu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 214 tal-imsemmija direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="214.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni li ġejjin huma identifikati permezz ta’ numru individwali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull persuna taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 10(2), li fit-territorju tagħhom twettaq fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom tista’ titnaqqas il-VAT, minbarra l-fornimenti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT għandha titħallas biss mill-konsumatur jew mill-persuna li għaliha hija intenzjonata l-merkanzija jew is-servizzi, skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 272 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="272.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jħollu l-persuni taxxabbli li ġejjin minn xi uħud jew mill-obbligi kollha msemmija fil-Kapitoli 2 sa 6:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>persuni taxxabbli koperti mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fl-Artikoli 282 sa 292;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 281 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri li jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti tal-VAT normali għall-impriżi żgħar, minħabba fl-attivitajiet jew fl-istruttura ta’ tali impriżi, jistgħu, skond it-tali kondizzjonijiet u fit-tali limiti li huma jistgħu jistabbilixxu, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, japplikaw proċeduri simplifikati, bħal skemi b’rata fissa, […] għall-impożizzjoni u l-ġbir tal-VAT sakemm huma ma jwasslux għal tnaqqis ta’ dan.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 282 tad-Direttiva tal-VAT, li jinsab fit-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Eżenzjonijiet jew ħelsien gradwat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, tal-Kapitolu 1, tat-Titolu XII, imsemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[S]kemi speċjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-eżenzjonijiet u l-ħelien mit-taxxa gradwat previst f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-provvista ta’ merkanzija u servizzi mill-impriżi żgħar.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 287 ta’ din id-direttiva jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri li aderew wara l-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE> jistgħu jeżentaw lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla mill-eqwivalenti f’munita nazzjonali ta’ l-ammonti li ġejjin bir-rata tal-kambju fil-ġurnata ta’ adeżjoni tagħhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>12)</NO.P><TXT>Ungerija: EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 290 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Persuni taxxabbli intitolati għall-eżenzjoni mill-VAT jistgħu jagħżlu jew l-arranġamenti normali tal-VAT jew il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281. F’dan il-każ, huma għandhom ikunu intitolati għal kwalunkwe ħelsien gradwat mit-taxxa previst mil-leġislazzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-az általános forgalmi adóról szóló 2007. évi CXXVII. törvény (il-Liġi Nru CXXVII tal-2007 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>F’konformità ma’ din il-liġi, dawn li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-[VAT]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-provvisti ta’ merkanzija jew ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju nazzjonali minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 187 ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>Persuna taxxabbli li tkun stabbilita fit-territorju nazzjonali għal għan ekonomiku, jew li ma tkunx hekk stabbilita iżda li l-indirizz jew il-post tar-residenza abitwali tagħha jkunu fit-territorju nazzjonali, għandha dritt li tagħżel l-eżenzjoni personali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ li l-persuna taxxabbli teżerċita d-dritt li tagħżel eżenzjoni msemmija fis-subparagrafu 1, matul il-perijodu tal-eżenzjoni personali u fil-kapaċità tagħha bħala persuna eżenti,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija ma tkunx suġġetta għall-ħlas tat-taxxa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>hija ma għandhiex tkun awtorizzata tnaqqas taxxa tal-input;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>hija tkun tista’ toħroġ biss fattura li fiha l-ammont tat-taxxa mitluba u r-rata stabbilita fl-Artikolu 83 ma jkunux jidhru.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 188(1) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-eżenzjoni personali tista’ tintgħażel [mill-persuna taxxabbli] jekk l-ammont tal-ħlas li jkun sar jew li jkun dovut fir-rigward tal-provvisti kollha ta’ merkanzija jew servizzi mill-persuna taxxabbli skont l-Artikolu 2(a), espress f’forinti Ungeriżi [(HUF)] u akkumulati kull sena, ma jkunx jaqbeż il-limitu ogħla stabbilit fis-subparagrafu 2</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>la attwalment fis-sena kalendarja qabel is-sena kalendarja ta’ riferiment,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>la attwalment u lanqas raġonevolment prevedibbilment fis-sena kalendarja ta’ riferiment.