8.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 154/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10691 — CDP GROUP / FOMAS GROUP / PUNCH GROUP / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 154/07)

1.   

Fl-4 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CDP Venture Capital SGR S.p.A. (“CDP VC”, l-Italja), finalment ikkontrollata minn Cassa Depositi e Prestiti S.p.A. (l-Italja),

—

MIMETE S.r.l. (“MIMETE”, l-Italja), finalment ikkontrollata minn FOMAS HOP S.p.A. (l-Italja),

—

PUNCH Torino S.p.A. (“PUNCH”, l-Italja), parti minn PUNCH Group, finalment ikkontrollata minn żewġ persuni fiżiċi,

—

Kumpanija maħluqa ġdida (“NewCo”, l-Italja)

CDP VC, MIMETE u PUNCH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NewCo.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża bi sħab li għadha kif ġiet stabbilita huma dawn li ġejjin:

—

CDP VC tippromwovi u tiġġestixxi fondi ta’ investiment b’appoġġ għal negozji ġodda,

—

MIMETE huwa fornitur ta’ trabijiet tal-metall għall-manifattura tal-addittivi,

—

PUNCH jipprovdi servizzi ta’ konsulenza tal-inġinerija għall-iżvilupp, il-manifattura u l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, u proċessi għar-realizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet turnkey,

—

NewCo se taħdem fis-settur tal-manifattura tal-addittivi/tal-istampar 3D.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10691– CDP GROUP / FOMAS GROUP / PUNCH GROUP / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.