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 188(2) tal-istess liġi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, kien jipprevedi li l-limitu massimu li jagħti d-dritt għall-eżenzjoni fiskali personali kien stabbilit għall-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">5000000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">16040</FT>). Dan il-limitu massimu żdied għal HUF <FT TYPE="NUMBER">6000000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">19250</FT>) mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi ta’ proċedura fiskali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-adózás rendjéről szóló 2003. évi XCII. törvény (il-Liġi Nru XCII tal-2003 li tistabbilixxi kodiċi ta’ proċedura fiskali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Kodiċi ta’ proċedura fiskali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Persuna taxxabbli biss li jkun inħarġilha numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tista’ tagħmel attività taxxabbli, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 20 u 21.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Persuna taxxabbli li tkun tixtieq tagħmel attività taxxabbli għandha tkun irreġistrata mal-awtorità tat-taxxa tal-Istat biex jingħatalha numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1)(a) tal-Kodiċi ta’ proċedura fiskali jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>jekk ir-responsabbiltà ta’ persuna taxxabbli għall-ħlas tat-taxxa jew għal attività taxxabbli tikkorrispondi għal dik ta’ kummerċjant waħdieni bis-saħħa tal-liġi li tirregola l-attivitajiet ta’ kull kummerċjant waħdieni, dik il-persuna għandha tapplika għal numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa billi tirreġistra mal-awtorità responsabbli għal affarijiet relatati mal-attivitajiet ta’ kull kummerċjant waħdieni (billi tissottometti formola ta’ reġistrazzjoni mimlija kif imiss), u b’dak il-mod tkun konformi mal-obbligu li tirreġistra mal-awtorità tat-taxxa tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 22(1)(c) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-persuna responsabbli għall-VAT għandha tindika fil-mument meta tiddikjara l-bidu tal-attività taxxabbli tagħha li tagħżel l-eżenzjoni personali.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 172(1)(c) tal-imsemmi kodiċi jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ħlief kif ipprovdut fis-subparagrafu 2, tista’ tiġi imposta multa ta’ mhux iktar minn HUF <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> [(madwar EUR 640)] fil-każ ta’ individwi, u ta’ mhux iktar minn HUF <FT TYPE="NUMBER">500000</FT> [(madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1600</FT>)] fil-każ ta’ persuni taxxabbli oħra, jekk jonqsu milli jkunu konformi mal-obbligu li jirreġistraw (reġistrazzjoni inizjali u komunikazzjoni ta’ kull bidla), li jipprovdu data jew jiftħu kont kurrenti, jew mal-obbligu li jibagħtu prospetti tat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara verifika, l-awtorità tat-taxxa Ungeriża kkonstatat li, bejn s-sena 2007 u t-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>, D. Vámos biegħ 778 prodott elettroniku minn żewġ siti tal-internet, mingħajr ma kien irreġistrat fir-reġistru tal-persuna taxxabbli suġġetti għall-VAT u mingħajr ma kien iddikjara d-dħul minn dan il-bejgħ, u b’konsegwenza ta’ dan imponietlu multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-imsemmija awtorità tat-taxxa stabbilixxiet ukoll li, matul il-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> u l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>, D. Vámos kien eżerċita attività ta’ bejgħ li ġġenerat dħul li ma kienx jaqbeż il-limitu massimu li jagħti dritt għall-eżenzjoni fiskali personali previst fl-Artikolu 188(2) tal-liġi dwar il-VAT, u li bejn l-1 u t-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>, D. Vámos kien ukoll eżerċita attività ta’ bejgħ li ġġenerat dħul negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>, D. Vámos irreġistra ruħu fir-reġistru ta’ persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT u għażel l-eżenzjoni fiskali personali, li hija skema ta’ eżenzjonijiet mill-VAT għall-impriżi żgħar prevista fl-Artikoli 187 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-liġi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ proċedura differenti minn dik li wasslet għall-impożizzjoni ta’ multa lil D. Vámos, l-awtorità tat-taxxa Ungeriża wettqet verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tat-taxxi u tal-għajnuna baġitarja kollha, relatati mas-snin finanzjarji 2012 sa 2014. Wara din il-verifika, hija stabbilixxiet l-eżistenza ta’ dejn ta’ VAT dovut minn D. Vámos għall-perijodu ta’ bejn l-ewwel trimestru 2012 u l-ewwel trimestru 2014 u obbligatu jħallas multa fiskali ġdida u interessi moratorji fuq il-bażi tal-arretrati tat-taxxa hekk indikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>D. Vámos ippreżenta rikors ġerarkiku kontra d-deċiżjoni msemmija l-aħħar, li ġiet ikkonfermata mid-Direttorat tal-Appelli. Dan id-direttorat, minn naħa, għamel riferiment għall-Artikolu 187(1) tal-liġi dwar il-VAT, li abbażi tiegħu D. Vámos kien awtorizzat jagħżel l-eżenzjoni fiskali personali, filwaqt li indika, min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 22(1)(c) tal-Kodiċi ta’ proċedura fiskali kien joffri l-possibbiltà li tingħażel l-eżenzjoni fiskali personali biss fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ bidu ta’ attivitajiet taxxabbli u li din il-possibbiltà ma setgħetx iktar tingħażel sussegwentement. Skont<?PAGE NO="6"?> id-Direttorat tal-Appelli, peress li kien biss fit-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE> li D. Vámos kien iddikjara ruħu mal-awtorità tat-taxxa u li kien għażel l-eżenzjoni fiskali personali, kien biss wara din id-data li huwa kellu d-dritt li jibbenefika mill-eżenzjoni fiskali personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>D. Vámos ikkontesta din id-deċiżjoni tad-Direttorat tal-Appelli quddiem il-qorti tar-rinviju, fejn sostna li l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 6 tal-liġi dwar il-VAT jinvolvi biss l-issuġġettar għall-VAT u jimplika, konsegwentement, obbligu ta’ dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 213(1) tad-Direttiva tal-VAT u skont l-Artikolu 16 tal-Kodiċi ta’ proċedura fiskali, iżda mhux obbligu li titħallas il-VAT. Sa fejn id-dħul iġġenerat minn D. Vámos, kif stabbilit mill-awtorità tat-taxxa Ungeriża, ma kienx jaqbeż, la għas-sena 2012 u lanqas għas-sena 2013, il-limitu massimu li jagħti dritt għall-eżenzjoni fiskali personali, l-awtorità tat-taxxa Ungeriża ma kellhiex tobbligah iħallas il-VAT għas-snin finanzjarji 2012 u 2013, iżda kienet min-naħa l-oħra obbligata li tistaqsih, fil-kuntest tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, jekk xtaqx jagħżel l-eżenzjoni fiskali personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, in-Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Nyíregyháza, l-Ungerija) iddeċidiet li tisspospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Hija konformi mad-dritt tal-Unjoni leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-awtorità tat-taxxa tista’ teskludi, fil-kuntest ta’ verifika fiskali <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, il-possibbiltà li tingħażel l-eżenzjoni soġġettiva [personali], abbażi tal-fatt li l-persuna taxxabbli għandha din il-possibbiltà biss fil-mument tad-dikjarazzjoni tal-bidu tal-attività taxxabbli tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni ta’ skema speċjali ta’ ntaxxar tal-VAT li tipprevedi eżenzjoni għall-impriżi żgħar – adottata konformement għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT – fir-rigward ta’ persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha iżda li ma eżerċitatx il-possibbiltà li tagħżel l-applikazzjoni ta’ din l-iskema fl-istess ħin li ddikjarat il-bidu tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha lill-awtoritajiet tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabel kollox, li l-Artikoli 282 sa 292 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 287(12) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedu l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu eżenzjoni mill-VAT lill-impriżi żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, wara dan, li l-Artikolu 290 ta’ din id-direttiva jipprevedi l-possibbiltà li l-persuna taxxabbli, intitolata għal eżenzjoni mill-VAT, tagħżel jew l-iskema normali ta’ applikazzjoni tal-VAT, jew l-applikazzjoni tal-proċeduri ssimplifikati previsti fl-Artikolu 281 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-formulazzjoni tal-Artikoli 281 u 284 sa 287 tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu fis-seħħ skemi speċjali ta’ ntaxxar tal-VAT jekk dawn l-iskemi huma konformi mas-sistema tal-VAT. Barra minn hekk, il-premessa 49 tal-istess direttiva tipprevedi li, f’dak li jirrigwarda l-impriżi żgħar, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-iskema tal-eżenzjoni fiskali personali, prevista mid-dritt Ungeriż, hija skema speċjali li tippermetti li l-impriżi li d-dħul mill-bejgħ tagħhom ma jaqbiżx ċertu massimu jibbenefikaw minn eżenzjoni mill-VAT. Din l-iskema ta’ eżenzjonijiet, applikabbli għall-impriżi żgħar, timplika, konformement mal-Artikolu 187(2) tal-liġi dwar il-VAT, li l-persuna taxxabbli ma hijiex obbligata li tħallas il-VAT, ma għandhiex id-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa u għandha tiżgura ruħha li<?PAGE NO="7"?> toħroġ biss fatturi li fuqhom ma tkunx inkluża l-VAT. Fil-kuntest tal-osservazzjonijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Ungeriż osserva li l-possibbiltà li tingħażel l-eżenzjoni fiskali tista’ tiġi eżerċitata wara d-dikjarazzjoni ta’ bidu ta’ attività, iżda li l-effetti tagħha huma limitati għall-ġejjieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-persuna taxxabbli kienet talbet il-benefiċċju tal-eżenzjoni fiskali personali, li kien ġie rrifjutat lilha peress li d-dritt li tingħażel din l-eżenzjoni kellu jiġi eżerċitat matul is-sena kalendarja li matulha hija xtaqet tibbenefika mill-imsemmija eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu li jiġi ddikjarat il-bidu ta’ attività ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-Direttiva tal-VAT ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tali dikjarazzjoni fuq persuna taxxabbli meta d-dħul iġġenerat minn din l-attività ma jaqbiżx il-limitu massimu li jagħti lill-impriżi żgħar id-dritt għall-eżenzjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Balogh</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:708">EU:C:2015:708</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hija ddeċidiet ukoll li d-Direttiva tal-VAT ma tipprekludix li n-nuqqas ta’ osservanza, minn persuna taxxabbli, tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni jiġi ssanzjonat permezz ta’ multa amministrattiva sakemm din il-multa ma tkunx sproporzjonata (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Balogh</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/14</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:708">EU:C:2015:708</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat jekk Stat Membru jistax jissuġġetta l-benefiċċju ta’ skema ta’ eżenzjonijiet għall-għażla mwettqa mill-persuna taxxabbli favur din l-iskema fl-istess ħin li din tal-aħħar tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ bidu tal-attività u li tapplika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fl-assenza ta’ tali għażla magħmula f’din l-okkażjoni, l-iskema normali ta’ ntaxxar tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, minn naħa, li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, l-applikazzjoni tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar tikkostitwixxi għażla fakultattiva li l-Istati Membri għandhom biex jorganizzaw is-sistemi tat-taxxa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligi oħra minbarra dawk previsti minn din id-direttiva jekk huma jqisu li dawn l-obbligi huma neċessarji sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT u sabiex tiġi evitata l-frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li kull Stat Membru għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha xierqa sabiex jiġi żgurat il-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tiegħu u sabiex tiġi miġġielda l-frodi (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:452">EU:C:2015:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li, lil hinn mil-limiti li jistabbilixxu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT la jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u lanqas l-obbligi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu u li, għaldaqstant, jagħtuhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-mezzi intiżi sabiex jiġi żgurat il-ġbir tal-VAT kollha dovuta fit-territorju tagħhom u l-ġlieda kontra l-frodi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>BB construct</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑534/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:820">EU:C:2017:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa ċertament minnu li, skont l-Artikolu 272(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri huma ħielsa li jeħilsu lil persuni taxxabbli koperti bi skema ta’ eżenzjonijiet għal impriżi żgħar minn ċerti obbligi jew mill-obbligi kollha msemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tal-istess direttiva. Madankollu, din hija sempliċi possibbiltà b’tali mod li l-Istati Membri ma humiex obbligati li jeħilsu lill-persuni taxxabbli minn tali obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat, kif jirriżulta mill-punti 34 u 46 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, li d-deċiżjoni tal-leġiżlatur Ungeriż li jistabbilixxi skema ta’ eżenzjonijiet, filwaqt li jissuġġetta l-applikazzjoni tagħha għal ċerti rekwiżiti proċedurali hija koperta mill-marġni ta’ diskrezzjoni li d-Direttiva tal-VAT tagħti lill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fl-għażla tal-miżuri li għandhom jiġu adottati biex jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT u li ma ssirx frodi, madankollu, huma għandhom l-obbligu li jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tagħha u, b’mod partikolari, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll fl-osservanza tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel nett, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi kkonstatat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 57 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-obbligu tal-ħlas tal-VAT għall-bejgħ imwettaq ma huwiex sanzjoni għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jiġi ddikjarat il-bidu ta’ attività u li ssir l-għażla ta’ skema ta’ eżenzjoni, iżda l-irkupru tal-VAT li saret eżiġibbli meta nbdiet, minn operatur bħal D. Vámos, l-attività ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040909">9 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vermietungsgesellschaft Objekt Kirchberg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑269/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:512">EU:C:2004:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jipprekludux lil Stat Membru, li jkun eżerċità l-possibbiltà li jagħti lill-persuni taxxabbli tiegħu d-dritt li jagħżlu skema speċjali ta’ ntaxxar, milli jadotta leġiżlazzjoni li tissuġġetta t-tnaqqis komplut tal-VAT tal-input imħallsa għall-kisba ta’ approvazzjoni minn qabel, mhux retroattiva, mill-awtoritajiet tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, f’dan ir-rigward, li l-assenza ta’ retroattività tal-proċedura ta’ approvazzjoni ma jagħmilhiex sproporzjonata (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040909">9 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Vermietungsgesellschaft Objekt Kirchberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:512">EU:C:2004:512</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-punt 34 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-iskema normali ta’ ntaxxar tal-VAT issir applikabbli meta l-persuna taxxabbli ma tkunx għażlet l-iskema ta’ eżenzjoni personali. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta li tagħti l-eżenzjoni tal-VAT, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ġbir korrett tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li huwa t-traduzzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-qasam tal-VAT, tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>BB construct</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑534/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:820">EU:C:2017:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), diġà ġie deċiż li l-miżuri li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jadottaw sabiex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u li ma ssirx frodi ma jistgħux jintużaw b’tali mod li jikkonfutaw in-newtralità tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rusedespred</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑138/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:233">EU:C:2013:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitqies li jekk il-persuni taxxabbli jitħallew jagħżlu skema ta’ eżenzjonijiet wara l-iskadenza tat-terminu previst, dan ikun ifisser li dawn jingħataw vantaġġ kompetittiv indebitu, bi ħsara għall-operaturi li rrispettaw debitament l-obbligi proċedurali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, dawn il-persuni taxxabbli jkunu f’pożizzjoni li jagħżlu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u, konsegwentement, billi jkunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq ir-riżultati konkreti tal-attività tagħhom, l-iskema fiskali li tkun tidher l-iktar waħda vantaġġuża għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jipprekludi, b’mod partikolari, li persuni taxxabbli li jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli u għalhekk f’kompetizzjoni ma xulxin, jiġu ttrattati b’mod differenti għall-finijiet tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali u, b’mod iktar ġenerali, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-persuni taxxabbli ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix l-eżenzjoni mill-VAT lill-persuni taxxabbli li naqsu milli jagħżlu waħda mill-iskemi ta’ eżenzjonijiet fl-istess ħin li ddikjaraw il-bidu tal-attività ekonomika tagħhom, anki jekk id-dħul iġġenerat mill-attività tagħhom ma jaqbiżx il-limitu massimu li jagħti lill-impriżi żgħar d-dritt għall-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi osservat li l-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi osservat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll mill-Istati Membri fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mid-direttivi tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju jeżiġi li s-sitwazzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli ma tistax titqiegħed inkwistjoni b’mod indefinittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140206">6 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fatorie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:50">EU:C:2014:50</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif imsemmi fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, peress li l-benefiċjarji tal-eżenzjoni fiskali personali ma jħallsux il-VAT u peress li, għalhekk, ma huwiex meħtieġ li huma jgħadduha fuq il-klijenti tagħhom, jista’ jkun indispensabbli li l-awtoritajiet fiskali jkunu jafu minn qabel il-persuni taxxabbli li jkunu għażlu din l-iskema ta’ eżenzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni ta’ skema speċjali ta’ ntaxxar tal-VAT li tipprevedi eżenzjoni għall-impriżi żgħar – adottata konformement għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT – fir-rigward ta’ persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha iżda li ma eżerċitatx il-possibbiltà li tagħżel l-applikazzjoni ta’ din l-iskema fl-istess ħin li ddikjarat il-bidu tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha lill-awtoritajiet tat-taxxa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-applikazzjoni ta’ skema speċjali ta’ ntaxxar tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tipprevedi eżenzjoni għall-impriżi żgħar – adottata konformement għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – fir-rigward ta’ persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi kollha iżda li ma eżerċitatx il-possibbiltà li tagħżel l-applikazzjoni ta’ din l-iskema fl-istess ħin li ddikjarat il-bidu tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha lill-awtoritajiet tat-taxxa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>